10.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 13/2008

tad-9 ta' Jannar 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa mit-2 sa l-4 ta' Jannar 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 955/2005 għal ross li joriġina fl-Eġittu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2005 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 5 605 tunnellata ross kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 li joriġina mill-Eġittu (in-numru tas-serje 09.4097),

(2)

Mill-komunikazzjoni li saret f'konformità ma' l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 955/2005, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa 'l quddiem sa l-4 ta' Jannar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa fejn għandhom jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 għall-perjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li joriġina fl-Eġittu kopert bil-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 955/2005, imressqa 'l quddiem sa l-4 ta' Jannar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta' l-allokazzjoni ta' 8,123188 %.

2.   Il-ħruġ ta' ċertifikati għall-kwantitajiet mitluba mill-Ġimgħa 4 ta' Jannar 2008 mis-13:00 'l quddiem, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rural


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1758/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) u jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Settembru 2008.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)   ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1456/2007 (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 76).