|
22.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 48/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 158/2008
tal-21 ta’ Frar 2008
li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Salate von der Insel Reichenau (IĠP), Gurken von der Insel Reichenau (IĠP), Feldsalat von der Insel Reichenau (IĠP), Tomaten von der Insel Reichenau (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1) [isem mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2), u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talbiet imressqa mill-Ġermanja għar-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi “Salate von der Insel Reichenau”, “Gurken von der Insel Reichenau”, “Feldsalat von der Insel Reichenau” u “Tomaten von der Insel Reichenau”, ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fit-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassi 1.6—
Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessatiIL-ĠERMANJA
Salate von der Insel Reichenau (IĠP)
Gurken von der Insel Reichenau (IĠP)
Feldsalat von der Insel Reichenau (IĠP)
Tomaten von der Insel Reichenau (IĠP)