15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 41/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 133/2008

ta’ l-14 ta’ Frar 2008

fuq importazzjonijiet ta’ bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura ta’ l-ispeċje tal-bovini minn pajjiżi terzi u l-għoti ta’ fondi tar-rifużjoni għall-esportazzjoni fuqhom

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) u 33(12),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/92 tas-7 ta’ Awissu 1992 fuq importazzjonijiet ta’ bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura ta’ l-ispeċje tal-bovini minn pajjiżi terzi u l-għoti ta’ fondi tar-rifużjoni għall-esportazzjoni fuqhom u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1544/79 (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Fuq importazzjoni fil-Komunità ma jitħallasx dazju fuq l -importazzjoni fuq bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura ta’ l-ispeċje bovina li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 10. Waqt l-esportazzjoni titħallas rifużjoni ogħla fuq bhejjem nisa sa l-età ta’ 60 xahar milli fuq bovini ħajjin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 90.

(3)

Biex jiġu applikati sewwa r-regoli Komunitarji f’dan il-qasam, it-terminu bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura għandu jiġi ċċarat. Id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 fuq bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura ta’ l-ispeċje bovina (4), għandha tintuża għal dan il-għan.

(4)

Biex tiżgura li bhejjem importati huma verament għal skopijiet ta’ tnissil għandhom ikollhom ċertifikat ġenealoġiku u tat-tnissil u ċertifikat ta’ saħħa normalment mitlub għal dawn il-bhejjem u l-importaturi għandhom jintrabtu li jżommu dawn l-bhejjem ħajjin għal ċertu perjodu.

(5)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet għal garanzija biex tiżgura li dawn l-bhejjem jinżammu ħajjin għal dak il-perjodu, għandhom isiru dispożizzjonijiet għar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Dogali tal-Komunità (5) meta l-ħtieġa li tirrigwarda dak il-perjodu ma tiġix imħarsa.

(6)

Il-Komunità kkonkludiet ftehim bilaterali għall-kummerċ ħieles mal-pajjiżi ta’ l-Assoċazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA). Skond dak il-ftehim, ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw, jew obbligazzjonijiet fuq, terzi pajjiżi interessati għandhom jiġu rrinunzjati iżda iċ-ċertifikat ġeneoloġiku u ċ-ċertifikat ta’ saħħa li jirrigwarda bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura għandhom jintalbu li jiġu ppreżentati fil-mument li jingħata l-permess għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

(7)

Id-dokumenti ta’ saħħa mitluba ma’ l-esportazzjoni ta’ bhejjem tat-tnissil nisa ta’ razza pura biex tiżgura li huma maħsuba għat-tnissil u r-riżultati ta’ l-istima tal-valur ġenetiku għandhom jidhru jew ikunu flimkien ma’ ċ-ċertifikat ġeneoloġiku għandhom jiġu speċifikati.

(8)

Bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura importati fil-Komunità għandhom jiġu kkontrollati biex jinstab jekk kinux ġa esportati qabel mill-Komunità u li rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ma tħallsux fuqhom. F’każ li rifużjonijiet ta’ esportazzjoni tħallsu fuq dawn il-bhejjem, il-flus għandhom jitħallsu lura qabel ma’ l-bhejjem jerġgħu jiġu re-importati fil-Komunità.

(9)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ ġbir ta’ dazji fuq l-importazzjoni, bhejjem ħajjin ta’ l-ispeċje tal-bovini għandhom jittieħdu bħala bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 10 jekk jidħlu taħt id-definizzjoni preskritta fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/504/KEE. Barra minn hekk, bhejjem nisa biss sa sitt snin għandhom jitqiesu nisa tan-nisel ta’ razza pura.

Artikolu 2

1.   Meta jingħata l-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura ta’ l-ispeċje bovina li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 10, l-importaturi għandhom jippreżentaw dan li ġej lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istat Membru fir-rigward ta’ kull bhima:

(a)

iċ-ċertifikat ġeneoloġiku, u ċ-ċertifikat tat-tnissil, li għandu jsir b’konformità mad-Deċizjoni tal- Kummissjoni 96/510/KE (6);

(b)

iċ-ċertifikat tas-saħħa tat-tip meħtieġ għal baqar u barrin ta’ nisel minn razza pura jew kopja awtentikata ta’ dan iċ-ċertifikat u d-dokument veterinarju komuni tad-dħul (DVKD) magħmula b’konformità mar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 (7).

2.   Barra minn hekk, l-importaturi għandhom jibagħtu dikjarazzjoni bil-miktub lill-awtoritajiet tad-dwana bir-riżultat illi, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, l-bhima ma tinqatilx sa 24 xahar mill-jum li tiġi impurtata.

3.   Mhux aktar tard mill-aħħar tas-27 xahar wara li jingħata l-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-importaturi għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istat Membru fejn saret l-importazzjoni xhieda li l-bhima:

(a)

ma nqatlitx qabel ma skada l-limitu preskritt fil-paragrafu 2, jew

(b)

inqatlet qabel ma skada l-limitu ta’ żmien għal raġunijiet ta’ saħħa jew mietet bħala riżultat ta’ marda jew inċident.

Ix-xhieda li għaliha jirreferi l-punt (a) għandha tikkonsisti f’ċertifikat maħruġ mill-assoċjazzjoni, organizzazzjoni jew korp uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jżomm il-ktieb tal-merħla jew veterinarju uffiċjali. Ix-xhieda li għaliha jirreferi l-punt (b) għandha tikkonsisti f’ċertifikat maħruġ minn korp uffiċjali maħtur mill-Istat Membru. Dawn ix-xhieda għandhom ikunu ċċekkjati fid-database kompjuterizzata li hemm disposizzjoni għaliha fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 (8) la darba tkun qed taħdem din id-database.

4.   In-nuqqas li titħares il-ħtieġa fir-rigward tal-perjodu ta’ 24 xahar, ħlief fejn japplika paragrafu 3(b), jwassal biex l-bhima msemmija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 0102 90 u jagħti lok għal azzjoni ta’ rkuprar ta’ dazji fuq l-importazzjoni mhux miġbura, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

5.   Id-disposizzjonijiet li jirrelataw għal limitu ta’ età stabbilit fl-Artikolu 1 u l-obbligi speċifikati fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal importazzjoni ta’ bhejjem għat-tnissil ta’ razza pura li joriġinaw fi u ġejjin mill-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

6.   Dan l-Artikolu ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 77/504/KEE.

Artikolu 3

1.   L-għotja ta’ rifużjoni fuq bhejjem tat-tnissil nisa ta’ razza pura għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni, fir-rigward ta’ kull bhima, fil-ħin li jkunu qed isiru l-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni, ta’ l-oriġinali u l-kopja ta’:

(a)

iċ-ċertifikat ġeneoloġiku li għandu jsir b’konformità ma’ l-Artikolu 2(1) tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE (9), jew kwalunkwe ċertifikat ieħor li jsir skond il-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu;

(b)

iċ-ċertifikat ta’ saħħa għall-bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina mitlub mit-tielet pajjiż ta’ destinazzjoni.

Iżda, bħala deroga minn punt (b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat wieħed għal grupp ta’ bhejjem.

2.   L-oriġinali taż-żewg ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw lura lill-esportatur u l-kopji, ċertifikati bħala kopji veri mill-awtoritajiet tad-dwana, għandhom jiġu mehmuża ma’ l-applikazzjoni tal-pagament tar-riżarċiment.

Artikolu 4

1.   Qabel ma jingħata l-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ bhejjem tat-tnissil ta’ razza pura fil-Komunità, kull rifużjoni ta’ esportazzjoni mogħtija għandha titħallas lura jew jittieħdu l-miżuri meħtiega mill-awtoritajiet kompetenti biex dawn il-flus jinżammu jekk ikunu għadhom ma tħallsux.

2.   Jekk, meta l-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni jkunu lesti għal dawk il-bhejjem li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 10, iċ-ċertifikat ġeneoloġiku juri li l-allevatur huwa stabbilit fil-Komunità, l-importatur għandu wkoll jagħti xhieda li ma ngħata l-ebda rifużjoni jew li kull rifużjoni mogħtija tħallset lura. Jekk din ix-xhieda ma tistax tingħata, ir-rifużjoni ta’ esportazzjoni ugwali għall-ogħla dazju fuq l-importazzjoni applikkabli għall-bhejjem ta’ l-ispeċje tal-bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 90 fil-jum ta’ re-importazzjoni fil-Komunità għandha titqies bħala mħallsa.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KEE) Nru 2342/92 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 227, 11.8.1992, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1746/2005 (ĠU L 280, 25.10.2005, p. 8).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 210, 20.8.1996, p. 53.

(7)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11.

(8)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 125, 18.5.2005, p. 15.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/92

(ĠU L 227, 11.8.1992, p. 12)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3224/92

(ĠU L 320, 5.11.1992, p. 30)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3661/92

(ĠU L 370, 19.12.1992, p. 16)

l-Artikolu 9 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 286/93

(ĠU L 34, 10.2.1993, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 774/98

(ĠU L 111, 9.4.1998, p. 65)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1746/2005

(ĠU L 280, 25.10.2005, p. 8)

 


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2342/92

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1) sa (4)

Artikolu 2(1) sa (4)

Artikolu 2(5), kliem tal-bidu, l-ewwel u t-tieni inċiż, u parti finali

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(6)

Artikolu 3, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 3(1)

Artikolu 3, it-tielet paragrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Anness I

Anness II