12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 8/2008
tal-11 ta' Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/1991 jistipula li l-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi għall-ħtiġijiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi komuni elenkati fl-Anness III li huma meħtieġa minħabba l-progress xjentifiku u tekniku; |
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/1991 li fih ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan huwa bbażat fuq sett ta’ regoli armonizzati adottati mill-Awtoritajiet Konġunti ta’ l-Avjazzjoni (Joint Aviation Authorities — JAA) imsejħa Ħtiġijiet ta’ l-Avjazzjoni Konġunta għat-Trasport Kummerċjali bl-Ajru (Ajruplani) (Joint Aviation Requirements for Commercial Air Transportation (Aeroplanes) JAR-OPS 1), kif emendat fl-1 ta’ Jannar 2005 (Emenda 8); |
(3) |
Mill-1 ta’ Jananr 2005, il-JAR-OPS 1 ġew adottati (Emendi 9 sa 12) sabiex isaħħu l-ħtiġijiet ta’ sikurezza li hemm fihom. Il-ħtiġijiet il-ġodda għandhom ikunu applikabbli mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, jiġifieri s-16 ta’ Lulju 2008. |
(4) |
Peress li l-emendi huma urġenti, sabiex jipprovdu lill-operaturi ta’ l-ajru u lill-Awtoritajiet bil-perjodu neċessarju biex jaġġustaw il-ħtiġijiet ġodda, għandha tapplika l-proċedura ta’ urġenza stabbilita fl-Artikolu 12(4) ta’ l-istess Regolament. |
(5) |
L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza ta’ l-Ajru stabbilit mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 huwa mibdul bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Memri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi-President
(1) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176.)
MTNESS
ANNESS III
Il-kiriterji tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li jikkonċernaw it-trasport kummerċjali bl- inġenji ta’ l-ajru
OPS 1: it-trasport kummerċjali bl-ajru (ajruplani)
Kontenut (Tfassila ġenerali)
SUBPARTI A |
— |
L-Applikabilità u d-Definizzjonijiet |
SUBPARTI B |
— |
Ġenerali |
SUBPARTI Ċ |
— |
Iċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur u s-Sorveljanza |
SUBPARTI D |
— |
Il-Proċeduri operattivi |
SUBPARTI E |
— |
Ħidmiet ta’ kull temp |
SUBPARTI F |
— |
Il-Kapaċità Ġenerali |
SUBPARTI G |
— |
Klassi ta’ Kapaċità A |
SUBPARTI H |
— |
Klassi ta’ Kapaċità B |
SUBPARTI I |
— |
Klassi ta’ Kapaċità C |
SUBPARTI J |
— |
Il-Massa u l-bilanċ |
SUBPARTI K |
— |
L-Istrumenti u t-Tagћmir |
SUBPARTI L |
— |
It-Tagћmir tal-Komunikazzjoni u n-Navigazzjoni |
SUBPART M |
— |
Il-Manutenzjoni ta’ l-Ajruplan |
SUBPARTI N |
— |
L-Ekwipaġġ tat-Titjira |
SUBPARTI O |
— |
L-Ekwipaġġ tal-Kabina |
SUBPARTI P |
— |
Manwali, Ġurnali U Reġistri |
SUBPARTI Q |
— |
Il-limitazzjonijiet tat-titjira u tal-ћin tas-servizz u l-kriterji tas-serћan |
SUBPARTI R |
— |
Trasport bl-Ajru ta’ Merkanzija Perikoluża |
SUBPARTI S |
— |
Sigurtà |
SUBPARTI A
APPIKABILITÀ U DEFINIZZJONIJIET
OPS 1 001
Applikabilità
OPS Parti 1 tippreskrivi r-rekwiżiti applikabbli gћat-tћaddim ta’ kwalunkwe ajruplan ċivili gћall-ġarr kummerċjali bl-ajru minn kwalunkwe operatur li l-post ewlieni tan-negozju u, jekk għandu, l-uffiċċju reġistrat tiegћu jinsab fi Stat Membru, minn hawn ‘il quddiem imsejjaћ l-operatur. OPS 1 ma tapplikax:
1. |
gћall-ajruplani meta jintużaw f’servizzi militari, doganali u tal-Pulizija; lanqas ma |
2. |
gћall-inżul ta’ paraxuts u gћal titjiriet gћat-tifi tan-nar, u gћall-ippustjar assoċjat u titjiriet bir-ritorn li fihom il-persuni li jinġarru huma dawk li normalment jinġarru biex jinżlu bil-paraxut jew biex jiġġieldu n-nirien; lanqas ma |
3. |
gћat-titjiriet immedjatament qabel, matul, jew immedjatament wara attività ta’ xogħol fl-ajru, sakemm dawn it-titjiriet ikunu marbuta ma’ dik l-attività ta’ xogħol fl-ajru u li fiha, barra l-membri ta’ l-ekwipaġġ, jinġarru mhux iktar minn 6 persuni li jkunu indispensabbli f’dik l-attività ta’ xogħol fl-ajru. |
OPS 1 003
Id-Definizzjonijiet
(a) |
Għall-għan ta’ dan l-Anness:
|
(b) |
Il-Parti M u l-Parti 145 kif hemm imsemmi f’dan l-Anness huma dawk tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 ta’ l- 20 ta’ Novembru 2003 (1). |
SUBPARTI B
ĠENERALI
OPS 1 005
Ġenerali
(a) |
Operatur m’gћandux iћaddem ajruplan gћall-gћan ta’ ġarr kummerċjali bl-ajru gћajr skond l-OPS Parti 1. Gћal tћaddim ta’ l-ajruplani tal-Klassi ta’ Eżekuzzjoni B, rekwiżiti mtaffija jistgћu jinstabu fl-Appendiċi 1 gћall-OPS 1 005(a). |
(b) |
Operatur gћandu jkun konformi mar-rekwiżiti retroattivi ta’ adegwatezza għat-titjir applikabbli gћall-ajruplani li jitћaddmu gћall-għan ta’ ġarr kummerċjali bl-ajru. |
(ċ) |
Kull ajruplan gћandu jitћaddem skond it-termini taċ-Ċertifikat ta’ adegwatezza għat-titijir tiegћu u fi ћdan il-limitazzjonijiet approvati li jkun hemm fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan tiegћu. |
(d) |
L-Għodod Sinetiċi għat-Taћriġ kollha (STD), bћalma huma s-Simulaturi tat-Titjir jew l-għodod għat-Taћriġ tat-Titjir(FTD), li jibdlu ajruplan gћal skopijiet ta’ taћriġ u/jew verifika, għandhom ikunu kwalifikati skond ir-rekwiżiti applikabbli gћall-Għodod Sintetiċi għat-Taћriġ. Operatur li jgħandu l-ħsieb juża tali STD għandu jikseb l-approvazzjoni mill-Awtorità. |
OPS 1 020
Liġijiet, Regolamenti u Proċeduri — Responsabbiltajiet ta’ l-Operatur
Operatur gћandu jiżgura li:
1. |
Il-ћaddiema kollha jkunu konxji li dawn għandhom ikunu konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dawk l-Istati li fihom l-operazzjonijiet jitmexxew u li jkunu jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagћhom; kif ukoll |
2. |
Il-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ ikunu familjari mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagћhom. |
OPS 1 025
Lingwa Komuni
(a) |
L-operatur gћandu jiżgura li l-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ ikunu jistgћu jikkomunikaw b’lingwa komuni. |
(b) |
L-operatur gћandu jiżgura li l-persunal kollu ta’ l-operazzjonijiet ikunu kapaċi jifhmu l-lingwa li fiha jkunu miktuba dawk il-partijiet tal-Manwal ta’ l-Operazzjonijiet li jkunu jikkonċernaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagћhom. |
OPS 1 030
Listi ta’ Tagћmir Minimu — Responsabbiltajiet ta’ l-Operatur
(a) |
Gћal kull ajruplan l-operatur gћandu jiddetermina Lista ta’ Tagћmir Minimu (MEL) li tkun ġiet approvata mill-Awtorità. Din gћandha tkun ibbażata fuq, iżda ma tkunx inqas ristrettiva minn, il-Lista Definittiva tat-Tagћmir Minimu rilevanti (MMEL) (jekk din tkun teżisti) li tkun ġiet aċċettata mill-Awtorità. |
(b) |
L-operatur m’gћandux iћaddem ajruplan gћajr skond l-MEL, sakemm ma jkunx ġie awtorizzat mill-Awtorità. Kwalunkwe permess bћal dan ma għandu fl-ebda ċirkostanza jippermetti t-tћaddim ta’ dan barra l-limiti tal-MMEL. |
OPS 1 035
Is-sistema ta’ kwalità
(a) |
L-operatur gћandu jistabilixxi Sistema ta’ Kwalità waћda u jaћtar Maniġer tal-Kwalità wieћed biex jimmonitorja l-konformità ma’, u l-adegwatezza tal-proċeduri meћtieġa biex ikunu żgurati prattiċi operattivi bla periklu kif ukoll ajruplani adegwati għat-titjir. Il-monitoraġġ tal-konformità gћandu jinkludi sistema ta’ feed-back lill-Maniġer Responsabbli (ara wkoll OPS 1 175 (h)) biex tkun żgurata azzjoni korrettiva kif meћtieġ. |
(b) |
Is-Sistema ta’ Kwalità gћandha tinkludi Programm ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità li jkun fih proċeduri mfassla biex ikun verifikat li l-operazzjonijiet kollha jkunu qed isiru skond ir-rekwiżiti, l-istandards u l-proċeduri kollha applikabbli. |
(ċ) |
Is-Sistema ta’ Kwalità u l-Maniġer tal-Kwalità gћandhom ikunu aċċettabbli mill-Awtorità. |
(d) |
Is-Sistema ta’ Kwalità gћandha tiġi deskritta fid-dokumenti rilevanti. |
(e) |
Minkejja s-subparagrafu (a) hawn fuq, l-Awtorità tista’ taċċetta n-nominazzjoni ta’ żewġ Maniġers tal-Kwalità, wieћed gћall-operazzjonijiet u l-ieћor għal-manutenzjoni, sakemm l-operatur ikun ћatar Taqsima ta’ Ġestjoni tal-Kwalità waћda biex ikun żgurat li s-Sistema tal-Kwalità tkun applikata b’mod uniformi matul l-operazzjoni kollha. |
OPS 1 037
Programm ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti u ta’ sigurtà tat-titjir
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi u jżomm program ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti u ta’ sigurezza tat-titjir, li jista’ jiġi integrat mas-Sistema ta’ Kwalità, inklużi:
|
(b) |
Il-proposti gћal azzjoni korrettiva li tkun ġejja mill-programm tal-prevenzjoni ta’ aċċidenti u tas-sigurtà tat-titjir gћandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-persuna responsabbli mill-ġestjoni tal-programm. |
(ċ) |
L-effettività tal-bidliet li jkunu ġejjin minn proposti gћall-azzjoni korrettiva li tkun ġiet identifikata mill-programm tal-prevenzjoni ta’ aċċidenti u s-sigurezzà tat-titjir gћandha tkun immonitorjata mill-Maniġer tal-Kwalità. |
OPS 1 040
Il-Membri ta’ l-Ekwipaġġ
(a) |
Operatur gћandu jiżgura li l-membri kollha li joperaw it-titjira u ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jkunu tћarrġu, u jkunu profiċjenti biex iwettqu, id-dmirijiet assenjati lilhom. |
(b) |
Fejn ikun hemm membri ta’ l-ekwipaġġ, gћajr membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, li jwettqu dmirijiethom fil-kompartiment tal-passiġġiera ta’ ajruplan, l-operatur gћandu jiżgura li dawn
|
OPS 1 050
Informazzjoni għat-tfittxija u s-salvataġġ
Operatur gћandu jiżgura li tagћrif essenzjali li jikkonċerna t-titjira dwar is-servizzi għat-tfittxija u s-salvataġġ ikun aċċessibbli b’mod faċli abbord il-gverta għat-titjir.
OPS 1 055
Informazzjoni fuq it-tagћmir ta’ emerġenza u ta’ salvataġġ li jkun hemm abbord
Operatur gћandu jiżgura li jkun hemm disponibbli gћall-komunikazzjoni immedjata maċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ, listi li jkun hemm fihom tagћrif fuq it-tagћmir ta’ emerġenza u salvataġġ abbord l-ajruplani kollha tiegћu. L-informazzjoni gћandha tinkludi, kif appplikabbli, in-numru, il-kulur u t-tip ta’ ċattra tas-salvataġġ u sinjali pirotekniċi, id-dettalji dwar il-provvisti mediċi ta’ l-emerġenza, il-provvisti ta’ l-ilma u t-tip u l-frekwenzi tat-tagћmir portabbli tar-radju ta’ l-emerġenza.
OPS 1 060
L-Inżul f’emerġenza ta’ ajruplan
Operatur m’gћandux iћaddem ajruplan b’konfigurazzjoni approvata ta’ postijiet għall-passiġġiera ta’ iktar minn 30 passiġġier fuq titjiriet li jgћaddu minn fuq il-baћar f’distanza mill-art li tkun adegwata gћal inżul ta’ emerġenza ta’ iktar minn 120 minuta f’veloċità moderata, jew 400 mil nawtiku, liema minn dawn tkun l-inqas, sakemm l-ajruplan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti għal inżul ta’ emerġenza preskritti fil-kodiċi ta’ adegwatezza għat-titjir li jkun applikabbli.
OPS 1 065
Ġarr ta’ armi tal-gwerra u munizzjon tal-gwerra
(a) |
Operatur ma gћandux iġorr armi tal-gwerra u munizzjon tal-gwerra bl-ajru sakemm ma jkunx ingћata approvazzjoni biex jagћmel hekk mill-Istati kollha kkonċernati. |
(b) |
Operatur gћandu jiżgura li l-armi tal-gwerra u l-munizzjon tal-gwerra jkunu:
|
(ċ) |
Operatur gћandu jiżgura li l-kmandant ikun mgћarraf qabel ma tibda titjira dwar id-dettalji u l-post abbord l-ajruplan ta’ kwalunkwe armi tal-gwerra jew munizzjon tal-gwerra li jkunu maћsuba biex jinġarru. |
OPS 1 070
Il-Ġarr ta’ armi u munizzjon għall-isports
(a) |
Operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha raġonevoli biex jiżgura li kwalunkwe armi għall-isports maћsuba biex jinġarru bl-ajru jkunu ġew rapportati lilu. |
(b) |
Operatur li jaċċetta li jġorr armi għall-isport gћandu jiżgura li dawn ikunu:
|
(ċ) |
Il-munizzjon gћall-armi għall-isport jista’ jinġarr fil-bagalji tal-passiġġiera li jkunu ġew ikkontrollati, suġġett gћal ċerti limitazzjonijiet, skond l-Istruzzjonijiet Tekniċi (ara OPS 1 1160 (b)(5)) kif definit fl-OPS 1.1150 (a)(15). |
OPS 1 075
Metodu tal-ġarr ta’ persuni
Operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tkun fi kwalunkwe parti ta’ ajruplan li qed itir li ma tkunx parti maћsuba gћall-akkommodazzjoni ta’ persuni, sakemm ma jkunx ingћata aċċess temporanju mill-kmandant gћal kwalunkwe parti ta’ l-ajruplan:
1. |
Gћall-gћan biex tittieћed azzjoni xierqa gћas-sigurtà ta’ l-ajruplan jew ta’ kwalunkwe persuna, annimal jew oġġetti li jkun hemm fuqu; jew |
2. |
Li fiha jinġarru t-tagћbija u l-provvisti, waqt li tkun parti maћsuba biex persuna jkollha aċċess gћal din waqt li l-ajruplan ikun qed itir. |
OPS 1 080
Intenzjonalment vojt
OPS 1 085
Ir-Responsabbiltajiet ta’ l-ekwipaġġ
(a) |
Membru ta’ l-ekwipaġġ gћandu jkun responsabbli gћat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tiegћu/tagћha li:
|
(b) |
Membru ta’ l-ekwipaġġ gћandu:
|
(ċ) |
Xejn fil-paragrafu (b) hawn fuq m’gћandu jobbliga lil membru ta’ l-ekwipaġġ biex jirrapporta okkorrenza li tkun diġà ġiet rapportata minn membru ieћor ta’ l-ekwipaġġ. |
(d) |
Membru ta’ l-ekwipaġġ m’gћandux iwettaq dmirijiet fuq ajruplan:
|
(e) |
Membru ta’ l-ekwipaġġ gћandu jkun suġġett gћal rekwiżiti xierqa fuq il-konsum ta’ l-alkoћol li gћandhom ikunu stabbiliti mill-operatur u aċċettati mill-Awtorità, u li ma gћandhomx ikunu inqas ristrettivi minn dawn li ġejjin:
|
(f) |
Il-Kmandant għandu:
|
(g) |
Il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun fdata t-titjira gћandu, f’kwalunkwe każ ta’ emerġenza li jkun jeћtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjata, jieћu kwalunkwe azzjoni li hu/hi ikun/tkun iqis/tqis bћala meћtieġa taћt iċ-ċirkostanzi. F’dawn il-każijiet, hu/hi jista’/tista’ tagħmel/jagħmel devjazzjoni mir-regoli, il-proċeduri operattivi u l-metodi fl-interess tas-sigurtà. |
OPS 1 090
L-Awtorità tal-kmandant
Operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha raġjonevoli biex ikun żgurat li l-persuni kollha fl-ajruplan jobdu l-ordnijiet leġittimi kollha li jkunu ngћataw mill-kmandant biex jiżgura s-sigurtà ta’ l-ajruplan u ta’ persuni jew proprjetà li jkun hemm abbord.
OPS 1 095
L-Awtorità biex jitmexxa ajruplan fl-ajrudrom
Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li ajruplan li jkun taћt ir-responsabbiltà tiegћu ma jitmexxiex f’żona ta’ moviment ta’ ajrudrom minn persuna gћajr membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm dik il-persuna, li tkun bilqiegћda ћdejn is-sistemi tal-kontroll:
1. |
Tkun ġiet aworizzata kif suppost mill-operatur jew minn aġent maћtur u tkun kompetenti biex;
|
2. |
Tkun irċeviet istruzzjoni dwar it-taqsim, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru kif ukoll l-istruzzjonijiet, il-lingwaġġ u l-proċeduri ta’ l-ajrudrom, u tkun kapaċi tikkonforma ruћha ma’ l-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment bla periklu ta’ l-ajruplan fuq l-ajrudrom. |
OPS 1 100
L-Ammissjoni fuq il-gverta tat-titjira ta’ l-ajruplan
(a) |
Operatur gћandu jiżgura li l-ebda persuna, gћajr membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjir assenjat fuq titjira, ma jidћol, jew jinġarr fil-gverta ta’ l-ajruplan, sakemm dik il-persuna tkun:
|
(b) |
Il-kmandant għandu jiżgura li:
|
(ċ) |
Id-deċiżjoni finali dwar l-ammissjoni fil-gverta ta’ l-ajruplan gћandha tkun ir-responsabbiltà tal-kmandant. |
OPS 1 105
Ġarr mhux awtorizzat
Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma taћbi lilha nfisha jew taћbi tagћbija abbord l-ajruplan.
OPS 1 110
Strumenti elettroniku portabbli
Operatur m’gћandux jippermetti kwalunkwe persuna milli tuża, u dan gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tuża, abbord ajruplan strument elettroniku portabbli li jista’ jaffettwa ћażin l-eżekuzzjoni tas-sistemi u tat-tagћmir ta’ l-ajruplan.
OPS 1 115
Alkoћol u drogi
Operatur ma gћandux jippermetti lil kwalunkwe persuna li tidћol jew tkun ġewwa, u gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tidћol jew tkun ġewwa, ajruplan meta din tkun taћt l-influwenza ta’ alkoћol jew droga tant li s-sigurtà ta’ l-ajruplan jew ta’ l-okkupanti tistà probabbilment tiġi perikolata.
