|
23.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 18/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 54/2008
tat-22 ta’ Jannar 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat fis-sena 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn importaturi tradizzjonali u/jew minn importaturi ġodda mit-2 sat-8 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jiftaћ u jipprovdi gћall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja tal-faqqiegћ ippreservat importat minn pajjiżi terzi, (3) jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li ġejjin miċ-Ċina u minn pajjiżi oћra. |
|
(2) |
Għaldaqstant, jaqbel li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-16 ta' Jannar 2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqa skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 mit-2 sat-8 ta' Jannar 2008, u mibgħuta lill-Kummissjoni sas-16 ta' Jannar 2008, qed jintlaqgħu fil-limitu tal-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba, kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegћu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS I
|
L-oriġini tal-prodotti |
Il-perċentwali ta' l-assenjazzjoni |
||||
|
Iċ-Ċina |
Pajjiżi terzi oħrajn barra ċ-Ċina |
||||
|
57,252161 % |
100 % |
|||
|
4,299465 % |
— |
|||
|
|||||