22.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 48/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 160/2008

tal-21 ta’ Frar 2008

li jniżżel ċerti ismijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pane di Matera (IĠP), Tinca Gobba Dorata del Pianalto di Poirino (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2), u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talbiet imressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Pane di Matera” u “Tinca Gobba Dorata del Pianalto di Poirino”, ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fit-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU C 128, 9.6.2007, p. 15 (Pane di Matera); ĠU C 128, 9.6.2007, p. 19 (Tinca Gobba Dorata del Pianalto di Poirino).


ANNESS

1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.7.   Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom

L-ITALJA

Tinca Gobba Dorata del Pianalto di Poirino (DPO)

2.   Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.4.   Ħobż, prodotti ta' l-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

L-ITALJA

Pane di Matera (IĠP)