OPS 1 120
Tpoġġija tas-sigurtà fil-periklu
Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna taġixxi jew tonqos li taġixxi b’imprudenza jew b’negliġenza
1. |
hekk li tpoġġi fil-periklu ajruplan jew il-persuni ta’ ġo fih; |
2. |
hekk li tikkawża jew tippermetti ajruplan li jpoġġi fil-periklu kwalunkwe persuna jew proprjetà. |
OPS 1 125
Id-Dokumenti li gћandhom jinġarru
(a) |
Operatur gћandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin jew kopji tagħhom jinġarru abbord kull titjira:
|
(b) |
Kull membru ta’ l-ewkipaġġ tat-titjira gћandu, fuq kull titjira, iġorr liċenzja valida ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira bil-grad(i) xieraq/xierqa gћall-gћan tat-titjira. |
OPS 1 130
Il-Manwali li gћandhom jinġarru
Operatur għandu jiżgura illi:
1. |
Il-partijiet attwali tal-Manwal tat-Tћaddim li huma rilevanti gћad-dmirijiet ta’ l-ekwipaġġ jinġarru fuq kull titjira; |
2. |
Dawk il-partijiet tal-Manwal tat-Tћaddim li huma meћtieġa gћat-twettiq ta’ titjira jkunu aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ abbord l-ajruplan; kif ukoll |
3. |
Il-Manwal tat-Titijir ta’ l-Ajruplan kurrenti jinġarr fl-ajruplan, sakemm l-Awtorità tkun aċċettat li l-Manwal ta’ l-Operazzjonijiet preskritt fl-OPS 1.1045, Appendiċi 1, Parti B ikun fih l-informazzjoni rilevanti gћal dak l-ajruplan. |
OPS 1 135
Informazzjoni addizzjonali u formoli li gћandhom jinġarru
(a) |
Operatur gћandu jiżgura li, barra d-dokumenti u l-manwali preskritti fl-OPS 1 125 u l-OPS 1 130, l-informazzjoni u l-formoli li ġejjin, li jkunu rilevanti gћat-tip u l-qasam ta’ l-operat, jinġarru fuq kull titjira:
|
(b) |
L-Awtorità tista’ tippermetti li l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (a) hawn fuq, jew partijiet minn din, tiġi ppreżentata f’forma gћajr milli fuq karta stampata. Gћandu jkun żgurat standard aċċettabbli ta’ aċċessibilità, użabilità u kredibilità. |
OPS 1 140
Informazzjoni li tinżamm fuq l-art
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi: Mill-inqas gћall-perjodu ta’ kull titjira jew sensiela ta’ titjiriet;
|
(b) |
L-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (a) hawn fuq tinkludi:
|
OPS 1 145
Is-setgћa ta’ spezzjoni
Operatur gћandu jiżgura li kwalunkwe persuna li tkun awtorizzata mill-Awtorità gћandha titћalla fi kwalunkwe ћin biex titla’ abbord u ttir fi kwalunkwe ajruplan li jitћaddem skond l-AOC li jkun inћareġ minn dik l-Awtorità. Din gћandha wkoll titћalla tidћol u tibqa’ fil-gverta ta’ l-ajruplan sakemm il-kmandant ma jirrifjutax l-aċċess gћall-gverta ta’ l-ajruplan jekk, fl-opinjoni tiegћu/tagћha, is-sigurtà ta’ l-ajruplan titpoġġa f’periklu b’dan il-mod.
OPS 1 150
Il-Produzzjoni ta’ dokumenti u ta’ reġistri
(a) |
Operatur għandu:
|
(b) |
Il-kmandant gћandu, fi żmien raġonevoli minn meta jkun intalab li jagћmel hekk minn persuna awtorizzata mill-Awtorità, jipproduċi lil dik il-persuna d-dokumenti meћtieġa li jinġarru abbord. |
OPS 1 155
Żamma tad-dokumentazzjoni
Operatur għandu jiżgura illi:
1. |
Kwalunkwe dokumenti oriġinali, jew kopji ta’ dawn, li dan ikun obbligat iżomm, jinżammu gћall-perjodu ta’ żamma meћtieġ anke jekk dan ma jibqax jaġixxi bћala l-operatur ta’ l-ajruplan; kif ukoll |
2. |
Fejn membru ta’ l-ekwipaġġ, li dwaru l-operatur ikun żamm reġistri fir-rigward tad-dmirijiet tat-titjir u dwar il-perjodi ta’ xogћol u ta’ mistrieћ, isir membru ta’ l-ekwipaġġ gћal operatur ieћor, dak ir-reġistru gћandu jkun disponibbli gћall-operatur ġdid. |
OPS 1 160
Preżervazzjoni, produzzjoni u użu ta’ reġistrazzjonijiet permezz tat-tagħmir li jirreġistra t-titjira
(a) |
Żamma tad-dokumentazzjoni
|
(b) |
Produzzjoni tar-reġistrazzjonijiet L-operatur ta’ ajruplan li fuqu jinġarr tagћmir li jirreġistra t-titjira għandu, fi żmien raġonevoli wara li jkun intalab biex jagħmel hekk mill-Awtorità, jipproduċi kwalunkwe reġistrazzjoni li tkun saret minn tagħmir li jirreġistra t-titjira li tkun disponibbli jew li ġiet ippreżervata. |
(ċ) |
Użu tar-reġistrazzjonijiet
|
OPS 1 165
Kiri b’lokazzjoni
(a) |
Terminoloġija It-termini użati f’dan il-paragrafu gћandhom it-tifsira li ġejja:
|
(b) |
Kiri ta’ ajruplani bejn operaturi tal-Komunità
|
(ċ) |
Kiri ta’ ajruplan bejn operatur tal-Komunità u kwalunkwe entità oħra gћajr operatur tal-Komunità:
|
Appendiċi 1 għall-OPS 1 005 (a)
Operazzjonijiet ta’ ajruplani ta’ klassi ta’ eżekuzzjoni B.
(a) |
Terminoloġija
|
(b) |
Operazzjonijiet, li għalihom japplika dan l-Appendiċi, jistgħu jsiru skond l-mitigazzjonijiet li ġejjin.
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 125
Id-Dokumenti li gћandhom jinġarru
Ara OPS 1 125
Fil-każ li d-dokumenti speċifikati fl-OPS 1 125 jintilfu jew jinsterqu, l-operazzjoni titћalla tkompli sakemm it-titjira tilћaq il-bażi jew post fejn ikun jista’ jingћata dokument ta’ sostituzzjoni.
SUBPARTI Ċ
ĊERTIFIKAZZJONI U SORVELJANZA TA’ L-OPERATUR
OPS 1 175
Regoli Ġenerali gћaċ-Ċertifikazzjoni ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru
Nota 1: L-Appendiċi 1 gћal dan il-paragrafu jispeċifika l-kontenut u l-kondizzjonijiet ta’ l-AOC.
Nota 2: L-Appendiċi 2 gћal dan il-paragrafu jispeċifika r-rekwiżiti tal-Ġestjoni u l-organizzazzjoni.
(a) |
Operatur m’gћandux iћaddem ajruplan gћall-ġarr kummerċjali bl-ajru ћlief taћt, u skond it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru (AOC). |
(b) |
Applikant gћal AOC, jew gћal varjazzjoni ta’ AOC, gћandu jippermetti lill-Awtorità biex teżamina l-aspetti kollha tas-sigurtà ta’ l-operazzjoni proposta. |
(ċ) |
Applikant gћal AOC gћandu:
|
(d) |
Jekk operatur ikollu ajruplani reġistrati fi Stati Membri differenti, gћandhom isiru arranġamenti xierqa biex tkun żgurata s-sorveljanza tas-sigurtà li tkun xierqa. |
(e) |
Operatur gћandu jagћti lill-Awtorità l-aċċess gћall-organizzazzjoni u għall-ajruplan tiegћu u gћandu jiżgura li, fejn jikkonċerna l-manutenzjoni, jingћata aċċess wkoll gћal kwalunkwe organizzazzjoni ta’ manutenzjoni Parti–145 assoċjata, biex tkun stabbilita l-konformità ssoktata ma’ l-OPS 1. |
(f) |
AOC jista’ jvarja, ikun sospiż jew revokat jekk l-Awtorità ma tkunx aktar sodisfatta li l-operatur ikun jista’ jżomm livell gћoli ta’ operazzjonijiet bla periklu. |
(g) |
L-operatur gћandu jissodisfa lill-Awtorità li;
|
(h) |
L-operatur gћandu jkun ћatar maniġer responsabbli li jkun aċċettat mill-Awtorità u li jkollu biżżejjed għarfien korporattiv biex b’hekk ikun jistà jiżgura li l-operazzjonijiet u l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kollha jkunu jistgћu jiġu ffinanzjati u mwettqa skond l-istandard meћtieġ mill-Awtorità. |
(i) |
L-operatur gћandu jkun ћatar persuni, li jkunu aċċettati mill-Awtorità, li jkunu responsabbli mill-ġestjoni u s-sorveljanza ta’ l-oqsma li ġejjin,
|
(j) |
Persuna tista’ tokkupa iktar minn kariga waћda jekk dan ikun aċċettabbli gћall-Awtorità iżda, gћall-operaturi li jimpjegaw 21 jew aktar ћaddiem “full-time”, numru minimu ta’ żewġ persuni huma meћtieġa biex ikopru l-erba’ oqsma ta’ responsabbiltà. |
(k) |
Gћall-operaturi li jimpjegaw 20 jew inqas ћaddiem “full-time”, wieћed jew aktar mill-karigi maћtura jistgћu jimtlew mill-maniġer responsabbli jekk dan ikun aċċettabbli gћall-Awtorità. |
(l) |
L-operatur gћandu jiżgura li kull titjira ssir skond id-dispożizzjonijiet tal-Manwal ta’ Tћaddim. |
(m) |
L-operatur gћandu jagћmel l-arranġamenti xierqa gћall-faċilitajiet ta’ l-immaniġġjar fuq l-art biex ikun żgurat l-immaniġġjar bla periklu tat-titjiriet tiegћu. |
(n) |
L-operatur gћandu jiżgura li l-ajruplani tiegћu jkunu mgћammra u li l-ekwipaġġ tiegћu jkun kwalifikat, skond kif meћtieġ gћall-qasam u għat-tip ta’ operazzjoni. |
(o) |
L-operatur gћandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ manutenzjoni, skond il-Parti M, gћall-ajruplani kollha li jitћaddmu taћt it-termini ta’ l-AOC tiegћu. |
(p) |
L-operatur gћandu jipprovdi l-Awtorità b’kopja tal-Manwal ta’ Tћaddim, kif speċifikat fis-Subparti P u bl-emendi u bir-reviżjonijiet kollha li jsiru gћal dan. |
(q) |
Fil-bażi operattiva ewlenija, l-operatur gћandu jżomm faċilitajiet operattivi ta’ appoġġ, liema faċilitajiet jkunu xierqa skond il-qasam u t-tip ta’ operazzjoni. |
OPS 1 180
Il-Ħruġ, il-varjazzjoni u t-tkomplija tal-validità ta’ l-AOC
(a) |
Operatur m’gћandux jinћariġlu AOC, jew varjazzjoni ta’ AOC, u li dak l-AOC ma jibqax aktar validu sakemm:
|
(b) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-OPS 1 185 (f), l-operatur gћandu jinnotifika lill-Awtorità kemm jista’ jkun malajr dwar kwalunkwe bidliet li jsiru fir-rigward ta’ l-informazzjoni li tkun ingħatat skond l-OPS 1 185(a) hawn taћt. |
(ċ) |
Jekk l-Awtorità ma tkunx sodisfatta li r-rekwiżiti tas-subparagrafu (a) hawn fuq ikunu ntlaћqu, l-Awtorità tista’ titlob li ssir titjira waћda jew aktar ta’ dimostrazzjoni li gћandhom jitћaddmu daqslikieku dawn kienu titjiriet ta’ trasport kummerċjali bl-ajru. |
OPS 1 185
Ħtiġijiet amministrattivi
(a) |
L-operatur gћandu jiżgura li t-tagћrif li ġej ikun inkluż fl-applikazzjoni inizjali gћal AOC u, fejn ikun applikabbli, gћal kwalunkwe varjazzjoni jew tiġdid li tkun saret applikazzjoni għaliha:
|
(b) |
Fejn jikkonċerna biss is-sistema ta’ manutenzjoni ta’ l-operatur, l-informazzjoni li ġejja gћandha tkun inkluża fl-applikazzjoni inizjali gћal AOC u, fejn ikun applikabbli, gћal kwalunkwe varjazzjoni jew tiġdid li tkun saret applikazzjoni għaliha, u gћal kull tip ta’ ajruplan li gћandu jitћaddem:
|
(ċ) |
L-applikazzjoni gћall-ћruġ inizjali ta’ AOC gћandha tintbagћat mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ l-operazzjoni ppjanata, ћlief li l-Manwal tat-Tћaddim jistà jintbagћat aktar tard iżda mhux inqas minn 60 jum qabel id-data ta’ l-operazzjoni ppjanata. |
(d) |
L-applikazzjoni gћall-varjazzjoni ta’ AOC gћandha tintbagћat mill-inqas 30 jum, jew skond kif ikun miftiehem, qabel id-data ta’ l-operazzjoni ppjanata. |
(e) |
L-applikazzjoni gћat-tiġdid ta’ AOC gћandha tintbagћat mill-inqas 30 jum, jew skond kif jiġi miftiehem, qabel it-tmiem tal-perjodu eżistenti ta’ validità. |
(f) |
Ħlief f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità gћandha tingћata avviż ta’ mill-inqas 10 ijiem minn qabel fejn ikun hemm proposta għal tibdil ta’ persuna maћtura għal kariga. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 175
Il-Kontenut u l-kondizzjonijiet taċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru
AOC gћandu jispeċifika:
(a) |
L-isem u l-post (il-post ewlieni tan-negozju) ta’ l-operatur; |
(b) |
Id-data tal-ћruġ u l-perjodu tal-validità; |
(ċ) |
Deskrizzjoni tat-tip ta’ l-operazzjonijiet awtorizzati; |
(d) |
It-tip(i) ta’ ajruplan(i) awtorizzati gћall-użu; |
(e) |
Il-marki tar-reġistrazzjoni ta’ l-ajruplan(i) awtorizzat(i), ћlief li l-operaturi jkunu jistgћu jiksbu approvazzjoni gћal sistema biex biha jgћarrfu lill-Awtorità dwar il-marki tar-reġistrazzjoni gћall-ajruplan li jkunu qed jitћaddmu taћt l-AOC tagћha; |
(f) |
L-oqsma awtorizzati ta’ l-operazzjoni; |
(g) |
Limitazzjonijiet speċifiċi; kif ukoll |
(h) |
Awtorizzazzjonijiet/approvazzjonijiet speċifiċi eż:
|
Appendiċi 2 sa’ OPS 1 175
Il-ġestjoni u l-organizzazzjoni ta’ possessur ta’ AOC
(a) |
Ġenerali Operatur gћandu jkollu struttura ta’ ġestjoni soda u effettiva biex jiżgura t-twettiq bla periklu ta’ operazzjonijiet bl-ajru. Il-persuni maћtura f’karigi gћandu jkollhom kompetenza maniġerjali flimkien ma’ kwalifiki tekniċi/operattivi xierqa fl-avjazzjoni. |
(b) |
Il-Persuni maћtura f’karigi:
|
(ċ) |
L-Adegwatezza u s-sorveljanza tal-persunal
|
(d) |
Faċilitajiet ta’ l-akkommodazzjoni
|
(e) |
Dokumentazzjoni L-operatur gћandu jagћmel arranġamenti gћall-produzzjoni ta’ manwali, emendi u dokumenti oћra. |
SUBPARTI D
PROĊEDURI OPERATTIVI
OPS 1 195
Kontroll tat-tħaddim
Operatur għandu:
(a) |
Jistabilixxi u jżomm metodu biex iwettaq kontroll operattiv approvat mill-Awtorità; kif ukoll |
(b) |
Jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe titjira li titћaddem taћt it-termini ta’ l-AOC tiegћu. |
OPS 1 200
Il-Manwal tat-tћaddim
Operatur gћandu jipprovdi Manwal tat-Tћaddim skond is-Subparti P gћall-użu u l-gwida tal-persunal ta’ l-operazzjonijiet.
OPS 1 205
Il-Kompetenza tal-persunal ta’ l-operazzjonijiet
Operatur gћandu jiżgura li l-persunal kollu assenjati gћal, jew li jkun involut direttament, fl-operazzjonijiet ta’ fuq l-art u ta’ l-ajru jkunu mћarrġa kif xieraq, ikunu wrew il-ћiliet tagћhom fid-dmirijiet partikolari tagћhom u jkunu konxji mir-responsabbiltajiet tagћhom u mir-relazzjoni ta’ dawn id-dmirijiet ma’ l-operazzjoni kollha.
OPS 1 210
Id-Determinazzjoni tal-proċeduri
(a) |
Gћal kull tip ta’ ajruplan, operatur gћandu jistabblixxi proċeduri u struzzjonijiet li fihom ikun hemm id-dmirijiet tal-persunal ta’ fuq l-art u tal-membri ta’ l-ekwipaġġ gћat-tipi kollha ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq l-art u waqt it-titjira. |
(b) |
Operatur gћandu jistabbilixxi sistema ta’ lista ta’ verifika li gћandha tintuża mill-membri ta’ l-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha ta’ l-operazzjoni ta’ l-ajruplan taћt kondizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza kif applikabbli, biex ikun żgurat li l-proċeduri operattivi fil-Manwal tat-Tћaddim ikunu segwiti. |
(ċ) |
Operatur m’gћandux jobbliga membru ta’ l-ekwipaġġ biex iwettaq kwalunkwe attività matul fażijiet kritiċi tat-titjira gћajr dawk meћtieġa gћat-tћaddim bla periklu ta’ l-ajruplan. |
OPS 1 215
L-Użu ta’ Servizzi tat-Traffiku ta’ l-Ajru
Operatur gћandu jiżgura li s-Servizzi tat-Traffiku ta’ l-Ajru jintużaw gћat-titjiriet kollha kull meta dawn ikunu disponibbli
OPS 1 216
Struzzjonijiet Operattivi ta’ fuq it-Titjira
Operatur gћandu jiżgura li l-istruzzjonijiet operattivi ta’ fuq it-titjira tiegħu, li jinvolvu bidla fil-pjan tat-traffiku ta’ l-ajru tat-titjira, gћandhom, fejn ikun prattiku, ikunu kkoordinati ma’ l-Unità tas-Servizz tat-Traffiku ta’ l-Ajru xierqa qabel it-trasmissjoni lejn ajruplan.
OPS 1 220
Awtorizzazzjoni ta’ Ajrudromi mill-Operatur
Operatur gћandu jawtorizza biss l-użu ta’ ajrudrommi li jkunu adattati gћat-tip(i) ta’ ajruplan(i) u operazzjoni(jiet) ikkonċernati.
