18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 31/2008

tal-15 ta’ Novembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u (3), l-ewwel inċiż,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Komunità u r-Repubblika tal-Madagaskar innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jipprovdi lis-sajjieda tal-Komunità b’opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità tar-Repubblika tal-Madagaskar.

(2)

Huwa fl-interess tal-Komunità li dan il-Ftehim jiġi approvat.

(3)

Jeħtieġ li jiġi definit il-kriterju tat-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament (1).

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll għall-Ftehim għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija ta’ sajd

Tip ta’ bastiment

Stat Membru

Liċenzji jew kwota

Sajd għat-tonn

Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun

Spanja

23

Franza

19

L-Italja

1

Sajd għat-tonn

Bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta’ aktar minn 100 TG

Spanja

25

Franza

13

Il-Portugall

7

Ir-Renju Unit

5

Sajd għat-tonn

Bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta’ anqas minn jew ta’ 100 TG

Franza

26

Sajd demersali

Sajd sperimentali bix-xlief jew bil-konzijiet tal-fond

Franza

5

Jekk it-talbiet għal liċenzja ta’ dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 3

L-Istati Membri li jkollhom bastimenti jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar skond it-termini stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (2).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. L. RODRIGUES


(1)  Għat-test tal-Ftehim, ara ĠU L 331, 17.12.2007, p. 7.

(2)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.