|
23.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 50/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 165/2008
tat-22 ta’ Frar 2008
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ l-enżima 3-phytase (Natuphos 5000, Natuphos 5000 G, Natuphos 5000 L, Natuphos 10000 G u Natuphos 10000 L) prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) bħala addittiv għall-għalf tal-papri, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-użu ta’ din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għall-ħnienes li nfatmu, il-ħnieżer għat-tismin u t-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 (2) u għat-tiġieġ li jbidu u d-dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 (3). |
|
(5) |
Tressqet data ġdida bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-papri. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-18 ta’ Settembru 2007 li l-preparazzjoni ta’ l-enżima 3-phytase (Natuphos 5000, Natuphos 5000 G, Natuphos 5000 L, Natuphos 10000 G u Natuphos 10000 L ) prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) m’għandhiex effett negattiv fuq il-konsumaturi, l-utenti jew l-ambjent (4). Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni m’għandux effett negattiv fuq din il-kategorija addizzjonali ta’ annimali u huwa effikaċi fit-titjib tad-diġestibilità ta’ l-għalf. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(3) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20.
(4) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf għall-Annimali (FEEDAP) dwar is-sikurezza u l-effettività tal-preparazzjoni ta’ l-enżima ta’ Natuphos (3-phytase) bħala addittiv ta’ l-għalf għall-papri. Il-Ġurnal EFSA (2007) 544, 1-10.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||||||||||||||||||||
|
4a1600 |
BASF Aktiengesellschaft |
3-phytase EC 3.1.3.8 (Natuphos 5000, Natuphos 5000 G, Natuphos 5000 L, Natuphos 10000 G, Natuphos 10000 L) |
|
Papri |
— |
300 FTU |
|
|
14 ta' Marzu 2018 |
||||||||||||||||||
(1) 1 FTU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera mikromole 1 ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f'pH ta' 5,5 u 37 °C.
(2) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives