13.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 39/8 |
REGOLAMENT (KE) Nru 107/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Jannar 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1924/2006 (3) jipprovdi li l-proċedura regolatorja stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4) għandha tiġi applikata għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw dan ir-Regolament. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jiġi ssupplimentat l-istrument b'elementi mhux essenzjali ġodda. |
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri Komunitarji rigward it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ċertu ikel; biex tistabbilixxi derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006; biex tistabbilixxi u taġġorna l-profili nutrittivi u l-kundizzjonijiet u l-eżenzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw; biex tistabbilixxi u/jew temenda listi ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa; u biex temenda l-lista ta' l-ikel li għalihom l-użu ta' indikazzjonijiet hija ristretta jew projbita. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(4) |
Meta japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, l-awtorizzazzjoni ristretta għall-użu minn operatur individwali m'għandhiex iżżomm applikanti oħra milli japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' l-istess indikazzjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
fl-Artikolu 3, it-tieni subparagrafu, il-punt (d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
3. |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 8(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “2. Emendi għall-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3) u, fejn ikun xieraq, wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tinvolvi l-partijiet interessati, b'mod partikulari l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u l-gruppi tal-konsumaturi, sabiex jevalwaw il-perċezzjoni u l-konoxxenza ta' l-indikazzjonijiet in kwistjoni.”; |
5. |
L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
6. |
L-Artikolu 17(3) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “3. Deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). Madankollu, fejn fuq talba ta' l-applikant għall-protezzjoni tad-data ta' propjetà, il-Kummissjoni tipproponi li tillimita l-użu tat-talba favur l-applikant:
|
7. |
Fl-Artikolu 18(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “5. Meta l-Awtorità toħroġ opinjoni li ma tappoġġjax l-inklużjoni ta' l-indikazzjoni fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tittieħed skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). Madankollu, fejn fuq talba ta' l-applikant għall-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tipproponi li tillimita l-użu ta' l-istqarrija favur l-applikant:
|
8. |
Fl-Artikolu 20(2), it-tieni subparagrafu, il-punti 2 u 3 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
|
9. |
L-Artikolu 25 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 25 Il-proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”; |
10. |
L-Artikolu 28 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 15 ta' Jannar 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 325, 30.12.2006, p. 37.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2007.
(3) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9. Korrett bil-ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).