29.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 24/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 75/2008

tat-28 ta’ Jannar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1207/2001 dwar proċeduri sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ fil-Komunità ta' provi ta' oriġini u l-ħruġ ta' ċerti awtoriżżazzjonijiet approvati ta' l-esportatur taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1207/2001 (1), jistipula d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi appoġjat il-ħruġ ta' provi ta' l-oriġini f'relazzjoni ma' l-esportazzjonijiet ta' prodotti mill-Komunità fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali preferenzjali ma' ċerti pajjiżi terzi.

(2)

L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1207/2001 għandhom jiġu emendati sabiex tiġi żgurata indikazzjoni korretta ta' l-oriġini tal-materjali li jintużaw fil-manifattura ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1207/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1207/2001 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

l-Anness III għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness I ma' dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness IV għandu jiġi sostitwit bit-test ta' l-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri, għal prodotti li m'għandhomx status ta' oriġini preferenzjali, li jkunu saru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 165, 21.6.2001, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1617/2006 (ĠU L 300, 31.10.2006, p. 5).


ANNESS I

“ANNESS III

Id-dikjarazzjoni tal-fornituri għal prodotti li m'għandhomx status ta' oriġini preferenzjali

Id-dikjarazzjoni tal-fornituri, li t-test tagħha qed jidher hawn taħt, għandha timtela f’konformità man-noti f’qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f’qiegħ il-paġna m’hemmx għalfejn jerġgħu jinkitbu.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

“ANNESS IV

Id-dikjarazzjoni tal-fornituri fit-tul dwar prodotti li għandhom status ta' oriġini preferenzjali

Id-dikjarazzjoni tal-fornituri, li t-test tagħha qed jidher hawn taħt, għandha timtela f’konformità man-noti f’qiegħ il-pagna. Madankollu, in-noti f’qiegħ il-paġna m’hemmx għalfejn jerġgħu jinkitbu.

Image

Test ta 'immaġni