OPS 1 225
Il-Valuri Operattivi Minimi ta’ Ajrudrom
(a) |
Operatur gћandu jispeċifika l-valuri operattivi minimi ta’ ajrudrom, stabbiliti skond l-OPS 1 430 gћal kull tluq, destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li jkun ġie awtorizzat biex jintuża skond l-OPS 1 220. |
(b) |
Kwalunkwe inkrement impost mill-Awtorità gћandu jiżdied mal-valuri minimi speċifikati skond is-subparagrafu (a) hawn fuq. |
(ċ) |
Il-valuri minimi gћal tip speċifiku ta’ avviċinament u proċedura ta’ nżul jitqiesu applikabbli jekk:
|
OPS 1 230
Proċeduri ta’ tluq u ta’ avviċinament ta’ l-istrument
(a) |
Operatur gћandu jiżgura li l-proċeduri ta’ tluq u ta’ avviċinament ta’ l-istrument, stabbiliti mill-Istat li fih ikun jinstab l-ajrudrom, jintużaw. |
(b) |
Minkejja s-subparagrafu (a) hawn fuq, kmandant jista’ jaċċetta kklerjar ta’ ATC biex dan ikun jista’ jiddevja minn rotta ta’ tluq jew wasla ppubblikata, sakemm jitћarsu l-kriterji ta’ l-ikklerjar ta’ l-ostakli u jkunu tqiesu b’mod sћiћ il-kondizzjonijiet tat-tћaddim. L-avviċinament finali gћandu jittajjar viżwalment jew skond il-proċedura stabbilita ta’ l-avviċinament ta’ l-istrument. |
(ċ) |
Proċeduri differenti gћal dawk meћtieġa biex jintużaw skond is-subparagrafu (a) hawn fuq jistgћu jkunu implimentati biss minn operatur sakemm dawn ikunu ġew approvati mill-Istat li fih jinstab l-ajrudrom, jekk meћtieġ, u sakemm dawn ikunu aċċettati mill-Awtorità. |
OPS 1 235
Il-Proċeduri tat-Tnaqqis tal-Ħoss
(a) |
Operatur gћandu jistabilixxi proċeduri operattivi biex jitnaqqas il-ћoss matul l-operazzjonijiet ta’ titjir ta’ l-istrument skond l-ICAO PANS OPS il-Volum 1 (Dok 8168–OPS/611). |
(b) |
Il-proċeduri tat-tlugћ li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-ћoss li jkunu ġew speċifikati minn operatur gћal kwalunkwe ajruplan gћandhom ikunu l-istess gћall-ajrudromi kollha. |
OPS 1 240
Ir-Rotot u ż-żoni ta’ l-operazzjoni
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet isiru biss tul dawk ir-rotot jew f’dawk iż-żoni, li għalihom:
|
(b) |
Operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet isiru skond kwalunkwe restrizzjonijiet fuq ir-rotot jew iż-żoni ta’ l-operazzjoni, li jiġu imposti mill-Awtorità. |
OPS 1 241
Operazzjoni fi spazju ta’ l-ajru definit b’Valuri Minimi ta’ Separazzjoni Vertikali Mnaqqsa (RVSM)
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan f’porzjonijiet ta’ spazju ta’ l-ajru definiti fejn, ibbażat fuq Ftehim Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-ajru, japplika minimu ta’ separazzjoni vertikali ta’ 300 m (1 000 pied) sakemm ma jkunx appprovat li jagħmel hekk mill-Awtorità (Approvazzjoni ta’ l-RVSM). (Ara wkoll OPS 1 872)
OPS 1 243
Operazzjoni f’żoni b’rekwiżiti ta’ eżekuzzjoni ta’ navigazzjoni speċifiċi
(a) |
Operatur għandu jiżgura li ajruplan li jopera f’żoni, jew permezz ta’ porzjonijiet ta’ spazju ta’ l-ajru, jew fuq rotot fejn ir rekwiżiti ta’ l-eżekuzzjoni tan-navigazzjoni jkunu speċifikati, jkun ċertifikat skond dawn ir-rekwiżiti, u jekk, rekjest, li l-Awtorità tkun ħarġet l-approvazzjoni rilevanti għall-operazzjoni. (ara wkoll OPS 1 865 (c)(2), OPS 1 870 u OPS 1 872). |
(b) |
Operatur ta’ ajruplan li jopera f’żoni li għalihom hemm riferenza f’(a) għandu jiżgura li l-proċeduri kollha ta’ kontinġenza, speċifikati mill-awtorità responsabbli għall-ispazju ta’ l-ajru kkonċernat, ikunu nklużi fil-Manwal tat-Tћaddim. |
OPS 1 245
Id-Distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplan b’żewġ magni mingħajr Approvazzjoni ETOPS
(a) |
Sakemm ma jkunx speċifikament approvat mill-Awtorità skond l-OPS 1 246 (a) (l-Approvazzjoni ETOPS), operatur m’għandux iħaddem ajruplan ta’ żewġ magni fuq rotta li jkollha punt aktar il-bogħod minn ajrudrom xieraq milli fil-każ ta’:
|
(b) |
Operatur għandu jistabbilixxi veloċità għall-kalkolazzjoni tad-distanza massima lejn ajrudrom xieraq għal kull tip ta’ ajruplan b’żewġ magni jew varjant ta’ dan li jitħaddem, li mhuwiex aktar minn VMO, ibbażata fuq il-veloċità ta’ l-ajru vera li l-ajruplan jista’ jżomm meta magna waħda wieqfa taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(ċ) |
Operatur gћandu jiżgura li d-data li ġejja, li hija speċifika gћal kull tip jew varjant, tkun inkluża fil-Manwal tat-Tћaddim:
Nota: Il-veloċitajiet u l-altitudni (il-livelli tat-titjira) speċifikati hawn fuq huma maћsuba biex jintużaw biss biex tkun stabbilita d-distanza massima minn ajrudrom xieraq. |
OPS 1 246
Operazzjonijiet ta’ distanza estiża li jsiru minn ajruplan b’żewġ magni (ETOPS)
(a) |
Operatur m’gћandux iwettaq operazzjonijiet li jmorru lil hinn mid-distanza ta’ limitu stabbilita skond l-OPS 1 245, sakemm ma jkunx awtorizzat li jagћmel hekk mill-Awtorità (l-approvazzjoni ETOPS). |
(b) |
Qabel ma jwettaq titjira ETOPS, operatur gћandu jiżgura li fit-triq ikun hemm alternattiva għall-ETOPS xierqa, li jista’ jintlaħaq fil-ћin tad-dawran approvat, jew fil-ћin tad-dawran li jkun ibbażat fuq l-istat ta’ effiċjenza tal-MEL ta’ l-ajruplan li jiġi ġġenerat, liema minn dawn ikun l-iqsar. (Ara wkoll OPS 1 297(d)). |
OPS 1 250
It-twaqqif ta’ l-altitudni minimi tat-titjira
(a) |
Operatur gћandu jistabilixxi l-inqas altitudni tat-titjira u l-metodi biex ikunu stabbiliti dawk l-altitudni gћat-taqsimiet kollha tar-rotta li gћandhom jiġu koperti u li jipprovdu l-ikklerjar tat-terren meћtieġ, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tas-Subpartijiet F sa I. |
(b) |
Kull metodu biex ikunu stabbiliti l-altitudni minimi tat-titjira gћandu jkun approvat mill-Awtorità. |
(ċ) |
Fejn l-altitudini minimi tat-titjira stabbiliti mill-Istati li t-titjira għaddiet fuqhom ikunu ogћla minn dawk stabbiliti mill-operatur, gћandhom japplikaw l-ogћla valuri. |
(d) |
Operatur gћandu jqis il-fatturi li ġejjin meta jistabbilixxi l-altitudni minimi tat-titjira:
|
(e) |
Biex jitwettqu r-rekwiżiti preskritti fis-subparagrafu (d) hawn fuq gћandhom jitqiesu sew dawn li ġejjin:
|
OPS 1 255
Il-Politika tal-karburant
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi politika tal-karburant gћall-ippjanar tat-titjira u gћall-ippjanar mill-ġdid li jsir waqt it-titjira biex ikun żgurat li kull titjira ġġorr karburant biżżejjed gћall-operazzjoni ppjanata u li jkun hemm riżervi biex ikopru d-devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata. |
(b) |
Operatur gћandu jiżgura li l-ippjanar tat-titjiriet ikun mill-inqas ibbażat fuq (1) u (2) hawn taћt:
|
(ċ) |
Operatur gћandu jiżgura li l-kalkolazzjoni ta’ qabel it-titjira li tikkonċerna l-karburant meћtieġ gћat-titjira tkun tinkludi:
|
(d) |
Operatur gћandu jiżgura li l-proċeduri ta’ ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira biex ikun ikkalkolat il-karburant użabbli meћtieġ meta titjira jkollha tipproċedi tul rotta jew lejn destinazzjoni gћajr dik ippjanata oriġinarjament jinkludu:
|
OPS 1 260
Il-Ġarr ta’ Persuni b’Mobbilità Mnaqqsa
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri gћall-ġarr ta’ Persuni b’Mobbilità Mnaqqsa (PRMs). |
(b) |
Operatur gћandu jiżgura li l-persuni b’mobbilità mnaqqsa ma jkunux allokati, u lanqas jokkupaw, siġġijiet fejn il-preżenza tagћhom tista’:
|
(ċ) |
Il-kmandant gћandu jkun notifikat meta l-persuni b’mobbilità mnaqqsa se jinġarru abbord. |
OPS 1 265
Ġarr ta’ passiġġiera inammissibbli, persuni deportati jew persuni li jkunu taћt kustodja
Operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri għat-trasport ta’ passiġġiera inammissibbli, ta’ persuni deportati jew ta’ persuni taћt kustodja biex tkun żgurata s-sigurtà ta’ l-ajruplan u ta’ l-okkupanti tiegћu. Il-kmandant gћandu jkun notifikat meta l-persuni msemmija hawn fuq ikunu se jinġarru abbord.
OPS 1 270
L-Istivar ta’ bagalji u ta’ merkanzija
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 270)
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li dawk il-bagalji ta’ l-idejn li jistgħu jkunu stivati b’mod xieraq u mingħajr periklu biss jinġarru gћal ġewwa l-kabina tal-passiġġiera. |
(b) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li l-bagalji u l-merkanzija kollha abbord, li jistgћu jikkawżaw ћsara jew dannu, jew joћolqu ostakli fil-kuriduri u fil-ћruġ jekk jiċċaqalqu, ikunu stivati f’postijiet imfassla apposta biex ikun evitat kwalunkwe ċaqliq. |
OPS 1 275
Intenzjonalment vojt
OPS 1 280
Siġġijiet tal-passiġġiera
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li l-passiġġiera jitpoġġew bilqiegћda fuq siġġijiet fejn, fil-każ li tinqala’ ћtieġa gћal xi evakwazzjoni ta’ emerġenza, dawn ikunu jistgћu jgћinu bl-aћjar mod u mhux ifixklu l-evakwazzjoni mill-ajruplan.
OPS 1 285
L-għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri
Operatur għandu jiżgura illi:
(a) |
Ġenerali
|
(b) |
Qabel it-Tluq
|
(ċ) |
Wara t-Tluq
|
(d) |
Qabel l-inżul
|
(e) |
Wara l-inżul
|
(f) |
F’każ ta’ emerġenza waqt titjira, il-passiġġiera jkunu mwissija jirċievu struzzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta’ emerġenza xierqa f’dawk iċ-ċirkustanzi. |
OPS 1 290
It-Tћejjija għat-Titjira
(a) |
Operatur gћandu jiżgura li pjan operattiv tat-titjira jkun tlesta gћal kull titjira li tkun maћsuba li ssir. |
(b) |
Il-kmandant m’gћandux jibda titjira sakemm hu/hi jkunu sodisfatti li:
|
OPS 1 295
L-Gћażla ta’ l-ajrudromi
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri gћall-gћażla tad-destinazzjoni u/jew ajrudromi alternati skond l-OPS 1 220 meta tkun qed tiġi ppjanata titjira. |
(b) |
Operatur gћandu jagћżel u jispeċifika fil-pjan operattiv tat-titjira tlugћ alternat jekk ma jkunx possibbli li dan jirritorna lejn l-ajrudrom tat-tluq minћabba raġunijiet meteoroloġiċi jew ta’ eżekuzzjoni. It-tlugћ alternat gћandu jsir fi:
|
(ċ) |
Operatur gћandu jagћżel mill-inqas destinazzjoni alternata waћda gћal kull titjira IFR sakemm:
|
(d) |
Operatur gћandu jagћżel żewġ destinazzjoni alternattivi meta:
|
(e) |
Operatur gћandu jispeċifika kwalunkwe alternattiva(i) meћtieġa fil-pjan operattiv tat-titjira. |
OPS 1 297
Il-Valuri minimi gћal titjiriet IFR
(a) |
Il-valuri minimi ta’ l-ippjanar gћall-alternattivi ta’ tlugћ. Operatur m’gћandux jagћżel ajrudrom bћala ajrudrom alternattiv tat-tlugћ sakemm ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi applikabbli ta’ l-inżul li huma speċifikati skond l-OPS 1 225. Il-limitu gћandu jitqies meta l-uniċi avviċinamenti disponibbli jkunu avviċinamenti mingħajr preċiżjoni u/jew ta’ dawran. Kwalunkwe limitazzjoni relatata ma’ operazzjonijiet b’magna waћda wieqfa gћandhom jitqiesu wkoll. |
(b) |
Il-Valuri minimi ta’ l-ippjanar gћall-ajrudromi tad-destinazzjoni u gћad-destinazzjonijiet ta’ alternattiva. Operatur gћandu jagћżel biss l-ajrudrom tad-destinazzjoni u/jew l-ajrudrom(i) alternattiv(i) tad-destinazzjoni meta r-rapporti u t-tbassiriet tat-temp xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin stmat tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew aktar mill-valuri minimi ta’ l-ippjanar applikabbli kif ġej:
|
(ċ) |
Il-valuri minimi ta’ l-ippjanar gћall-ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta. Operatur m’gћandux jagћżel ajrudrom bћala ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta sakemm ir-rapporti jew it-tbassiriet tat-temp xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi ta’ l-ippjanar skond it-Tabella 1 hawn fuq. |
(d) |
Il-valuri minimi ta’ l-ippjanar gћall-alternattiva ETOPS waqt ir-rotta. Operatur m’gћandux jagћżel ajrudrom bћala ajrudrom ETOPS ta’ alternattiva waqt ir-rotta sakemm ir-rapporti jew it-tbassiriet tat-temp xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistennni tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi ta’ l-ippjanar preskritti fit-Tabella 2 hawn taћt, u skond l-approvazzjoni ETOPS ta’ l-operatur. Tabella 2 Il-Valuri Minimi ta’ l-Ippjanar — ETOPS
|
OPS 1 300
Il-Preżentazzjoni ta’ Pjan ATS ta’ Titjira
Operatur gћandu jiżgura li titjira ma tibdiex sakemm ma jkunx ġie preżentat pjan ATS tat-titjira, jew ma tkunx ġiet depożitata informazzjoni xierqa biex tippermetti li s-servizzi ta’ twissija jiġu attivati jekk ikun meћtieġ.
OPS 1 305
Riforniment tal-karburant/l-iżvojtar tal-karburant waqt l-imbarkazzjoni tal-passiġġiera, meta dawn ikunu abbord jew meta ikunu qed iћallu l-ajruplan
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 305)
Operatur gћandu jiżgura li ma jsir l-ebda riforniment jew żvojtar tal-karburant ta’ l-ebda ajruplan b’karburant Avgas jew tat-tip wide-cut (eż. Jet-B jew ekwivalenti) jew meta jista’ jkun hemm taћlita ta’ dawn it-tipi ta’ karburant, meta l-passiġġiera jkunu qed jimbarkaw, ikunu abbord jew ikunu qed jinżlu mill-ajruplan. Fil-każijiet l-oћra kollha, gћandhom jittieћdu l-prekawzjonijiet kollha meћtieġa u l-ajruplan gћandu jkun mgћammar b’persunal kwalifikat li jkunu lesti jagћtu bidu u jidderieġu evakwazzjoni ta’ l- ajruplan bl-iktar mezzi prattiċi u effettivi li jkunu disponibbli.
OPS 1 307
Riforniment tal-karburant/l-iżvojtar tal-karburant b’karburant tat-tip wide-cut
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri għar-riforniment tal-karburant/l-iżvojtar tal-karburant b’karburant tat-tip wide-cut (eż. Jet B jew ekwivalenti) jekk dan ikun meћtieġ.
OPS 1 308
L-Imbottar Lura u l-Irmonk
(a) |
L-operatur gћandu jiżgura li l-proċeduri kollha ta’ imbottar lura u ta’ irmonk ikunu konformi ma’ standards u proċeduri xierqa ta’ l-avjazzjoni. |
(b) |
L-operatur gћandu jiżgura li t-tqegћid fil-post ta’ l-ajruplan qabel jew wara s-sewqan ma jsirx b’irmonk mingћajr żbarra ta’ l-irmunkar sakemm:
|
OPS 1 310
Il-Membri ta’ l-Ekwipaġġ fil-postijiet tagћhom
(a) |
Il-Membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira
|
(b) |
Il-Membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina. Fuq il-gverti kollha ta’ l-ajruplan li jintużaw mill-passiġġiera, il-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu meћtieġa gћandhom ikunu bilqiegћda fil-postijiet assenjati lilhom waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira. |
OPS 1 315
Mezzi ta’ assistenza gћall-evakwazzjoni ta’ emerġenza
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li qabel is-sewqan, it-tlugћ u l-inżul, u meta jkun mingħajr periklu u prattiku li dan issir, ikun attivat mezz ta’ assistenza gћall-evakwazzjoni ta’ emerġenza li jkun jaћdem b’mod awtomatiku.
OPS 1 320
Is-siġġijiet, iċ-ċintorini u ċ-ċineg tas-sigurtà
(a) |
Il-Membri ta’ l-Ekwipaġġ
|
(b) |
Passiġġieri
|
OPS 1 325
Preparazzjoni tal-kabina tal-passiġġiera u tal-passaġġ(i)
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li qabel is-sewqan, it-tlugћ u l-inżul, il-ћruġ u l-passaġġi ta’ l-evakwazzjoni kollha jkunu mingħajr ostakli. |
(b) |
Il-kmandant gћandu jiżgura li qabel it-tlugћ u l-inżul, u kull meta jitqies bћala neċessarju fl-interess tas-sigurtà, it-tagћmir u l-bagalji kollha jkunu marbuta sew. |
OPS 1 330
Aċċessibilità gћat-tagћmir ta’ l-emerġenza
Il-kmandant gћandu jiżgura li t-tagћmir ta’ l-emerġenza rilevanti jibqa’ faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
OPS 1 335
It-Tipjip abbord
(a) |
Il-kmandant gћandu jiżgura li l-ebda persuna abbord ma titћalla tpejjep:
|
OPS 1 340
Il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi
(a) |
Fuq titjira IFR il-kmandant ma gћandux:
|
(b) |
Fuq titjira IFR il-kmandant ma gћandux ikompli lill-hinn:
|
(ċ) |
Fuq titjira IFR, kmandant m’gћandux ikompli lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat sakemm l-iktar informazzjoni riċenti disponibbli tkun turi li, fil-ћin mistenni tal-wasla, il-kondizzjonijiet tat-temp fid-destinazzjoni, jew mill-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieћed, ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi operattivi ta’ l-ajrudrom li jgћoddu gћall-ippjanar. |
(d) |
Fuq titjira VFR kmandant m’gћandux jagћti bidu gћat-tlugћ sakemm ir-rapporti meteoroloġiċi kurrenti jew kombinazzjoni ta’ rapporti u tbassiriet kurrenti juru li l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi tul ir-rotta jew dik il-parti tar-rotta li gћandha tittajjar taћt VFR ikunu, fil-ћin xieraq, tali li l-konformità tagћhom ma’ dawn ir-regoli tkun possibbli. |
OPS 1 345
Silġ u kontaminanti oћra — proċeduri ta’ fuq l-art
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri li gћandhom ikunu segwiti meta fuq l-ajruplan(i) ikunu meћtieġa proċeduri ta’ fuq l-art gћat-tneћћija tas-silġ jew ta’ kontra s-silġ, kif ukoll fejn ikunu meħtieġa spezzjonijiet relatati. |
(b) |
Kmandant m’gћandux jagћti bidu gћat-tlugћ sakemm l-uċuh ta’ barra jkunu ћielsa minn kwalunkwe depożitu li jista’ jaffettwa ћażin l-eżekuzzjoni u/jew kapaċità ta’ kontroll ta’ l-ajruplan ћlief kif ikun awtorizzat fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan. |
OPS 1 346
Silġ u kontaminanti oћra — proċeduri tat-titjira
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri gћal titjiriet f’kondizzjonijiet fejn ikun hemm mistenni s-silġ jew fejn ikun diġa hemm is-silġ. |
(b) |
Kmandant m’gћandux jagћti bidu gћal titjira jew itajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kondizzjonijiet fejn ikun hemm mistenni s-silġ jew fejn diġa hemm is-silġ sakemm l-ajruplan ikun ċertifikat u mgћammar biex ilaħħaq ma’ dawn il-kondizzjonijiet. |
OPS 1 350
Il-Provvista tal-karburant u taż-żejt
Kmandant m’gћandux jagћti bidu gћal titjira sakemm hu/hi ikun/tkun sodisfatt(a) li l-ajruplan ikollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ karburant u żejt biex tkun tista’ ssir t-titjira mingћajr periklu, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet operattivi mistennija.
OPS 1 355
Il-Kondizzjonijiet tat-Tlugћ
Qabel ma jingћata bidu gћat-tlugћ, il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li, skond l-informazzjoni disponibbli lilu/lilha, it-temp fl-ajruport u l-kondizzjoni tar-runway maћsuba li se tintuża, tluqm’għandu jkun hemm l-ebda periklu fit-tluq u fit-tluq.
OPS 1 360
L-Applikazzjoni tal-valuri minimi tat-tlugћ
Qabel ma jingħata bidu gћat-tlugћ, il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li r-RVR jew il-viżibilità fid-direzzjoni tat-tlugћ ta’ l-ajruplan tkun l-istess jew aћjar mill-minimu applikabbli.
OPS 1 365
L-Altitudni minima tat-titjira
Il-kmandant jew il-pilota li lilu jkun ġie fdat it-twettiq tat-titjira m’gћandux itir taћt l-altitudni minima speċifikata ћlief meta jkun meћtieġ gћat-tlugћ jew l-inżul.
OPS 1 370
Simulazzjoni ta’ sitwazzjonijiet anormali waqt titjira
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li sitwazzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza li jkunu jeћtieġu l-applikazzjoni ta’ parti jew tal-proċeduri kollha anormali u ta’ emerġenza u s-simulazzjoni ta’ l-IMC b’mezzi artifiċjali, ma jiġux simulati matul titjiriet ta’ trasport kummerċjali bl-ajru.
OPS 1 375
Il-ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 375)
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi proċedura biex jiżgura li jsiru verifiki tal-karburant u li tkun applikata ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira. |
(b) |
Il-kmandant gћandu jiżgura li l-ammont ta’ karburant li jista’ jintuża u li jibqa’ għat-titjira ma jkunx inqas mill-karburant meћtieġ biex il-pilota jipproċedi lejn ajrudrom fejn ikun jista’ jsir inżul mingћajr periklu, waqt li jibqa’ il-karburant tar-riżerva finali. |
(ċ) |
Il-kmandant gћandu jiddikjara emerġenza meta l-ammont kalkolat ta’ karburant li jista’ jintuża matul l-inżul hu inqas mill-karburant tar-riżerva finali. |
OPS 1 380
Intenzjonalment vojt
OPS 1 385
L-użu ta’ ossiġnu supplimentari
Kmandant gћandu jiżgura li l-membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira impjegati biex iwettqu d-dmirijiet essenzjali gћat-tћaddim bla periklu ta’ ajruplan waqt it-titjira jużaw ossiġnu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina tkun iżjed minn 10 000 pied gћal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina tkun iżjed minn 13 000 pied.
OPS 1 390
Radjazzjoni kożmika
(a) |
Operatur gћandu jqis l-esponiment gћar-radjazjoni kożmika matul it-titjira tal-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom (inkluż il-pożizzjonament) u gћandu jieћu l-miżuri li ġejjin gћal dawk il-membri ta’ l-ekwipaġġ li jistgћu jkunu suġġetti gћall-esponiment ta’ iktar minn 1 mSv kull sena;
|
(b) |
|
OPS 1 395
Osservazzjoni ta’ qrubija lejn l-art
Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi osservata minn kwalunkwe membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jew minn sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-kmandant jew il-pilota li lilu jkun ġie fdata t-twettiq tat-titjira gћandu jiżgura li jingћata bidu minnufih gћal azzjoni korrettiva biex ikunu stabbiliti kondizzjonijiet ta’ titjira mingћajr periklu.
OPS 1 398
L-Użu ta’ Sistema ta’ Anti-kolliżjoni fl-Ajru (ACAS)
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:
(a) |
Meta s-sistema ta’ l-ACAS tkun installata u tista’ titħaddem, din gћandha tintuża fit-titjira b’mod li tippermetti l-emissjoni ta’ Avvis ta’ Riżoluzzjoni (RA), sakemm tali emissjoni ma tkunx xierqa gћall-kondizzjonijiet li jkun hemm f’dak il-ћin. |
(b) |
Meta s-sistema ta’ l-ACAS tidentifika li ajruplan qiegħed wisq qrib ajruplan ieħor (RA), il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira gћandu jiżgura li kull azzjoni korrettiva indikata mill-RA tinbeda immedjatament, sakemm ma tkunx tipperikola s-sigurezza ta’ l-ajruplan. L-azzjoni korrettiva teħtieġ:
|
(ċ) |
Il-komunikazzjonijiet ACAS ATC preskritti huma speċifikati. |
(d) |
Meta jiġi riżolt il-konflittt l-ajruplan għandu jirritorna immedjatament mat-termini ta’ l-istruzzjonijiet jew ta’ l-ikklerjar ta’ l-ATC. |
OPS 1 400
Il-Kondizzjonijiet ta’ avviċinament u ta’ inżul
Qabel ma tinbeda l-proċedura ta’ avviċinament għall-inżul, il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfsiha li, skond l-informazzjoni disponibbli lilu/lilha, it-temp fl-ajrudrom u l-kondizzjoni tar-runway li tkun maћsuba li tintuża ma joħolqux periklu fl-avviċinament, fl-inżul jew fl-avviċinament mhux milћuq, waqt li titqies l-informazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni li jkun hemm fil-Manwal tat-Tћaddim.
OPS 1 405
Il-bidu u l-kontinwazzjoni ta’ l-avviċinament
(a) |
Il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira jista’ jagћti bidu gћall-avviċinament ta’ strument minkejja r-RVR/viżibilità rapportata, iżda dan l-avviċinament m’gћandux jitkompla lil hinn mid-dwal ta’ barra, jew mil-pożizzjoni ekwivalenti, jekk l-RVR/viżibilità rapportata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli. |
(b) |
Fejn l-RVR ma tkunx disponibbli, il-valur tal-RVR tista’ tinkiseb billi tiġi maqluba l-viżibilità rapportata skond l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1 430, is-subparagrafu (h). |
(ċ) |
Jekk, wara li jkun gћadda d-dwal ta’ barra jew il-pożizzjoni ekwivalenti skond (a) hawn fuq, l-RVR/viżibilità rapportata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament jista’ jissokta sad-DA/H jew il-MDA/H. |
(d) |
Fejn ma jkun hemm l-ebda dwal ta’ barra jew l-ebda pożizzjoni ekwivalenti, il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira gћandu jieћu d-deċiżjoni biex ikompli jew jabbanduna l-avviċinament qabel jinżel taћt 1 000 pied ‘l fuq mill-ajrudrom matul it-taqsima ta’ l-avviċinament finali. Jekk l-MDA/H ikun fil-livell jew iktar minn 1 000 pied ‘il fuq mill-ajrudrom, l-operatur gћandu jistabbilixxi gћoli, gћal kull proċedura ta’ avviċinament, li taћtu l-avviċinament m’gћandux jissokta jekk l-RVR/viżibilità tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli. |
(e) |
L-avviċinament jista’ jitkompla taћt id-DA/H jew il-MDA/H u l-inżul jista’ jintemm sakemm ir-riferenza viżwali meћtieġa tkun stabbilita skond id-DA/H jew l-MDA/H u tinżamm. |
(f) |
L-RVR fiż-żona ta’ kuntatt ma’ l-art hija dejjem waћda li torbot. Jekk rapportati u rilevanti, l-RVR tal-punt tan-nofs u tal-waqfien ukolljorbtu. Il-valur minimu ta’ l-RVR gћall-punt tan-nofs huwa ta’ 125 m jew l-RVR meћtieġa gћaż-żona ta’ kuntatt ma’ l-art jekk dan ikun inqas, u 75 m gћal punt ta’ waqfien. Gћal ajruplani mgћammra b’sistema ta’ gwida jew sistema ta’ kontroll roll-out, il-valur minimu ta’ l-RVR gћall-punt tan-nofs huwa ta’ 75 m. Nota:“Rilevanti”, f’dan il-kuntest, tfisser li l-parti tar-runway użata matul il-fażi ta’ veloċità gћolja ta’ l-inżul bi tnaqqis fil-veloċità gћal madwar 60 knot. |
OPS 1 410
Proċeduri operattivi — Il-limitu ta’ l-gћoli tal-qsim
Operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri operattivi mfassla biex ikun żgurat li ajruplan li jkun qed jintuża biex jitwettqu avviċinamenti ta’ preċiżjoni jaqsmu l-limitu permezz ta’ marġni bla periklu, bl-ajruplan fil-konfigurazzjoni u l-attitudni ta’ l-inżul.
OPS 1 415
Ġurnal tal-Vjaġġ
Il-kmandant gћandu jiżgura li l-Ġurnal tal-Vjaġġ ikun komplut.
OPS 1 420
Ir-Rapportar ta’ okkorrenzi
(a) |
Terminoloġija
|
(b) |
Rapportar ta’inċident Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikunu rapportati l-inċidenti waqt li jqis ir-responsabbiltajiet spjegati hawn taћt u ċ-ċirkostanzi spjegati fis-subparagrafu (d) hawn taћt.
|
(ċ) |
Rapportar ta’ Aċċident u ta’ Inċident Serju. Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikunu rapportati aċċidenti u inċidenti serji waqt li jqis ir-responsabbiltajiet spjegati hawn taћt u ċ-ċirkostanzi spjegati fis-subparagrafu (d) hawn taћt.
|
(d) |
Ir-rapporti speċifiċi L-okkorrenzi li gћalihom iridu jintużaw metodi ta’ notifikazzjoni u rapportar speċifiċi huma spjegati hawn taћt;
|
OPS 1 425
Riżervat
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 270
L-Istivar ta’ bagalji u ta’ merkanzija
Il-proċeduri stabbiliti minn operatur biex ikun żgurat li l-bagalji ta’ l-idejn u l-merkanzija jkunu stivati b’mod xieraq u biex ma joħolqux periklu gћandhom iqisu dan li ġej:
1. |
Kull oġġett li jinġarr f’kabina gћandu jiġi stivat biss f’post li jkun kapaċi jżommu marbut; |
2. |
Il-limitazzjonijiet tal-piż imwaћћla fuq jew fejn il-postijiet ta’ l-istivar m’gћandhomx jinqabżu; |
3. |
Postijiet ta’ stivar taћt is-siġġijiet m’gћandhomx jintużaw sakemm is-siġġu jkun mgћammar bi żbarra ta’ trażżin u l-bagalja tkun ta’ tali qies li din tkun tista’ tinżamm b’mod xieraq permezz ta’ dan it-tagћmir; |
4. |
L-oġġetti m’gћandhomx ikunu stivati fit-toilets jew kontra l-paratiji li ma jkunux jistgћu jżommu l-oġġetti kontra ċaqliq ‘il quddiem, lejn il-ġenb jew ‘il fuq u sakemm il-paratiji jkollhom fuqhom avviż imwaћћal li jkun jispeċifika l-ikbar massa li tista’ titpoġġa hemmhekk; |
5. |
Bagalji u merkanzija li jitpoġġew f’kaxxirizz m’gћandhomx ikunu ta’ tali qies li dawn jevitaw li l-bibien bil-lukkett ikunu jistgћu jingћalqu b’tali mod li ma joħolqux periklu; |
6. |
Il-bagalji u l-merkanzija m’gћandhomx jitpoġġew fejn dawn ikunu ta’ ostaklu gћall-aċċess għat-tagћmir ta’ l-emerġenza; kif ukoll |
7. |
Gћandhom isiru verifiki qabel it-tlugћ, qabel l-inżul, u kull meta jinxtegћlu s-sinjali taċ-ċintorini tas-sigurtà jew inkella meta tinћareġ ordni biex ikun żgurat li l-bagalji jkunu stivati fejn ma jkunux ta’ tfixkil f’każ ta’ evakwazzjoni mill-inġenju ta’ l-ajru jew fejn jistgћu jikkawżaw xi korriment jekk dawn jaqgћu (jew b’moviment ieћor) u skond kif ikun xieraq gћall-fażi tat-titjira. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 305
Il-mili/it-tneћћija tal-karburant meta l-passiġġiera jkunu qed jimbarkaw, abbord jew se jћallu l-ajruplan
Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri operattivi gћall-mili/t-tneћћija ta’ karburant meta l-passiġġiera jkunu qed jimbarkaw, abbord jew qed jinżlu minn fuq l-ajruplan biex ikun żgurat li jittieћdu l-prekawzjonijiet li ġejjin:
(1) |
Persuna kwalifikata waћda gћandha tibqa’ fil-post speċifikat matul l-operazzjoni tal-mili tal-karburant bil-passiġġiera abbord. Din il-persuna kwalifikata gћandha tkun kapaċi li timmaniġġja l-proċeduri ta’ emerġenza fejn jikkonċerna ћarsien min-nar u tifi tan-nar, l-immaniġġjar tal-komunikazzjonijiet u li tagћti bidu u tidderieġi evakwazzjoni; |
(2) |
Gћandha tkun stabbilita komunikazzjoni bejn żewġ naћat li gћandha tibqa’ disponibbli permezz tas-sistema ta’ inter-komunikazzjoni ta’ l-ajruplan jew permezz ta’ mezzi xierqa oћra bejn l-ekwipaġġ ta’ fuq l-art li jkun qed jikkontrolla l-mili tal-karburant u l-persunal kwalifikat abbord l-ajruplan; |
(3) |
L-ekwipaġġ, il-persunal u l-passiġġiera gћandhom ikunu mwissija meta jkun se jseћћ il-mili/it-tneћћija tal-karburant; |
(4) |
Is-sinjali “Orbot iċ-Ċintorini tas-Sigurtà” gћandhom ikunu mitfija; |
(5) |
Is-sinjali “TIPJIP MHUX PERMESS” gћandhom ikunu mixgћula, flimkien mad-dwal ta’ ġewwa biex ikunu jistgћu jiġu identifikati l-ћruġ ta’ l-emerġenza; |
(6) |
Il-passiġġiera gћandhom ikunu mwissija biex iћollu ċ-ċintorini tas-sigurtà tagћhom u biex ma jpejpux; |
(7) |
Abbord irid ikun hemm numru biżżejjed ta’ persunal kwalifikat li jkun lest gћal evakwazzjoni ta’ emerġenza immedjata; |
(8) |
Jekk il-preżenza ta’ fwar tal-karburant tiġi identifikata ġewwa l-ajruplan, jew jekk isseħħ kwalunkwe periklu ieћor matul l-mili/it-tneћћija tal-karburant, il-mili tal-karburant gћandu jitwaqqaf minnufih; |
(9) |
Iż-żona ta’ fuq l-art taћt il-ћruġ maћsuba gћall-evakwazzjoni ta’ emerġenza u ż-żoni ta’ skjerament permezz ta’ żurżieqa ma gћandu jkollhom l-ebda ostakli; kif ukoll |
(10) |
Issir dispożizzjoni gћal evakwazzjoni bla periklu u rapida. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 375
Il-ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira
(a) |
Il-ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira
|
(b) |
Il-ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira
|
SUBPARTI E
L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAT-TEMP
OPS 1 430
Il-Valuri Operattivi Minimi ta’ Ajrudrom — Ġenerali
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 430)
(a) |
Operatur gћandu jistabbilixxi, gћal kull ajrudrom ippjanat li jintuża, valuri operattivi minimi ta’ l-ajrudrom li ma jkunux aktar baxxi mill-valuri mogћtija fl-Appendiċi 1. Il-metodu ta’ kif ikunu determinati dawn il-valuri minimi gћandu jkun aċċettat mill-Awtorità. Dawn il-valuri minimi m’gћandhomx ikunu aktar baxxi minn dawk li jistgћu jiġu stabbiliti gћal dawk l-ajrudromi mill-Istat li fihom l-ajrudrom ikun jinstab, ћlief meta dawn jiġu approvati speċifikament minn dak l-Istat. Nota: Il-paragrafu hawn fuq ma jipprojbixxix il-kalkolu waqt it-titjira tal-valuri minimi lejn ajrudrom alternattiv mhux ippjanat, jekk din issir skond metodu aċċettat. |
(b) |
Meta jkunu stabbiliti l-valuri operattivi minimi ta’ l-ajrudrom li jkunu se japplikaw gћal kwalunkwe operazzjoni partikolari, operatur gћandu jqis b’mod sћiћ:
|
(ċ) |
Il-kategoriji ta’ l-ajruplan msemmija f’din is-Subparti gћandhom ikunu ġejjin skond il-metodu mogћti fl-Appendiċi 2 gћall-OPS 1 430 (ċ). |
OPS 1 435
Terminoloġija
It-termini użati f’din is-subparti gћandhom it-tifsira li ġejja:
1. |
Dawran. Il-fażi viżwali ta’ l-avviċinament ta’ strument biex l-inġenju ta’ l-ajru f’pożizzjoni għall-inżul fuq runway li ma jkunx jinstab f’post xieraq sabiex jippermetti avviċinament f’linja dritta. |
2. |
Il-Proċeduri ta’ Viżibilità Baxxa (LVP). Il-proċeduri applikati f’ajrudrom biex ikunu żgurati operazzjonijiet bla periklu matul avviċinamenti tal-Kategorija II u III u matul Tlugћ f’Viżibilità Baxxa. |
3. |
Tlugћ f’Viżibilità Baxxa (LVTO). Tlugћ fejn il-Medda Viżwali tar-runway (RVR) tkun inqas minn 400 m. |
4. |
Is-Sistema tal-kontroll tat-titjira. Sistema li tinkludi sistema ta’ nżul awtomatiku u/jew sistema ibrida ta’ nżul. |
5. |
Sistema ta’ kontroll ta’ titjira li tkun passiva f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament (Fail-Passive). Sistema ta’ konroll ta’ titjira tkun passiva f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament jekk, f’każ li din ma taћdimx, ma jkun hemm l-ebda kondizzjoni out-of-trim sostanzjali jew devjazzjoni fil-passaġġ tat-titjira jew fl-attitudni, iżda l-inżul ma jseћћx awtomatikament. Gћal sistema awtomatika ta’ kontroll ta’ titjira li tkun passiva f’nuqqas ta’ funzjonament, il-pilota gћandu jassumi l-kontroll ta’ l-ajruplan hekk kif iseћћ in-nuqqas ta’ funzjonament. |
6. |
Sistema ta’ kontroll ta’ titjira li tkun passiva f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament (Fail-Passive). Sistema ta’ kontroll ta’ titjira tkun fail-operational jekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament taћt l-gћoli tat-twissija, l-avviċinament, il-mogћdija fil-passaġġi mixgћula u l-inżul, jkunu jistgћu jintemmu awtomatikament. F’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament, is-sistema ta’ nżul awtomatiku taћdem bћala sistema passiva f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament. |
7. |
Sistema ibrida ta’ nżul li turi li bil-ħsara jekk ikun il-każ. Sistema li tikkonsisti minn sistema primarja ta’ nżul awtomatiku li tkun passiva f’każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament u minn sistema sekondarja ta’ gwida indipendenti biex il-pilota jkun jista’ jtemm inżul manwalment wara nuqqas fis-sistema primarja. Nota: Sistema sekondarja tipika ta’ gwida indipendenti tikkonsisti minn strumenti fil-livell ta’ l-gћajnejn li jkunu kkontrollati biex jipprovdu gwida li normalment tieћu l-forma ta’ informazzjoni ta’ kmand iżda li b’mod alternattiv tista’ tkun informazzjoni ta’ sitwazzjoni (jew devjazzjoni). |
8. |
Avviċinament Viżwali. Avviċinament meta parti mill-proċedura jew il-proċedura kollha ta’ avviċinament ta’ l-istrument ma tkunx mitmuma u l-avviċinament isir b’riferenza viżwali għat-terren. |
OPS 1 440
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — ir-Regoli Operattivi Ġenerali
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 440)
(a) |
Operatur m’gћandux iwettaq operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III sakemm:
|
(b) |
Operatur m’gћandux iwettaq tlugћ f’viżibilità baxxa f’inqas minn RVR ta’ 150 m (ajruplan tal-Kategorija A, B u C) jew RVR ta’ 200 m (ajruplan tal-Kategorija D) sakemm ma jkunx approvat mill-Awtorità. |
OPS 1 445
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — Konsiderazzjonijiet ta’ l-ajrudrom
(a) |
Operatur m’gћandux juża ajrudrom gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III sakemm l-ajrudrom ikun approvat gћal dawn l-operazzjonijiet mill-Istat li fih ikun jinstab dan l-ajrudrom. |
(b) |
Operatur gћandu jivverifika li l-Proċeduri ta’ Viżibilità Baxxa (LVP) ikunu ġew stabbiliti, u li dawn jiġu infurzati f’dawk l-ajrudromi fejn ikunu se jsiru operazzjonijiet f’viżibilità baxxa. |
OPS 1 450
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — Taћriġ u Kwalifiki
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 450)
Operatur gћandu jiżgura li, qabel ma jwettaq Tlugћ f’Viżiblità Baxxa, l-operazzjonijiet tal-Kategorija II u III:
(1) |
Kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira:
|
(2) |
It-taћriġ u l-verifika jsiru skond sillabu dettaljat approvat mill-Awtorità u li jkun inkluż fil-Manwal tat-Tћaddim. Dan it-taћriġ ikun addizzjonali gћal dak preskritt fis-subparti N; kif ukoll |
(3) |
Il-kwalifika ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira tkun speċifika gћall-operazzjoni u t-tip ta’ ajruplan. |
OPS 1 455
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — Proċeduri operattivi
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 455)
(a) |
Operatur gћandu jistabblixxi proċeduri u struzzjonijiet li gћandhom jintużaw gћat-Tlugћ f’Viżibilità Baxxa u gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija II u III. Dawn il-proċeduri gћandhom ikunu inklużi fil-Manwal tat-Tћaddim u jinkludu fihom id-dmirijiet tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira matul is-sewqan, it-tlugћ, l-avviċinament, il-mogћdija mill-passaġġi mixgћula ta’ l-ajrudrom, l-inżul, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milћuq, skond kif xieraq. |
(b) |
Il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li:
|
OPS 1 460
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — It-tagћmir minimu
(a) |
Fil-Manwal tat-Tћaddim l-operatur gћandu jinkludi t-tagћmir minimu li jrid ikun jiffunzjona fil-bidu tat-Tlugћ f’Viżibilità Baxxa jew ta’ l-avviċinament tal-Kategorija II jew III skond l-AFM jew dokument ieћor approvat. |
(b) |
Il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li l-istat ta’ l-ajruplan u tas-sistemi rilevanti ta’ l-ajru ikunu xierqa sabiex l-operazzjoni speċifika ssir. |
OPS 1 465
Il-Valuri operattivi minimi VFR
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 465)
Operatur għandu jiżgura illi:
1. |
It-titjiriet VFR gћandhom isiru skond ir-Regoli tat-Titjir Viżwali u skond it-Tabella fl-Appendiċi 1 gћall-OPS 1 465. |
2. |
Titjiriet speċjali VFR ma jistgћux jibdew meta l-viżibilità tkun inqas minn 3 km u m’gћandhomx issiru mod ieћor meta l-viżibilità tkun inqas minn 1,5 km. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 430
Il-Valuri Operattivi Minimi ta’ Ajrudrom
(a) |
Minimi tat-Tluq
|
(b) |
Avviċinament Mingħajr Preċiżjoni
|
(ċ) |
Avviċinament ta’ preċiżjoni — Operazzjonijiet tal-Kategorija I
|
(d) |
Avviċinament ta’ preċiżjoni — Operazzjonijiet tal-Kategorija II
|
(e) |
Avviċinament ta’ preċiżjoni — Operazzjonijiet tal-Kategorija III
|
(f) |
Dawran
|
(g) |
Avviċinament Viżwali. L-operatur m’gћandux juża RVR ta’ inqas minn 800 m gћall-avviċinament viżwali. |
(h) |
Konverżjoni tal-viżibilità gћall-RVR
|
Appendiċi 2 gћall-OPS 1 430 (ċ)
Il-Kategoriji ta’ l-Ajruplan — l-operazzjonijiet kollha tat-temp
(a) |
Klassifikazzjoni ta’ ajruplani Il-kriterji meqjusa gћall-klassifikazzjoni ta’ l-ajruplan skond il-kategoriji huwa l-veloċità ta’ l-ajru indikata fil-limitu (VAT) li tkun ugwali gћall-veloċità ta’ meta l-magna tieqaf taћdem (VSO) immultiplikata b’1,3 jew il-VS1G immultiplikata b’1,23 fil-konfigurazzjoni ta’ l-illandjar bl-ogћla massa awtorizzata ta’ l-illandjar. ekk kemm il-VSO u l-VS1G ikunu disponibbli, gћandha tintuża l-ogћla VAT li tirriżulta. Il-kategoriji ta’ l-ajruplan li jikkorrispondu gћall-valuri tal-VAT qed jidhru fit-Tabella t’hawn taћt:
Il-konfigurazzjoni ta’ l-illandjar li gћandha titqies gћandha tkun definita mill-operatur jew mill-manifattur ta’ l-ajruplan. |
(b) |
Bidla permanenti fil-kategorija (l-ogћla massa ta’ l-illandjar)
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 440
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — ir-Regoli Operattivi Ġenerali
(a) |
Ġenerali. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw gћall-introduzzjoni u l-approvazzjoni ta’ l-operazzjonijiet f’viżibilità baxxa. |
(b) |
Dimostrazzjoni Operattiva. L-gћan tad-dimostrazzjoni operattiva huwa li jkunu stabbiliti jew validati l-użu u l-effettività tas-sistemi applikabbli ta’ gwida tat-titjira ta’ l-inġenju ta’ l-ajru, tat-taћriġ, tal-proċeduri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, tal-programm ta’ manutenzjoni, u tal-manwali applikabbli gћall-programm tal-Kategorija II/III li jiġi approvat.
|
(ċ) |
Il-Ġbir ta’ Data Gћal Dimostrazzjonijiet Operattivi. Kull applikant gћandu jiżviluppa metodu ta’ ġbir ta’ data (eż. formola li gћandha tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira) biex tiġi reġistrata l-eżekuzzjoni ta’ l-avviċinament u ta’ l-inżul. Id-data li tirriżulta u s-sommarju tad-data tad-dimostrazzjoni gћandha tkun disponibbli gћall-Awtorità gћall-evalwazzjoni. |
(d) |
Analiżi tad-Data. Avviċinament u/jew inżul awomatiku mhux sodisfaċenti gћandhom ikunu ddokumentati u analizzati. |
(e) |
Monitoraġġ Kontinwu
|
(f) |
Perjodi tranżizzjonali
|
(g) |
Il-manutenzjoni tat-tagћmir tal-Kategorija II, tal-Kategorija III u ta’ l-LVTO. L-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni gћas-sistemi ta’ gwida abbord gћandhom ikunu stabbiliti mill-operatur, flimkien mal-manifattur, u gћandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ manutenzjoni ta’ l-ajruplan ta’ l-operatur li huwa preskritt fil-Parti M, paragrafu M.A.302, li gћandu jkun approvat mill-Awtorità. |
(h) |
Ajrudromi u Runways eliġibbli
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 450
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — Taћriġ u Kwalifiki
(a) |
Ġenerali: Operatur gћandu jiżgura li l-programmi ta’ taћriġ tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira gћal Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa jinkludu korsijiet strutturati fuq l-art, Similatur tat-Titjira u/jew taћriġ fl-ajru. L-operatur jista’ jqassar il-kontenut tal-kors kif preskritt bis-sub-paragrafi (2) u (3) hawn taћt, sakemm il-kontenut tal-kors imqassar ikun aċċettabbli gћall-awtorità.
|
(b) |
Taħriġ ta’ fuq l-art. L-operatur gћandu jiżgura li l-kors inizjali tat-taћriġ fuq l-art gћall-Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa jkun ikopri mill-inqas:
|
(ċ) |
It-Taħriġ b’Simulatur tat-Titjira u/jew it-taħriġ fl-ajru
|
(d) |
Ir-rekwiżiti għat-Taħriġ tal-Konverżjoni biex isir Tluq f’Viżibilità Baxxa u Operazzjonijiet tal-Kategoriji II u III. L-operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-ikun temm għamel it-taħriġ li ġej fil-Proċeduri f’Viżibilità Baxxa jekk ikun se jsir tibdil għal tip jew varjant ġdid ta’ ajruplan li fih ikunu se jsir Tluq f’Viżibilità Baxxa u Operazzjonijiet tal-Kategoriji II u III. Ir-rekwiżiti ta’ esperjenza tal-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira biex iwettaq kors imqassar huma preskritti fis-sub-paragrafi (a)(2) u (a)(3), hawn fuq:
|
(e) |
It-tip u l-esperjenza tal-kmand. Qabel ma jinbdew operazzjonijiet tal-Kategorija II/III, ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin ikunu applikabbli għall-kmandanti, jew il-piloti li lilhom ikun ġie fdat it-twettiq tat-titjira u li jkunu għadhom ġodda għat-tip ta’ ajruplan:
|
(f) |
Tluq f’Viżibilità Baxxa b’RVR ta’ inqas minn 150/200 m
|
(g) |
It-Taħriġ u l-Kontroll Perjodiku — Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 455
Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa — Proċeduri operattivi
(a) |
Ġenerali. L-Operazzjonijiet f’Viżibilità Baxxa jinkludu:
Nota 1: Tista’ tintuża sistema ibrida bi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi ta’ operazzjonijiet. Nota 2: Forom oħra ta’ sistemi ta’ gwida jew displays jistgħu jiġu ċertifikati u approvati. |
(b) |
Il-Proċeduri u l-Istruzzjonijiet tat-Tħaddim
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 465
Il-Viżibiltajiet Minimi għall-Operazzjonijiet VFR
Klassi ta’ spazju ta’ l-ajru |
|
A B C D E [Nota 1] |
F G |
|
|
|
|
Il — fuq minn 900 m (3 000 pied) ’ AMSL jew il-fuq minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minn dawn ikun l-ogħla |
Fi jew inqas minn 900 m (3 000 pied) AMSL jew 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minn dawn ikun l-ogħla |
Distanza mis-sħab |
|
1 500 m orizzontalment 300 m (1 000 pied) vertikalment |
Bla sħab ubil-wiċċ ikun jidher |
|
Il-viżibilità tat-titjira |
8 km fi jew iktar minn 3 050 m (10 000 pied) ‘il fuq mill-wiċċ tal-baħar (Nota 2) 5 km taħt 3 050 m (10 000 pied) AMSL |
5 km (Nota 3) |
||
Nota 1: Il-valuri minimi tal-VMC għall-ispazju ta’ l-ajru tal-Klassi A huma inklużi għall-gwida iżda ma jimplikawx l-aċċettazzjoni tat-Titijiriet VFR fl-ispazju ta’ l-ajru tal-Klassi A Nota 2: Meta l-għoli ta’ l-altitudni ta’ transizzjoni ikun iktar baxx minn 3 050 m (10 000 pied) ‘il fuq mill-wiċċ tal-baħar, FL 100 għandu jintuża minflok 10 000 pied. Nota 3: L-ajruplan tal-Kat A u B jistgħu jitħaddmu f’viżibilitajiet ta’ titjir sa 3 000 m, sakemm l-awtorità ATS xierqa tippermetti l-użu ta’ viżibilità ta’ titjira ta’ inqas minn 5 km, u ċ-ċirkostanzi jkunu tali, li l-probabilità ta’ tilqigħ ma’ traffiku ieħor ikun baxx, u l-IAS ikun 140 kt jew inqas. |
| SUBPARTI F
EŻEKUZZJONI ĠENERALI
OPS 1 470
Applikabilità
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li ajruplan b’iktar minn magna waħda li jkunu jkollhom magni turbo propeller b’konfigurazzjoni approvata ta’ iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda jew b’massa massima tat-tluq ta’ iżjed minn 5 700 kilo, kif ukoll l-ajruplan kollha b’iktar minn magna waħda tat-tip turbo-ġett, ikunu mħaddma skond is-Subparti G (Klassi ta’ Eżekuzzjoni A). |
(b) |
L-operatur għandu jiżgura li l-ajruplan li jinstaqu bl-iskrun li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta’ 9 passiġġiera bilqiegħda jew inqas, u b’massa massima tat-tluq ta’ 5 700 kilo jew inqas, ikunu mħaddma skond is-subparti H (Klassi ta’ Eżekuzzjoni B). |
(ċ) |
L-operatur għandu jiżgura li l-ajruplan li jitħaddmu b’magni li jirreċiprokaw, li jkollhom konfigurazzjoni approvata massima ta’ iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda jew massa massima tat-tluq ta’ iżjed minn 5 700 kilo, jitħaddmu skond is-subparti I (Klassi ta’ Eżekuzzjoni C). |
(d) |
Fejn il-konformità sħiħa mar-rekwiżiti tas-subparti xierqa ma tkunx tista’ tintwera minħabba karatteristiċi tad-disinn speċifiku (eż ajruplan supersoniċi jew idroplani), l-operatur għandu japplika standards ta’ eżekuzzjoni approvati biex jiżgura livell ta’ sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak tas-subparti xierqa. |
OPS 1 475
Ġenerali
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-ajruplan:
ma tkunx ikbar mill-massa li fiha r-rekwiżiti tas-subparti xierqa jistgħu jitwettqu sabiex titjira tistà ssir, waqt li jkun hemm konċessjoni għat- tnaqqis mistenni fil-massa hekk kif tkun qed tipproċedi t-titjira, u għar-rimi ta’ karburant skond kif ikun hemm ipprovdut fil-rekwiżit partikolari. |
(b) |
L-operatur għandu jiżgura li d-data ta’ eżekuzzjoni approvata li jkun hemm fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan tintuża biex tkun stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tas-subparti xierqa, imsaħħa kif meħieġ b’data oħra aċċettabbli għall-Awtorità kif preskritt fis-Subparti rilevanti. Meta jiġu applikati l-fatturi preskritti fis-subparti xierqa, għandhom jitqiesu l-fatturi operattivi li jkunu diġà ġew inkorporati fid-data ta’ l-eżekuzzjoni tal-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan biex tkun evitata l-applikazzjoni doppja tal-fatturi. |
(ċ) |
Meta tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tas-subparti xierqa, għandha tingħata attenzjoni lill-konfigurazzjoni ta’ l-ajruplan, lill-kondizzjonijiet ambjentali u lit-tħaddim tas-sistemi li jkollhom effett kuntrarju fuq l-eżekuzzjoni. |
(d) |
Għall-għanijiet ta’ l-eżekuzzjoni, runway niedi, għajr runway tal-ħaxix, jista’ jitiqies bħala wieħed xott. |
(e) |
L-operatur għandu jqis l-eżattezza ta’ l-iċċartjar meta tkun qed tiġi evalwata l-konformità mar-rekwiżiti tat-tluq tas-subparti applikabbli. |
OPS 1 480
Terminoloġija
(a) |
It-termini li ġejjin li jintużaw fis-subpartijiet F, G, H, I u J, għandhom it-tifsira li ġejja:
|
(b) |
It-termini “distanza aċċelerazzjoni-waqfien”, “id-distanza tat-tluq”, “il-ġirja tat-tluq”, “il-passaġġ tat-titjira tat-tluq nett”, “il-passaġġ tat-titjira nett b’magna waħda wieqfa fir-rotta” u “il-passaġġ tat-titjira nett b’żewġ magni wieqfa fir-rotta”, skond kif ikunu relatati għall-ajruplan għandhom it-tifsiriet tagħhom definiti fir-rekwiżiti ta’ adegwatezza għat-titjir li taħthom l-ajruplan ġie ċċertifikat, jew kif speċifikat mill-Awtorità jekk din issib li dik id-definizzjoni ma tkunx xierqa biex titntwera l-konformità mal-limitazzjonijiet operattivi ta’ l-eżekuzzjoni |
SUBPARTI G
KLASSI TA’ EZEKUZZJONI A
OPS 1 485
Ġenerali
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li, biex jistabilixxi l-konformità mar-rekwiżitita’ din is-SUBPARTI, id-data ta’ l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan għandha tkun imsaħħa kif meħtieġ b’data oħra li tkun aċċettabbli għall-Awtorità, jekk id-data ta’ l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Tirjira ta’ l-Ajruplan ma tkunx biżżejjed fejn jikkonċerna punti bħal:
|
(b) |
L-operatur għandu jiżgura li, għall-każ ta’ runway imxarrab u kontaminat, għandha tintuża d-data ta; l-eżekuzzjoni li tkun stabbilita skond ir-rekwiżiti applikabbli fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ ajruplan kbar jew dik ekwivalenti li tkun aċċettabbli għall-Awtorità. |
OPS 1 490
It-Tluq
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-massa tat-tluq ma tkunx iżjed mill-massa massima tat-tluq speċifikata fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura ta’ l-ambjent fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq. |
(b) |
L-operatur għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin meta jistabilixxi l-massimu awtorizzat tal-massa tat-tluq:
|
(ċ) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (b) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
OPS 1 495
L-Ikklerjar ta’ Ostakli waqt it-Tluq
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li l-passaġġ tat-titjira tat-tluq nett ma jkollu l-ebda ostakli f’distanza vertikali ta’ mill-inqas 35 pied jew f’distanza orizzontali ta’ mill-inqas 90 m u 0,125 × D, fejn D tkun id-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun ivvjaġġa mit-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli jew it-tmiem tad-distanza tat-tluq jekk ikun hemm skedata dawra qabel it-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli. Għall-ajruplani b’tul ta’ ġwienaħ ta’ inqas minn 60 m jista’ jintuża kklerjar ta’ ostaklu orizzontali ta’ nofs it-tul tal-ġwienaħ ta’ l-ajruplan u 60 m, u 0,125 × D. |
(b) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
(ċ) |
Meta tintwera l-konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq:
|
(d) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħieġ bidliet fit-trajettorja ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:
|
(e) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħieġ bidliet fit-trajettorja ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:
|
(f) |
L-operatur għandu jistabilixxi proċeduri ta’ kontinġenza biex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-OPS 1 495 u biex jipprovdi rotta bla periklu, waqt li jkunu evitati l-ostakli biex b’hekk l-ajruplan ikun jista’ jew ikun konformi mar-rekwiżiti tul ir-rottta ta’ l-OPS 1 500, jew jinżel jew fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom alternattiv tat-tluq. |
OPS 1 500
En-Route — Magna Waħda Wieqfa
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li d-data tal-passaġġ tat-titjira nett fir-rotta b’magna waħda wieqfa murija fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan, li tkun xierqa għall-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, tkun konformi jew mas-subparagrafu (b) jew (ċ) fil-punti kollha tul ir-rotta. Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jkollu xaqliba pożittiva f’1 500 pied ‘il fuq mill-ajrudrom fejn l-inżul ikun preżunt li jsir wara li tinqala’ ħsara fil-magna. F’kondizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu t-tħaddim ta’ sistemi ta’ ħarsien mis-silġ, l-effett ta’ l-użu tagħhom fuq il-passaġġ tat-titjira nett għandu jitqies. |
(b) |
Ix-xaqliba tal-passaġġ nett tat-titjira għandha tkun pożittiva sa mill-inqas 1 000 pied ‘il fuq mill-art u l-ostakli kollha tul ir-rotta f’9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tat-trajettorja maħsuba. |
(ċ) |
Il-passaġġ nett tat-titjira għandu jippremetti li l-ajruplan ikompli bit-titjira mill-altitudni f’veloċità moderata lejn ajrudrom fejn inżul ikun jista’ jsir skond l-OPS 1 515 jew 1 520 skond kif xieraq, fejn il-passaġġ tat-titjira nett jikklerja vertikalment, b’mill-inqas 2 000 pied, bit-terren u l-ostakli kollha tul ir-rotta f’9.3 km (5 nm) fuq kull naħa tat-trajettorja maħsuba jkunu skond is-subparagrafi (1) sa (4) hawn taħt:
|
(d) |
Meta tintwera konformità ma’ l-OPS 1 500, operatur għandu jżid il-marġini ta’ wisa’ tas-subparagrafi (b) u (ċ) hawn fuq għal 18,5 km (10 nm) jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx laħqet il-95 % tal-livell ta’ trażżin. |
OPS 1 505
En-Route — Ajruplan bi Tliet Magni jew Iżjed, b’Żewġ Magni Wieqfa
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li fl-ebda punt tul it-trajettorja maħsuba l-ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar ma jkun aktar minn 90 minuta, b’veloċità moderata ta’ medda twila bil-magni kollha jaħdmu f’temperatura standard u f’arja kalma, ‘il bogħod mill-ajrudrom li fih ir-rekwiżiti ta’ l-eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta’ l-inżul mistennija jkunu ntlaħqu, sakemm dan ikun konformi mas-sub-paragrafi (b) sa (f) hawn taħt. |
(b) |
Id-data tal-passaġġ tat-titjira nett fir-rotta b’żewġ magni mitfija għandha tippermetti li l-ajruplan ikun jista’ jkompli bit-titjira, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, mill-punt fejn iż-żewġ magni jkunu preżunti li jieqfu fl-istess ħin, lejn ajrudrom li fih ikun possibbli li dan jinżel u jieqaf kompletament meta juża l-proċedura preskritta għal inżul b’żewġ magni mitfija. Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jikklerja vertikament, b’mill-inqas 2 000 pied, bit-terren u l-ostakli kollha tul ir-rotta f’9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tat-trajettorja maħsuba. F’altitudni u f’kondizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu biex jitħaddmu s-sistemi ta’ ħarsien mis-silġ, l-effett ta’ l-użu tagħhom fuq id-data tal-passaġġ tat-titjira nett għandu jitqies sew. Jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx laħqet il-95 % tal-livell ta’ trażżin, l-operatur għandu jżid il-marġini ta’ wisa’ mogħti hawn fuq sa 18,5 km (10 nm). |
(ċ) |
Iż-żewġ magni għandhom ikunu preżunti li jieqfu fl-iktar punt kritiku ta’ dik il-parti tar-rotta fejn l-ajruplan ikun iktar minn 90 minuta, b’veloċità moderata ta’ medda twila bil-magni kollha jaħdmu f’temperatura standard u f’arja kalma, ‘il bogħod minn ajrudrom li fih ikunu ntlaħqu r-rekwiżiti ta’ eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta’ l-inżul mistennija. |
(d) |
Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jkollu xaqliba pożittiva f’1 500 pied ‘il fuq mill-ajrudrom fejn l-inżul ikun preżunt li sar wara ħsara fiż-żewġ magni. |
(e) |
Ir-rimi ta’ karburant huwa awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżervi tal-karburant meħtieġa, jekk tintuża proċedura bla periklu. |
(f) |
Il-massa mistennija ta’ l-ajruplan fil-punt fejn iż-żewġ magni jkunu preżunti li jieqfu m’għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi karburant biżżejjed biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn ikun preżunt li jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm mill-inqas 1 500 pied direttament fuq iż-żona ta’ l-inżul u minn hemm ‘il quddiem biex itir b’rata fissa għal 15-il minuta. |
OPS 1 510
L-Inżul — L-Ajrudromi tad-Destinazzjoni u l-Ajrudromi Alternattivi
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-inżul ta’ l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1 475 (a), ma tkunx iżjed mill-massa massima ta’ l-inżul speċifikata għall-altitudni u t-temperatura ta’ l-ambjent mistennija għall-ħin stmat ta’ l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u f’dak alternattiv. |
(b) |
Għall-avviċinament bi strument b’xaqliba ta’ avviċinament mhux milħuq li tkun ikbar minn 2,5 %, l-operatur għandu jivverifika li l-massa ta’ l-inżul mistennija ta’ l-ajruplan tkun tippermetti avviċinament mhux milħuq b’xaqliba tat-tluq li tkun ugwali jew ikbar mix-xaqliba ta’ l-avviċinament mhux milħuq applikabbli fil-konfigurazzjoni u l-veloċità ta’ avviċinament mhux milħuq b’magna waħda wieqfa (ara r-rekwiżiti applikabbli fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ ajruplan kbar). L-użu ta’ metodu alternattiv għandu jkun approvat mill-Awtorità. |
(ċ) |
Għall-avviċinamenti bi strument b’għoli ta’ deċiżjoni taħt il-200 pied l-operatur għandu jivverifika li l-massa ta’ l-inżul mistennija ta’ l-ajruplan tkun tippermetti xaqliba tat-tluq ta’ avviċinament mhux milħuq, bil-magna kritika wieqfa u bil-veloċità u l-konfigurazzjoni jintużaw għal go-around ta’ mill-inqas 2,5 %, jew ix-xaqliba ppubblikata, liema minn dawk tkun l-akbar (ara CS AWO 243). L-użu ta’ metodu alternattiv għandu jkun approvat mill-Awtorità. |
OPS 1 515
L-Inżul — Runways xotti
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-inżul ta’ l-aruplan stabbilita skond l-OPS 1 475 (a) għall-ħin stmat ta’ l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunwe ajrudrom alternattiv tkun tippermetti nżul b’waqfien sħiħ minn 50 pied ‘il fuq mil-limitu minimu:
|
(b) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
(ċ) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq, wieħed għandu jassumi li:
|
(d) |
Jekk operatur ma jkunx jista’ jikkonforma mas-subparagrafu (c)(1) hawn fuq għal ajrudrom tad-destinazzjoni li jkollu runway waħda, fejn l-inżul ikun jiddependi fuq komponent ta’ riħ speċifikat, ajruplan jista’ jintbagħat jekk ikunu ntgħażlu 2 ajrudromi alternattivi li jippermettu konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c). Qabel ma jinbeda avviċinament biex jillandja fl-ajrudrom tad-destinazzjoni, il-kmandant għandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li l-inżul jista’ jsir f’konformità sħiħa ma’ l-OPS 1 510 u s-sub-paragrafi (a) u (b) hawn fuq. |
(e) |
Jekk operatur ma jkunx jista’ jkun konformi mas-subparagrafu (c)(2) hawn fuq għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan ikun jista’ jinħatar jekk jintgħażel ajrudrom alternattiv li jkun jippermetti l-konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c). |
OPS 1 520
L-Inżul — Runways Imxarrba u Kontaminati
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta’ dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista’ tkun imxarrba, id-distanza ta’ l-inżul disponibbli għandha tkun mill-inqas 115 % tad-distanza ta’ l-inżul meħtieġa, li tiġi stabbilita skond l-OPS 1 515. |
(b) |
L-operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta’ dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista’ tkun kontaminata, id-distanza ta’ l-inżul disponibbli għandha tkun mill-inqas id-distanza ta’ l-inżul li tkun stabbilita skond is-subparagrafu (a) hawn fuq, jew mill-inqas 115 % tad-distanza ta’ l-inżul stabbilita skond id-data approvata tad-distanza ta’ l-inżul kontaminat jew dik ekwivalenti li tkun aċċettata mill-Awtorità, liema minn dawn tkun l-akbar. |
(ċ) |
Distanza ta’ nżul fuq runway imxarrba li tkun iqsar minn dik meħtieġa fis-subparagrafu (a) hawn fuq, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-OPS 1 515 (a), tista’ tintuża jekk il-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi ta’ l-inżul fuq runways imxarrba. |
(d) |
Distanza ta’ nżul fuq runway kontaminata imħejjija b’mod speċjali li tkun iqsar minn dik meħtieġa fis-subparagrafu (b) hawn fuq, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-OPS 1 515 (a), tkun tista’ tintuża jekk il-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi ta’ l-inżul fuq runways kontaminati. |
(e) |
Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafi (b), (c) u (d) hawn fuq, il-kriterji ta’ l-OPS 1 515 għandhom ikunu applikati skond dawn ħlief li l-OPS 1 515 (a)(1) u (2) m’għandux ikun applikat għas-subparagrafu (b) hawn fuq. |
Appendiċi 1 għall-OPS 1 495 (c)(3)
L-Approvazzjoni ta’ angoli ta’ timjil laterali miżjuda
(a) |
Biex jintużaw angoli ta’ timjil laterali miżjuda li jkunu jeħtieġu approvazzjoni speċjali, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu:
|
Appendiċi 1 għall-OPS 1 515 (a)(3)
Il-Proċeduri ta’ Avviċinament Wieqaf
(a) |
L-Awtorità tista’ tapprova l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ Avviċinament Wieqaf billi jintużaw angoli ta’ inklinazzjoni ta’ l-inżul ta’ 4,5° jew iktar u bi screen heights ta’ inqas minn 50 pied iżda mhux inqas minn 35 pied, sakemm jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:
|
Appendiċi 1 għall-OPS 1 515 (a)(4)
Operazzjonijiet ta’ Inżul fil-Qosor
(a) |
Għall-għan ta’ l-OPS 1. 515 (a)(4), id-distanza użata għall-kalkolazzjoni tal-massa ta’ l-inżul awtorizzata tista’ tikkonsisti mit-tul użabbli taż-żona bla periklu dikjarata u d-distanza ta’ l-inżul dikjarat disponibbli. L-Awtorità tista’ tapprova dawn l-operazzjonijiet skond il-kriterji li ġejjin:
|
Appendiċi 2 għall-OPS 1 515 (a)(4)
Il-Kriterji tal-Mitjar għall-Operazzjonijiet ta’ Nżul fil-Qosor
(a) |
L-użu ta’ żona mingħajr periklu għandu jkun approvat mill-awtorità ta’ l-ajruport. |
(b) |
It-tul użabbli taż-żona bla periklu dikjarata taħt id-dispożizzjonijiet ta’ 1 515 (a)(4), u dan l-Appendiċi, m’għandux ikun ta’ iktar minn 90 metru. |
(ċ) |
Il-wisa’ taż-żona bla periklu dikjarata m’għandhiex tkun inqas mid-doppju tal-wisa’ tar-runway jew id-doppju tat-tul tal-ġwienaħ, liema minn dawn tkun l-akbar, iċċentrata fuq il-linja taċ-ċentru tar-runway estiż. |
(d) |
Iż-żona bla periklu dikjarata m’għandu jkollha l-ebda ostakli jew depressjonijiet li jistgħu jpoġġu fil-periklu ajruplan li jkun nieżel qabel tibda r-runway u l-ebda oġġett mobbli m’għandu jkun awtorizzat fuq iż-żona bla periklu dikjarata waqt li r-runway ikun qed tintuża għall-operazzjonijiet ta’ nżul fil-qosor. |
(e) |
L-inklinazzjoni taż-żona bla periklu dikjarata m’għandhiex tkun iżjed minn 5 % ‘il fuq u lanqas 2 % ‘l isfel fid-direzzjoni ta’ l-inżul. |
(f) |
Għall-għan ta’ din l-operazzjoni, ir-rekwiżit tas-saħħa tad-direzzjoni ta’ l-OPS 1 480 (a)(5) m’hemmx għalfejn ikun applikat għaż-żona ddikjarata bla periklu. |
SUBPARTI H
KLASSI TA’ EŻEKUZZJONI B
OPS 1 525
Ġenerali
(a) |
L-operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’magna waħda:
|
(b) |
L-operatur għandu jittratta ajruplan b’żewġ magni li ma jilħqux ir-rekwiżiti tat-tluq ta’ l-Appendiċi 1 għall-OPS 1 525 (b) bħala ajruplan b’magna waħda. |
OPS 1 530
It-Tluq
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-massa tat-tluq ma tkunx iżjed mill-massa massima tat-tluq speċifikata fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura ta’ l-ambjent fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li d-distanza tat-tluq mhux fatturata, kif speċifikat fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan ma taqbisx:
|
(ċ) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (b) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
OPS 1 535
L-Ikklerjar mill-Ostakli tat-Tluq — Ajruplan b’Iktar minn Magna Waħda
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-passaġġ tat-titjira matul it-tluq ta’ ajruplan b’żewġ magni jew aktar, stabbilit skond dan is-subparagrafu, ikun ikklerja l-ostakli kollha b’marġinu vertikali ta’ mill-inqas 50 pied, jew b’distanza orizzontali ta’ mill-inqas 90 m u 0,125 × D, fejn D tkun id-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun għamel mit-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli jew mit-tmiem tad-distanza tat-tluq jekk tkun skedata dawra qabel it-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli, ħlief kif hemm stabbilit fis-sub-paragrafi (b) u (c) hawn taħt. Għall-ajruplani b’tul ta’ ġwienaħ ta’ inqas minn 60 m jista’ jintuża kklerjar ta’ ostaklu orizzontali ta’ nofs it-tul tal-ġwienaħ ta’ l-ajruplan u 60 m, u 0,125 × D. Meta tintwera konformità ma’ dan is-subparagrafu, wieħed għandu jassumi li:
|
(b) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħieġ bidliet fit-trajettorja ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:
|
(ċ) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħieġ bidliet fit-trajettorja ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:
|
(d) |
Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dan li ġej:
|
OPS 1 540
En-Route — Ajruplani b’aktar minn magna waħda
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, u fil-każ li jiżviluppa ħsara f’waħda mill-magna, bil-magni l-oħra jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet speċifikati tal-qawwa kontinwa massima, ikun kapaċi li jkompli t-titjira fi jew ‘il fuq mill-altitudni minimi rilevanti ta’ titjir bla periklu li huma ddikjarati fil-Manwal tat-Tħaddim sa punt ta’ 1 000 pied ‘il fuq mill-ajrudrom li fih ikunu jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ eżekuzzjoni. |
(b) |
Meta tintwera l-konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq:
|
OPS 1 542
En-Route — Ajruplani b’magna waħda
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, u fil-każ li jiżviluppa ħsara fil-magna, ikun kapaċi jilħaq post li fih ikun jista’ jsir inżul ta’ emerġenza bla periklu. Għall-ajruplan ta’ fuq l-art, ikun meħtieġ post fuq l-art, sakemm ma jkunx approvat mod ieħor mill-Awtorità. |
(b) |
Meta tintwera l-konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq:
|
OPS 1 545
L-Inżul — L-Ajrudromi tad-Destinazzjoni u l-Ajrudromi Alternattivi
L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-inżul ta’ l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1 475 (a), ma tkunx iżjed mill-massa massima ta’ l-inżul speċifikata għall-altitudni u t-temperatura ta’ l-ambjent mistennija għall-ħin stmat ta’ l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u f’dak alternattiv.
OPS 1 550
L-Inżul — Runways xotti
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-inżul ta’ l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1 475 (a) għall-ħin stmat ta’ l-inżul, tkun tippermetti nżul ta’ waqfien sħiħ minn 50 pied ‘il fuq mil-livell massimu fil-limiti ta’ 70 % tad-distanza ta’ l-inżul disponibbli fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv.
|
(b) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (b) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
(ċ) |
Biex ajruplan jittajjar skond is-subparagrafu (a) hawn fuq, wieħed għandu jassumi li:
|
(d) |
Jekk operatur ma jkunx jista’ jkun konformi mas-subparagrafu (c)(2) hawn fuq għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan ikun jista’ jinħatar jekk jintgħażel ajrudrom alternattiv li jkun jippermetti l-konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c). |
OPS 1 555
L-Inżul — Runways Imxarrba u Kontaminati
(a) |
Operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta’ dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista’ tkun imxarrba, id-distanza ta’ l-inżul disponibbli tkun ugwali għal jew iżjed mid-distanza ta’ l-inżul meħtieġa, stabbilita skond l-OPS 1 550, immoltiplikata b’fattur ta’ 1,15. |
(b) |
L-operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta’ dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla jista’ jkun kontaminat, id-distanza ta’ l-inżul, li tkun stabbilita billi tintuża d-data li tkun aċċettabbli għall-Awtorità għal dawn il-kondizzjonijiet, m’għandhiex tkun iżjed mid-distanza ta’ l-inżul disponibbli. |
(ċ) |
Distanza ta’ nżul fuq runway imxarrba li tkun iqsar minn dik meħtieġa fis-subparagrafu (a) hawn fuq, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-OPS 1 550 (a), tista’ tintuża jekk il-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi ta’ l-inżul fuq runways imxarrba. |
Appendiċi 1 għall-OPS 1 525 (b)
Ġenerali — It-Tluq u l-Inżul
(a) |
It-tluq
|
(b) |
L-inżul
|
Appendiċi 1 għall-OPS 1 535 (b)(1)u (c)(1)
Il-Passaġġ tat-Titjira matul it-Tluq — In-Navigazzjoni tal-Gwida tal-Kors Viżwali
Biex jippermetti n-navigazzjoni tal-kors viżwali, operatur għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet tat-temp li jkun hemm waqt l-operazzjoni, inklużi l-għoli tas-sħab u l-viżibilità, ikunu tali li l-punti ta’ riferenza ta’ l-ostaklu u/jew ta’ l-art ikunu jistgħu jidhru u jiġu identifikati. Il-Manwal tat-Tħaddim għandu jispeċifika, għall-ajrudrom(i) ikkonċernat(i), il-kondizzjonijiet minimi tat-temp li jgħinu lill-ekwipaġġ tat-titjira biex jistabilixxi u jżomm il-passaġġ tat-titjira b’mod korrett fejn jikkonċerna l-punti ta’ riferenza ta’ fuq l-art, biex ikun hemm ikklerjar bla periklu fejn jikkonċerna l-ostakli u t-terren kif ġej:
(a) |
Il-proċedura għandha tkun definita sew fejn jikkonċerna l-punti ta’ riferenza ta’ fuq l-art biex il-mogħdija li minnha se tgħaddi t-titjira tkun tista’ tiġi analizzata għar-rekwiżiti ta’ l-ikklerjar ta’ ostakli; |
(b) |
Il-proċedura għandha tkun fil-limiti tal-ħiliet ta’ l-ajruplan, fejn jikkonċerna l-veloċità ‘l quddiem, l-angolu tat-timjil laterali u l-effetti tar-riħ; |
(ċ) |
Għall-użu ta’ l-ekwipaġġ, għandha tingħata deskrizzjoni bil-mitkub u/jew illustrata dwar il-proċedura; kif ukoll |
(d) |
Il-kondizzjonijiet ambjentali li jillimitaw għandhom ikunu speċifikati (eż. ir-riħ, is-sħab, il-viżibilità, il-jum/il-lejl, id-dawl ta’ l-ambjent, id-dwal ta’ ostaklu). |
Appendiċi 1 għall-OPS 1 550 (a)
Il-Proċeduri ta’ Avviċinament Wieqaf
(a) |
L-Awtorità tista’ tapprova l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ Avviċinament Wieqaf billi jintużaw angoli ta’ inklinazzjoni ta’ l-inżul ta’ 4.5° jew iktar u bi screen heights ta’ inqas minn 50 pied iżda mhux inqas minn 35 pied, sakemm jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:
|
Appendiċi 2 għall-OPS 1. 550 (a)
Operazzjonijiet ta’ Inżul fil-Qosor
(a) |
Għall-għan ta’ l-OPS 1 550 (a)(2), id-distanza użata għall-kalkolazzjoni tal-massa ta’ l-inżul awtorizzata tista’ tikkonsisti mit-tul użabbli taż-żona ddikjarata bla periklu u d-distanza ta’ l-inżul iddikjarata li tkun disponibbli. L-Awtorità tista’ tapprova dawn l-operazzjonijiet skond il-kriterji li ġejjin:
|
SUBPARTI I
KLASSI TA’ EŻEKUZZJONI C
OPS 1 560
Ġenerali
Operatur għandu jiżgura li, biex tkun stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din is-Subparti, id-Data ta’ l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan għandha tkun supplimentata, skond kif meħtieġ, b’data oħra li tkun aċċettabbli għall-Awtorità jekk d-data ta’ l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan ma tkunx biżżejjed.
