23.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 18/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 52/2008
tat-22 ta’ Jannar 2008
dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja applikabbli għas-sena 2008 u għas-snin li jsegwu għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Iżlanda li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/492/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda (2) u, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, approvat bid-Deċiżjoni 1999/492/KE, jipprovdi għal kwota ta’ tariffa annwali għal importazzjonijiet mill-Iżlanda ta’ prodotti tal-ħelu biz-zokkor u ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fih il-kawkaw. Huwa meħtieġ li tinfetaħ dik il-kwota għall-2008 u għas-snin ta’ wara. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skond dawk ir-regoli. |
(3) |
Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 u għas-snin li jsegwu, il-prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness se jkunu sottomessi għad-dazji stabbiliti fl-Anness fil-limiti tal-kwota annwali indikata fih.
Artikolu 2
Il-kwota ta’ tariffa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun immaniġġata mill-Kummissjoni skond Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 192, 24.7.1999, p. 47.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
ANNESS
Nru ta’ l-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwota Annwali |
Rata applikabbli tad-dazju |
09.0799 |
1704 90 10 1704 90 30 1704 90 51 1704 90 55 1704 90 61 1704 90 65 1704 90 71 1704 90 75 1704 90 81 1704 90 99 |
Ħelu magħmul miz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda) li ma fihx kawkaw, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1704 90 |
500 tunnellata |
50 % tar-rata tad-dazju għall-pajjiżi terzi (1) sa massimu ta’ 35,15 EUR/100 kg |
1806 32 10 1806 32 90 1806 90 11 1806 90 19 1806 90 31 1806 90 39 1806 90 50 1806 90 60 1806 90 70 1806 90 90 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fihom il-kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1806 32 , 1806 90 . |
|||
1905 31 11 1905 31 19 1905 31 30 1905 31 91 1905 31 99 1905 32 11 1905 32 19 1905 32 91 1905 32 99 |
Gallettini ħelwin, waffles u wejfers li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċijiet NM 1905 31 u 1905 32 , għajr għall-waffles u wejfers b’kontenut ta’ ilma li jaqbeż l-10 % tal-piż |
(1) Ir-rata tad-dazju għal pajjiżi terzi: rata magħmula mid-dazju ad volorem flimkien, fejn xieraq, mal-komponent agrikolu, limitat għar-rata massima meta stipulat fit-Tariffa Komuni Doganali.