26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 66/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

li jiftaħ il-kwota tariffarja annwali għas-sena 2008 u s-snin ta’ wara applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/753/KE tas-6 ta’ Diċembru 1996 fir-rigward tal-konklużjoni ta’ Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda u r-Renju tan-Norveġja min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, approvat bid-Deċiżjoni 96/753/KE, jistabbilixxi kwota tariffarja annwali applikabbli għall-importazzjoni taċ-ċikkulata u prodotti oħra ta’ l-ikel li fihom il-kawkaw li joriġinaw min-Norveġja. Jinħtieġ li din il-kwota tinfetaħ għall-2008 u s-snin ta’ wara.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Jixraq li jkun ipprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament tkun immexxija skond dawk ir-regoli.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 u s-snin ta’ wara, l-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness għandhom ikunu soġġetti għad-dazji stipulati f'dak l-Anness fil-limitu tal-kwota annwali msemmija hemmhekk.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi mmexxija mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)   ĠU L 345, 31.12.1996, p. 78.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota Annwali

Rata applikabbli tad-dazju

09.0764

ex 1806

1806 20

1806 31

1806 32

1806 90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ l-ikel li fihom il-kawkaw ħlief it-trab tal-kawkaw, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 1806 10

5 500 tunnellata

35,15 EUR/100 kg