OPS 1 565
It-Tluq
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-massa tat-tluq ma tkunx iżjed mill-massa massima tat-tluq speċifikata fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura ta’ l-ambjent fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li, għall-ajruplan li fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan tagħhom ikun hemm id-data dwar it-tul tal-medda tat-tluq, li iżda ma jkunux jinkludu r-responsabbiltà tal-ħsara tal-magna, id-distanza mill-bidu tal-ġirja tat-tluq meħtieġa mill-ajruplan biex jilħaq għoli ta’ 50 pied ‘il fuq mill-wiċċ bil-magni kollha jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tal-qawwa massima tat-tluq speċifikata, meta moltiplikata b’fattur ta’ wieħed minn dawn:
ma tkunx iżjed mill-ġirja tat-tluq disponibbli fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq. |
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura li, għall-ajruplan li jkollhom id-data tat-tul tal-medda tat-tluq fil-Manwali tat-Titjir tagħhom li tqis ukoll il-ħsara fil-magna, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jintlaħqu skond l-ispeċifikazzjonijiet li hemm fil-Manwal tat-Titjira ta’ l-Ajruplan:
|
(d) |
Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafi (b) u (c) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:
|
OPS 1 570
L-Ikklerjar ta’ Ostakli waqt it-Tluq
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-passaġġ tat-titjira matul it-tluq b’magna waħda wieqfa jkun ikklerja l-ostakli kollha b’distanza vertikali ta’ mill-inqas 50 pied u 0,01 × D, jew b’distanza orizzontali ta’ mill-inqas 90 m u 0,125 × D, fejn D tkun id-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun għamel mit-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli. Għall-ajruplani b’tul ta’ ġwienaħ ta’ inqas minn 60 m jista’ jintuża kklerjar ta’ ostaklu orizzontali ta’ nofs it-tul tal-ġwienaħ ta’ l-ajruplan u 60 m, u 0,125 × D. |
(b) |
Il-passaġġ tat-titjira matul it-tluq għandu jibda f’għoli ta’ 50 pied ‘il fuq mill-wiċċ fit-tmiem tad-distanza tat-tluq meħtieġa mill-OPS 1 565 (b) jew (c) skond kif jgħodd, u jintemm f’għoli ta’ 1 500 pied ‘il fuq mill-wiċċ. |
(ċ) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
(d) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq, il-bidliet fil-mogħdija m’għandhomx ikunu awtorizzati sa dak il-punt tal-passaġġ tat-titjira matul it-tluq fejn ikun inkiseb għoli ta’ 50 pied ‘il fuq mill-wiċċ. Minn hemm ‘l quddiem sa għoli ta’ 400 pied huwa meqjus li ajruplan ikun miel b’mhux aktar minn 15°. Il-fuq minn 400 pied, l-angoli tat-timjila ta’ l-għoli li jkunu ta’ iktar minn 15°, iżda mhux iktar minn 25° jistgħu jiġu skedati; Għandu jkun hemm konċessjoni xierqa għall-effett ta’ l-angolu tat-timjil laterali fuq il-veloċitajiet operattivi u l-passaġġ tat-titjira, li jinkludu inkrementi ta’ distanza li jkunu ġejjin minn veloċitajiet operattivi miżjuda. |
(e) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu bidliet fil-mogħdija ta’ iktar minn 15°, operatur ma jkollux għalfejn jikkonsidra dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
|
(f) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu bidliet fil-mogħdija ta’ iktar minn 15°, operatur ma jkollux għalfejn jikkonsidra dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
|
(g) |
Operatur għandu jistabilixxi proċeduri ta’ kontinġenza biex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-OPS 1 570 u biex jipprovdi rotta bla periklu, waqt li jkunu evitati l-ostakli biex b’hekk l-ajruplan ikun jista’ jew ikun konformi mar-rekwiżiti tul ir-rottta ta’ l-OPS 1 580, jew jinżel jew fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom alternattiv tat-tluq. |
OPS 1 575
En-Route — Il-Magni Kollha Jaħdmu
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan għandu, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, fi kwalunkwe punt fuq ir-rotta tiegħu jew fi kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minn din, jkun kapaċi jżomm rata ta’ tluq ta’ mill-inqas 300 pied fil-minuta bil-magni kollha jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tal-qawwa kontinwa massima speċifikati fi:
|
OPS 1 580
En-Route — Magna Waħda Wieqfa
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan għandu, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, fil-każ li jiżviluppa ħsara f’waħda mill-magna fi kwalunkwe punt tul ir-rotta tiegħu jew fi kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minn din u bil-magna jew il-magni l-oħra jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tal-qawwa kontinwa massima speċifikati, jkun kapaċi li jkompli t-titjira mill-altitudni tal-veloċità moderata għall-ajrudrom fejn l-inżul ikun jista’ jsir skond l-OPS 1 595 jew OPS 1 600 skond kif xieraq, bl-ikklejar ta’ ostakli f’9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tal-mogħdija maħsuba u b’intervall vertikali ta’ mill-inqas:
|
(b) |
Il-passaġġ tat-titjira għandu jkollu inklinazzjoni pożittiva f’altitudni ta’ 450 m (1 500 pied) ‘il fuq mill-ajrudrom fejn l-inżul huwa maħsub li se jsir wara li waħda mill-magni jiġrilha ħsara. |
(ċ) |
Għall-għanijiet ta’ dan is-subparagrafu, ir-rata disponibbli tat-tluq ta’ l-ajruplan għandha tittieħed li tkun 150 pied fil-minuta inqas mir-rata grossa tat-tluq speċifikata. |
(d) |
Meta tintwera konformità ma’ dan il-paragrafu, operatur għandu jżid il-marġini tal-wisa’ tas-subparagrafu (a) hawn fuq għal 18,5 km (10 nm) jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx tilħaq il-livell ta’ trażżin ta’ 95 %. |
(e) |
Ir-rimi ta’ karburant huwa awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżervi tal-karburant meħtieġa, jekk tintuża proċedura bla periklu. |
OPS 1 585
En-Route — Ajruplan bi Tliet Magni jew Iżjed, b’Żewġ Magni Wieqfa
(a) |
Operatur għandu jiżgura li fl-ebda punt tul it-trajettorja maħsuba l-ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar ma jkun aktar minn 90 minuta, b’veloċità moderata ta’ medda twila bil-magni kollha jaħdmu f’temperatura standard u f’arja kalma, ‘il bogħod mill-ajrudrom li fih ir-rekwiżiti ta’ l-eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta’ l-inżul mistennija jkunu ntlaħqu, sakemm dan ikun konformi mas-sub-paragrafi (b) sa (f) hawn taħt. |
(b) |
Il-passaġġ tat-titjira b’żewġ magni wieqfa muri għandu jippermetti li l-ajruplan ikompli bit-titjira, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, waqt li jikklerja l-ostakli kollha f’medda ta’ 9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tal-mogħdija ppjanata b’intervall vertikali ta’ mill-inqas 2 000 pied, lejn ajrudrom li fih ikunu ntlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eżekuzzjoni mistennija li jsiru applikabbli fil-massa ta’ l-inżul. |
(ċ) |
Iż-żewġ magni għandhom ikunu preżunti li jieqfu fl-iktar punt kritiku ta’ dik il-parti tar-rotta fejn l-ajruplan ikun iktar minn 90 minuta, b’veloċità moderata ta’ medda twila bil-magni kollha jaħdmu f’temperatura standard u f’arja kalma, ‘il bogħod minn ajrudrom li fih ikunu ntlaħqu r-rekwiżiti ta’ eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta’ l-inżul mistennija. |
(d) |
Il-massa mistennija ta’ l-ajruplan fil-punt fejn iż-żewġ magni huma preżunti li jieqfu m’għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi karburant biżżejjed biex dan jipproċedi lejn l-ajrudrom fejn l-inżul ikun mistenni li se jsir, u biex jasal hemm f’altitudni ta’ mill-inqas 450 m (1 500 pied) direttament fuq iż-żona ta’ l-inżul u minn hemm ‘il quddiem biex itir livell għal 15-il minuta. |
(e) |
Għall-għan ta’ dan is-subparagrafu, ir-rata tat-tluq disponibbli ta’ l-ajruplan għandha tittieħed li tkun 150 pied kull minuta inqas minn dik speċifikata. |
(f) |
Meta tintwera konformità ma’ dan il-paragrafu, operatur għandu jżid il-marġini tal-wisa’ tas-subparagrafu (a) hawn fuq għal 18,5 km (10 nm) jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx tilħaq il-livell ta’ trażżin ta’ 95 %. |
(g) |
Ir-rimi ta’ karburant huwa awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżervi tal-karburant meħtieġa, jekk tintuża proċedura bla periklu. |
OPS 1 590
L-Inżul — L-Ajrudromi tad-Destinazzjoni u l-Ajrudromi Alternattivi
Operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-inżul ta’ l-ajruplan stabbilita skond l-OPS 1 475 (a) ma tkunx iżjed mill-massa massima ta’ l-inżul speċifikata fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan għall-altitudni u, jekk tkun inkluża fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan, it-temperatura ta’ l-ambjent mistennija fil-ħin stmat ta’ l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fl-ajrudrom alternattiv.
OPS 1 595
L-Inżul — Runways xotti
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-massa ta’ l-inżul ta’ l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1 475 (a) għall-ħin stmat ta’ l-inżul, tkun tippermetti nżul ta’ waqfien sħiħ minn 50 pied ‘il fuq mil-livell massimu fil-limiti ta’ 70 % tad-distanza ta’ l-inżul disponibbli fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv. |
(b) |
Meta tintwera konformità mas-subparagrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:
|
(ċ) |
Biex ajruplan jittajjar skond is-subparagrafu (a) hawn fuq, wieħed għandu jassumi li:
|
(d) |
Jekk operatur ma jkunx jista’ jkun konformi mas-subparagrafu (c)(2) hawn fuq għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan ikun jista’ jinħatar jekk jintgħażel ajrudrom alternattiv li jkun jippermetti l-konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c). |
OPS 1 600
L-Inżul — Runways Imxarrba u Kontaminati
(a) |
Operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta’ dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista’ tkun imxarrba, id-distanza ta’ l-inżul disponibbli tkun ugwali għal jew iżjed mid-distanza ta’ l-inżul meħtieġa, stabbilita skond l-OPS 1 595, immoltiplikata b’fattur ta’ 1,15. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta’ dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla jista’ jkun kontaminat, id-distanza ta’ l-inżul, li tkun stabbilita billi tintuża d-data li tkun aċċettabbli għall-Awtorità għal dawn il-kondizzjonijiet, m’għandhiex tkun iżjed mid-distanza ta’ l-inżul disponibbli. |
SUBPARTI J
MASSA U BILANĊ
OPS 1 605
Ġenerali
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 605)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li matul kull fażi tat-tħaddim, it-tagħbija, il-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta’ l-ajruplan ikunu konformi mal-limitazzjonijiet speċifikati fil-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan approvat, jew fil-Manwal tat-Tħaddim jekk dan ikun aktar ristrettiv. |
(b) |
Operatur għandu jistabbilixxi l-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta’ kwalunkwe ajruplan billi dan jintiżen qabel id-dħul inizjali fis-servizz u minn hemm ‘il quddiem f’intervalli ta’ 4 snin jekk jintużaw il-mases individwali ta’ l-ajruplan u 9 snin jekk jintużaw il-mases tal-flotta. L-effetti akkumulati tal-modifikazzjonijiet u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu sew u jkunu dokumentati kif xieraq. Minbarra hekk, l-ajruplan għandhom jintiżnu mill-ġdid jekk l-effett tal-modifikazzjonijiet fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf eżatt. |
(ċ) |
Operatur għandu jistabbilixxi l-massa tal-punti kollha tat-tħaddim u tal-membri ta’ l-ekwipaġġ inklużi fil-massa solida ta’ l-operat ta’ l-ajruplan billi jintiżen jew billi jintużaw masses standard. L-influwenza tal-pożizzjoni tagħhom fuq iċ-ċentru tal-gravità ta’ l-ajruplan għandha tiġi stabbilita. |
(d) |
Ooperatur għandu jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tat-traffiku, inkluża kwalunkwe saborra, jew billi jintiżen jew billi tkun stabbilita l-massa tat-tagħbija tat-traffiku skond il-mases standard għall-passiġġera u l-bagalji kif speċifikat fl-OPS 1 620. |
(e) |
Operatur għandu jistabilixxi l-massa tat-tagħbija tal-karburant billi tintuża d-densità attwali jew, jekk ma tkunx magħrufa, id-densità kkalkolata skond metodu speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim. |
OPS 1 607
Terminoloġija
(a) |
Il-massa totali ta’ l-ajruplan li jkun lest għal tip speċifiku ta’ operazzjoni barra l-karburant użabbli u t-tagħbija tat-traffiku. Din il-massa tinkludi oġġetti bħalma huma:
|
(b) |
Il-massa massima awtorizzata ta’ ajruplan bla ebda karburant użabbli. Il-massa tal-karburant li jkun hemm f’tankijiet partikolari għandha tkun inkluża fil-massa żero tal-karburant meta din tissemma espliċitament fil-limitazzjonijiet tal-Manwal tat-Titjir ta’ l-Ajruplan. |
(ċ) |
Il-Massa Strutturali Massima ta’ l-Inżul. Il-Massa totali massima ta’ l-ajruplan awtorizzata għall-inżul taħt ċirkostanzi normali. |
(d) |
Il-Massa Massima Strutturali tat-Tluq. Il-massa totali massima ta’ l-ajruplan awtorizzata fil-bidu tal-ġirja tat-tluq. |
(e) |
Il-klassifikazzjoni tal-passiġġiera.
|
(f) |
It-Tagħbija tat-Traffiku. Il-massa totali tal-passiġġiera, bagalji u merkanzija, inkluża kwalunkwe tagħbija mhux kummerċjali. |
OPS 1 610
It-Tagħbija, il-massa u l-bilanċ
Operatur għandu jispeċifika, fil-Manwal tat-Tħaddim, il-prinċipji u l-metodi involuti fit-tagħbija u fis-sistema tal-massa u l-bilanċ li jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-OPS 1 605. Din is-sistema għandha tkopri t-tipi kollha ta’ l-operazzjonijiet ippjanati.
OPS 1 615
Il-valuri tal-massa għall-ekwipaġġ
(a) |
Operatur għandu juża l-valuri tal-massa li ġejjin biex jistabilixxi l-massa solida tat-tħaddim:
|
(b) |
Operatur għandu jikkoreġi l-massa solida tat-tħaddim biex iqis kwalunkwe bagalji żejda. Il-pożizzjoni ta’ dawn il-bagalji żejda għandha titqies meta jkun qed jiġi stabbilit iċ-ċentru tal-gravità ta’ l-ajruplan. |
OPS 1 620
Il-valuri tal-massa għall-passiġġiera u l-bagalji
(a) |
Operatur għandu jikkalkula l-massa tal-passiġġiera u tal-bagalji verifikati billi juża l-massa mwieżna attwali ta’ kull persuna u l-massa mwieżna attwali tal-bagalji jew il-valuri tal-massa standard speċifikati fit-Tabelli 1 sa 3 hawn taħt, ħlief fejn in-numru tas-siġġijiet tal-passiġġiera jkun inqas minn 10. F’dawn il-każijiet, il-massa tal-passiġġiera tista’ tiġi stabbilita bl-użu ta’ dikjarazzjoni verbali minn, jew f’isem, kull passiġġier u billi jiżdied ma’ din valur kostanti determinat minn qabel biex jitqiesu l-bagalji u l-ħwejjeġ Il-proċedura li tispeċifika meta se jintgħażlu l-mases attwali jew standard u l-proċedura li għandha tiġi segwita meta jintużaw id-dikjarazzjonijiet verbali għandhom ikunu inklużi fil-Manwal tat-Tħaddim. |
(b) |
Jekk jistabbilixxi l-massa attwali bl-użin, operatur għandu jiżgura li l-affarijiet personali tal-passiġġiera u l-bagalji ta’ l-idejn ikunu inklużi. Dan l-użin għandu jsir immedjatament qabel l-imbarkazzjoni u f’post qrib. |
(ċ) |
Jekk jistabbilixxi l-massa tal-passiġġiera billi juża l-valuri tal-massa standard, dan għandu juża l-valuri tal-massa standard murija fit-Tabelli 1 u 2 hawn taħt. Il-mases standard jinkludu l-bagalji ta’ l-idejn u l-massa ta’ kwalunkwe tfal żgħar ta’ età taħt is-sentejn li jinġarru minn adult fuq siġġu wieħed tal-passiġġiera. Għall-għan ta’ dan is-subparagrafu, tfal żgħar li jokkupaw siġġijiet separati għandhom jitqiesu bħala tfal. |
(d) |
Il-valuri tal-massa għall-passiġġiera — 20 siġġu jew iktar
Tabella 1
|
(e) |
Il-valuri tal-massa għall-passiġġiera — 19 siġġu jew iktar
Tabella 2
|
(f) |
Il-valuri tal-massa għall-bagalji
Tabella 3 20 siġġu jew iktar
|
(g) |
Jekk operatur ikun jixtieq juża valuri ta’ massa standard għajr dawk li hemm fit-Tabelli 1 sa 3 hawn fuq, dan għandu javża lill-Awtorità dwar ir-raġunijiet tiegħu u jikseb l-approvazzjoni tagħha minn qabel. Dan għandu wkoll jibgħat għall-approvazzjoni tagħha pjan ta’ stħarriġ dettaljat dwar l-użin u japplika l-metodu ta’ analiżi statistiku mogħti fl-Appendiċi 1 għall-OPS 1 620 (g). Wara l-verifika u l-approvazzjoni mill-Awtorità dwar ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ ta’ użin, il-valuri riveduti tal-massa standard ikunu jgħoddu biss għal dak l-operatur. Il-valuri riveduti tal-massa standard ikunu jistgħu jintużaw biss f’ċirkostanzi li jkunu konsistenti ma’ dawk li taħthom ikun sar l-istħarriġ. Meta l-mases standard riveduti jkunu iżjed minn dawk li hemm fit-Tabelli 1-3, għandhom jintużaw dawk il-valuri ogħla. |
(h) |
Fuq kwalunkwe titjira identifikata bħala waħda li qed iġġorr numru sostanzjali ta’ passiġġiera li l-mases tagħhom, inklużi l-bagalji ta’ l-idejn, ikunu mistennija li jeċċedu l-massa standard tal-passiġġiera, operatur għandu jistabbilixxi l-massa attwali ta’ dawk il-passiġġiera billi jiżinhom jew billi jżied inkrement xieraq ta’ massa. |
(i) |
Jekk jintużaw il-valuri tal-massa standard għall-bagalji kkontrollati u jkun mistenni li numru sostanzjali ta’ bagalji imbarkati tal-passiġġiera jeċċedi l-massa standard tal-bagalji, operatur għandu jistabbilixxi l-massa attwali ta’ dawn il-bagalji billi jiżinhom jew billi jżid inkrement xieraq ta’ massa. |
(j) |
Operatur għandu jiżgura li kmandant ikun imwissi meta jkun intuża metodu mhux standard biex tkun stabbilita l-massa tat-tagħbija u li dan il-metodu huwa ddikjarat fid-dokumenti tal-massa u l-bilanċ. |
OPS 1 625
Id-Dokumenti tal-Massa u l-Bilanċ
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 625)
(a) |
Operatur għandu jistabbilixxi d-dokumenti tal-massa u l-bilanċ qabel kull titjira, liema dokumenti għandhom jispeċifikaw it-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha. Id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ għandhom jgħinu lill-kmandant biex dan jistabbilixxi li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha tkun tali li l-limiti tal-massa u l-bilanċ ta’ l-ajruplan ma jinqabżux. Il-persuna li tħejji d-dokumenti tal-massa u l-bilanċ għandha tissemma fuq id-dokument. Il-persuna li jikkontrolla t-tagħbija għal fuq l-ajruplan għandu jikkonferma billi jiffirma li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha huma skond id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ. Dan id-dokument għandu jkun aċċettat mill-kmandant, fejn l-aċċettazzjoni tiegħu/tagħha għandha tkun indikata b’kontrofirma jew l-ekwivalenti. (Ara wkoll OPS 1.1055 (a)(12)). |
(b) |
Operatur għandu jispeċifika l-proċeduri għall-Bidliet ta’ l-Aħħar Minuta għat-tagħbija. |
(ċ) |
Suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-Awtorità, operatur jista’ juża alternattiva għall-proċeduri meħtieġa mill-paragrafi (a) u (b) hawn fuq. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 605
Il-Massa u l-Bilanċ — Ġenerali
(Ara OPS 1 605)
(a) |
Id-determinazzjoni tal-massa solida tat-tħaddim ta’ ajruplan
|
(b) |
Mases standard speċjali għat-tagħbija tat-traffiku. Minbarra l-mases standard għall-passiġġiera u l-bagalji kkontrollati, operatur jista’ jibgħat għall-approvazzjoni ta’ Awtorità mases standard għall-oġġetti oħra ta’ tagħbija. |
(ċ) |
It-tagħbija ta’ l-ajruplan
|
(d) |
Il-Limiti taċ-Ċentru tal-Gravità
|
Appendiċi 1 għall-OPS 1 620 (f)
Id-Definizzjoni taż-żona għat-titjiriet fir-reġjun Ewropew
Għall-għanijiet ta’ l-OPS 1 620 (f), titjiriet fir-reġjun Ewropew, għajr titjiriet domestiċi, ikunu titjiriet li jsiru fiż-żona mdawra b’linji rombu bejn il-punti li ġejjin:
— |
N7200 |
E04500 |
— |
N4000 |
E04500 |
— |
N3500 |
E03700 |
— |
N3000 |
E03700 |
— |
N3000 |
W00600 |
— |
N2700 |
W00900 |
— |
N2700 |
W03000 |
— |
N6700 |
W03000 |
— |
N7200 |
W01000 |
— |
N7200 |
E04500 |
kif muri fil-Figura 1 hawn taħt:
Figura 1
Ir-Reġjun Ewropew
Appendiċi 1 għall-OPS 1 620 (g)
Proċedura biex ikunu stabbiliti l-valuri tal-massa standard riveduti għall-passiġġiera u l-bagalji
(a) |
Passiġġieri
|
(b) |
Il-bagalji kkontrollati. Il-proċedura ta’ l-istatistika biex ikunu stabbiliti l-valuri riveduti tal-mases standard tal-bagalji bbażati fuq il-mases medji tal-bagalji tal-qies minimu ta’ kampjun meħtieġ, hija bażikament l-istess bħal dik li tapplika għall-passiġġiera u kif speċifikat fis-subparagrafu (a)(1). Għall-bagalji, il-medda ta’ konfidenza relattiva (eżattezza) tammonta għal 1 %. Għandhom jintiżnu minimu ta’ 2 000 biċċa ta’ bagalji kkontrollati. |
(ċ) |
Id-determinazzjoni tal-valuri riveduti tal-massa standard għall-passiġġiera u l-bagalji kkontrollatiati
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 625
Id-Dokumenti tal-Massa u l-Bilanċ
(a) |
Id-Dokumenti tal-Massa u l-Bilanċ
|
(b) |
Sistemi kkompjuterizzati Fejn id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ jiġu ġġenerati b’sistema kompjuterizzata tal-massa u l-bilanċ, l-operatur gћandu jivverifika l-integrità tad-data prodotta. Dan gћandu jistabbilixxi sistema biex jikkontrolla li l-emendi ta’ l-input data jkunu inkorporati kif suppost fis-sistema u li s-sistema tkun qed taћdem tajjeb fuq bażi kontinwa billi jivverifika d-data prodotta f’intervalli ta’ mhux iktar minn 6 xhur. |
(ċ) |
Is-sistemi tal-massa u l-bilanċ abbord. Operatur għandu jiskeb l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità jekk ikun jixtieq li juża abbord sistema kompjuterizzata tal-massa u l-bilanċ bħala s-sors ewlieni tad-dispaċċ. |
(d) |
Datalink. Meta d-dokumenti tal-massa u l-bilanċ jintbagħtu lill-ajruplan permezz ta’ datalink, kopja tad-dokumenti finali tal-massa u l-bilanċ hekk kif aċċettati mill-kmandant għandhom ikunu disponibbli fuq l-art. |
SUBPARTI K
L-ISTRUMENTI U T-TAGĦMIR
OPS 1 630
Daħla ġenerali
(a) |
Operatur għandu jiżgura li titjira ma tibdiex sakemm l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa taħt din is-subparti jkunu:
|
(b) |
L-istandards minimi ta’ l-istrumenti u t-tagħmir huma dawk preskritti fl-Ordnijiet ta’ l-Istandard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Orders (ETSO), kif elenkati fl- Ispeċifikazzjonijiet fuq l-Ordnijiet ta’ l-Istandard Tekniku Ewropew (CS-TSO) applikabbli, sakemm standards ta’ differenti jkunu preskritti fil-kodiċi tat-tħaddim jew ta’ l-adegwatezza għat-titjir. L-istrumenti u t-tagħmir li jkunu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u ta’ l-eżekuzzjoni, ħlief l-ETSO fuq id-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-OPS, jistgħu jibqgħu fis-servizz, jew ikunu installati, sakemm ikunu preskritti rekwiżiti addizzjonali f’din is-subparti. L-istrumenti u t-tagħmir li jkunu diġà ġew approvati m’hemmx għalfejn ikunu komformi ma’ ETSO rivedut jew ma’ speċifikazzjoni riveduta, ħlief l-ETSO, sakemm ma jkunx preskritt rekwiżit retroattiv. |
(ċ) |
Il-punti li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom l-approvazzjoni tat-tagħmir:
|
(d) |
Jekk it-tagħmir ikun se jintuża minn membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira fil-post tiegħu/tagħha matul it-titjira, dan għandu jkun lest biex jaħdem minnufih mill-post tiegħu/tagħha. Meta element wieħed tat-tagħmir huwa meħtieġ sabiex jitħaddem minn aktar minn aktar minn membru ta’ l-ekwipaġġ wieħed għandu jkun installat sabiex it-tagħmir jista’ jitħaddem minnufih minn kwalunkwe stazzjon fejn it-tagħmir huwa meħtieġ li jitħaddem. |
(e) |
Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira biex jara l-indikazzjonijiet minnufih mill-post tiegħu/tagħha, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u l-linja ta’ viżjoni li hu/hi normalment jassumi/tassumi meta jħares/tħares ‘il quddiem tul il-passaġġ tat-titjira. Kull meta fl-ajruplan ikun meħtieġ li jitħaddem strument wieħed minn iktar minn membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, dan għandu jkun installat biex dan ikun viżibbli minn kull post ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun jgħodd. |
OPS 1 635
L-apparat tal-ħarsien taċ-ċirkwiti
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li fih jintużaw il-fjusis, sakemm ma jkunx hemm fjusis żejda disponibbli għall-użu, li jkunu ugwali għal mill-inqas 10 % tan-numru tal-fjusis ta’ kull tip jew tlieta ta’ kull tip, liema minn dawn ikun l-akbar.
OPS 1 640
Id-Dwal tat-tħaddim ta’ l-ajruplan
Operatur għandu jħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar bi:
(a) |
Għal titjira bi nhar:
|
(b) |
Għat-titjiriet bil-lejl, minbarra tagħmir speċifikat fil-paragrafu (a) hawn fuq:
|
OPS 1 645
Il-wajpers tal-windskrin
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’massa massima ċertifikata tat-tluq ta’ iktar minn 5 700 kilo sakemm ikun mgħammar f’kull post fejn ikun il-pilota b’wajper tal-windskrin jew b’mezzi ekwivalenti biex fix-xita parti tal-windskrin tinżamm nadifa.
OPS 1 650
Operazzjonijiet VFR bi nhar — L-istrumenti tat-titjira u tan-navigazzjoni u t-tagħmir assoċjat
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan bi nhar skond ir-Regoli tat-Titjira Viżwali (VFR) sakemm dan ikun mgħammar bl-istrumenti tat-titjira u tan-navigazzjoni u bit-tagħmir assoċjat u, fejn ikun xieraq, taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fis-sub-paragrafi li ġejjin:
(a) |
Boxxla manjetika; |
(b) |
Strument li juri l-ħin preċiż f’sigħat, minuti, u sekondi; |
(ċ) |
Altimetru sensittiv tal-pressjoni li jkun ikkalibrat f’piedi b’settings oħra, ikkalibrat f’hectopascals/millibars, li jkun jaġġusta ruħu għal kwalunkwe pressjoni barometrika li x’aktarx tkun issettjata matul it-tijira; |
(d) |
Indikatur tal-veloċità ta’ l-arjaajruplan kkalibrat f’mili tal-baħar; |
(e) |
Indikatur tal-veloċità vertikali; |
(f) |
Indikatur tad-dawran u taż-żelqa, jew ko-ordinatur tad-dawran li jkun jinkorpora fih indikatur taż-żelqa; |
(g) |
Indikatur ta’ l-attitudni; |
(h) |
Indikatur tad-direzzjoni stabilizzat; kif ukoll |
(i) |
Mezz li jindika fil-kumpartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira t-temperatura ta’ l-arja ta’ barra kkalibrat fi gradi Celsius. |
(j) |
Għat-titjiriet li ma jkunux ta’ iktar minn 60 minuta, li jitilgħu u jinżlu fl-istess ajrudrom, u li jibqgħu fil-limiti ta’ 50 nm mill-ajrudrom, l-istrumenti preskritti fis-sub-paragrafi (f), (g) u (h) hawn fuq, u s-sub-paragrafi (k)(4), (k)(5) u (k)(6) hawn taħt, jistgħu jinbidlu kollha jew b’indikatur tad-dawran u ż-żelqa, jew b’ko-ordinatur tad-dawran li jkun jinkorpora fih indikatur taż-żelqa, jew inkella kemm indikatur ta’ l-attitudni kif ukoll indikatur taż-żelqa. |
(k) |
Kull meta jkunu meħtieġa żewġ piloti, il-post tat-tieni pilota għandu jkollu strumenti separati kif ġej:
|
(l) |
Kull sistema li turi l-veloċità ta’ l-arja għandha tkun mgħammra b’pitot tube imsaħħan jew mezzi ekwivalenti biex ikun evitat kwalunkwe nuqqas ta’ funzjonament minħabba jew il-kondensazzjoni jew is-silġ għal:
|
(m) |
Kull meta jkunu meħtieġa strumenti doppji, ir-rekwiżiti jitlob li jkun hemm displays separati għal kull pilota u seletturi separati jew tagħmir ieħor assoċjat fejn ikun xieraq. |
(n) |
L-ajruplani kollha għandhom ikunu mgħammra b’mezzi biex jindikaw meta l-qawwa ma tkunx qed tiġi fornuta tajjeb lill-istrumenti tat-titjira meħtieġa; kif ukoll |
(o) |
L-ajruplani kollha b’limitazzjonijiet ta’ kompressibilità li ma jkunux indikati b’mod ieħor bl-indikaturi meħtieġa tal-veloċità ta’ l-ajruplanajru, għandhom ikunu mgħammra b’indikatur tan-numru Mach f’kull post tal-pilota. |
(p) |
Operatur m’għandux jagħmel operazzjonijiet VFR bi nhar sakemm l-ajruplan ikun mgħammar b’kuffji tal-widna li jkollu mikrofonu li jirbombja jew l-ekwivalenti għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun qed iwettaq dmirijietu fuq il-gverta ta’ l-ajruplan. |
OPS 1 652
IFR jew operazzjonijiet ta’ bil-lejl — L-istrumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u t-tagħmir assoċjat
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan skond ir-Regoli tat-Tirjir ta’ l-Istrument (IFR) jew bil-lejl skond ir-Regoli tat-Titjir Viżwali (VFR) sakemm dan ikun mgħammar bl-istrumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u bit-tagħmir assoċjat u, fejn ikun jgħodd, taħt il-kondizzjonijiet iddikjarati fis-sub-paragrafi li ġejjin:
(a) |
Boxxla manjetika; |
(b) |
Strument li juri l-ħin preċiż f’sigħat, minuti u sekondi; |
(ċ) |
Żewġ altimetri sensittivi tal-pressjoni li jkunu kkalibrati f’piedi b’settings oħra, ikkalibrati f’hectopascals/millibars, li jkun jaġġusta ruħu għal kwalunkwe pressjoni barometrika li x’aktarx tkun issettjata waqt it-titjira; Dawn l-altimetri għandu jkollhom counter drum-pointer jew preżentazzjoni ekwivalenti. |
(d) |
Sistema li turi l-veloċità ta’ l-ajruplanarja b’pitot tube msaħħan jew ezz ekwivalenti biex tkun evitata kwalunkwe ħsara minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ, inkluża indikazzjoni tat-twissija meta l-pilot heater jiġrilu ħsara. Ir-rekwiżit ta’ l-indikazzjoni tal-ħsara fil-pilot heater ma jgħoddx għal dawk l-ajruplan b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ 9 passiġġiera bilqiegħda jew inqas jew b’massa massima tat-tluq awtorizzata ta’ 5 700 kilo jew inqas u maħruġ b’Ċertifikat ta’ adegwatezza għat-titjir individwali qabel l-1 ta’ April 1998; |
(e) |
Indikatur tal-veloċità vertikali; |
(f) |
Indikatur tad-dawran u ż-żelqa; |
(g) |
Indikatur ta’ l-attitudni; |
(h) |
Indikatur tad-direzzjoni stabilizzat; |
(i) |
Mezz li jindika fil-kumpartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira t-temperatura ta’ l-arja ta’ barra kkalibrat fi gradi Celsius. kif ukoll |
(j) |
Żewġ sistemi indipendenti ta’ pressjoni statika, ħlief li għall-ajruplan li jkollhom l-iskrejjen b’massa massima ċertifikata ta’ 5 700 kilo jew inqas, tkun meħieġa sistema waħda tal-pressjoni statika u sors alternattiv wieħed ta’ pressjoni statika. |
(k) |
Kull meta jkunu meħtieġa żewġ piloti, il-post tat-tieni pilota għandu jkollu strumenti separati kif ġej:
|
(l) |
Dawk l-ajruplani b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ iżjed minn 5 700 kilo jew li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda, għandhom ikunu mgħammra b’indikatur ieħor ta’ l-attitudni, standby (orizzont artifiċjali), li jkun jista’ jintuża mill-post ta’ kwalunkwe pilota, li:
ħlief għal ajruplani b’massa massima ċertifikata tat-tluq ta’ 5 700 kilo jew inqas, irreġistrati diġà fi Stat Membru fl- 1 ta’ April 1995, u mgħammra b’indikatur ta’ l-attitudni standby fil-pannell ta’ l-istrumenti tan-naħa tax-xellug. |
(m) |
F’konformità mas-subparagrafu (l) hawn fuq, għandu jkun evidenti b’mod ċar għall-ekwipaġġ tat-titjira meta l-indikatur ta’ l-attitudni standby, meħtieġ b’dak is-subparagrafu, ikun qed jitħaddem bil-qawwa ta’ l-emerġenza. Fejn l-indikatur ta’ l-attitudni standby ikollu l-provvista tal-qawwa ddedikata tiegħu stess, għandu jkun hemm indikazzjoni assoċjata, jew fuq l-istrument jew fuq il-panel ta’ l-istrument, meta din il-provvista tkun qed tintuża. |
(n) |
Holder tal-karti f’pożizzjoni li b’hekk dawn ikunu jistgħu jinqraw minnufih mill-ewwel u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet ta’ bil-lejl. |
(o) |
Jekk is-sistema ta’ l-istrument ta’ l-attitudni standby tkun ċertifikataata skond CS 25.1303(b)(4) jew l-ekwivalenti, l-indikaturi tad-dawran u ż-żelqa jistgħu jinbidlu b’indikaturi taż-żelqa. |
(p) |
Kull meta jkunu meħtieġa strumenti doppji, ir-rekwiżiti jitlob li jkun hemm displays separati għal kull pilota u seletturi separati jew tagħmir ieħor assoċjat fejn ikun xieraq. |
(q) |
L-ajruplani kollha għandhom ikunu mgħammra b’mezzi biex jindikaw meta l-qawwa ma tkunx qed tiġi fornuta tajjeb lill-istrumenti tat-titjira meħtieġa; kif ukoll |
(r) |
L-ajruplani kollha b’limitazzjonijiet ta’ kompressibilità li ma jkunux indikati b’mod ieħor bl-indikaturi meħtieġa tal-veloċità ta’ l-ajruplanajru, għandhom ikunu mgħammra b’indikatur tan-numru Mach f’kull post tal-pilota. |
(s) |
Operatur m’għandux iwettaq operazzjonijiet IFR jew operazzjonijiet ta’ bil-lejl sakemm l-ajruplan ikun mgħammar b’kuffji tal-widna u b’mikrofonu li jirbombja jew l-ekwivalenti għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun qed jaqdi dmirjietu fil-gverta ta’ l-ajruplan kif ukoll b’buttuna ta’ trasmissjoni fuq ir-rota tal-kontroll għal kull pilota meħtieġ. |
OPS 1 655
Tagħmir addizzjonali għall-operazzjoni b’pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl
Operatur m’għandux jagħmel operazzjonijiet IFR ta’ pilota wieħed sakemm l-ajruplan ikun mgħammar b’awtopilota li jkollu mill-inqas il-kontroll ta’ l-altitudni u l-mod tad-direzzjoni.
OPS 1 660
Is-Sistema ta’ twissija ta’ l-altitudni
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’turbine propeller b’massa massima ċertifikata ta’ tluq ta’ iżjed minn 5 700 kilo jew li jkollu konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda jew ajruplan turbojet sakemm dawn ikunu mgħammra b’sistema ta’ twissija ta’ l-altitudni u li tkun kapaċi:
ħlief għall-ajruplan b’massa massima ċertifikata ta’ tluq ta’ 5 700 kilo jew inqas u li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 9 passiġġiera u li jkunu nħarġu għall-ewwel darba b’ċertifikat individwali ta’ adegwatezza għat-titjir qabel l- 1 ta’ April 1972 u li kienu ġew irreġistrati diġà fi Stat Membru fl- 1 ta’ April 1995. |
OPS 1 665
Is-Sistema ta’ twissija tal-qrubija lejn l-art u s-sistema ta’ twissija ta’ għarfien dwar it-terren
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li jitħaddem b’turbina li jkollu massa massima ċertifikata tat-tluq ta’ iżjed minn 5 700 kilo jew konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 9 passiġġiera sakemm dan ikun mgħammar b’sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art li tinkludi funzjoni ta’ twissija predikattiva dwar il-periklu tat-terren (Terrain Awareness and Warning System — TAWS). |
(b) |
Is-sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art għandha tipprovdi awtomatikament, permezz ta’ sinjali li jinstemgħu, li jitsgħu jiġu kkumplementati b’sinjali viżwali, twissija f’waqtha u distintiva lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar ir-rata ta’ l-inżul, il-qrubija lejn l-art, it-telf ta’ altitudni wara t-tluq jew id-dawran, il-konfigurazzjoni mhux korretta ta’ l-inżul kif ukoll dwar id-devjazzjoni ‘l isfel tal-glideslope. |
(ċ) |
Is-sistema ta’ għarfien u twissija dwar it-terren għandha tipprovdi awtomatikament lill-ekwipaġġ tat-titjira, permezz ta’ sinjali viżwali u li jinstemgħu u permezz ta’ Display ta’ Għarfien dwar it-Terren, b’ħin ta’ twissija biżżejjed biex tkun evitata titjira kkontrollata fuq dak li jkun qed jiġri fuq it-terren, u pprovduta b’ħila ta’ mixi ‘l quddiem u b’terren bi spazju ħieles. |
OPS 1 668
Sistema ta’ Prevenzjoni ta’ Ħabtiet fl-Ajru
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li jitħaddem b’turbina li jkollu massa massima ta’ tluq ċertifikata ta’ iżjed minn 5 700 kilo jew konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 19-il passiġġier bilqiegħda sakemm dan ikun mgħammar b’sistema ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet fl-ajru b’livell minimu ta’ eżekuzzjoni ta’ mill-inqas ACAS II.
OPS 1 670
Tagħmir ta’ radar tat-temp fuq l-ajruplan
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem:
sakemm dan ikun mgħammar b’tagħmir tar-radar tat-temp li jinġarr fuqu kull meta dan l-ajruplan ikun qed jitħaddem bil-lejl jew f’kondizzjonijiet meteoroloġiċi ta’ l-istrument f’żoni fejn it-tempesti bir-ragħad jew kondizzjonijiet tat-temp potenzjalment perikolużi oħrajn, meqjusa li jistgħu jiġu identifikati bir-radar tat-temp li jinġarr abbord, ikunu mistennija li jeżistu tul ir-rotta. |
(b) |
Għall-ajruplani ppressati li jaħdmu bl-iskrun li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ mhux iktar minn 5 700 kilo b’konfigurazzjoni massima ta’ mhux iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda, it-tagħmir tar-radar tat-temp li jinġarr abbord jista’ jinbidel b’tagħmir ieħor li jkun kapaċi jidentifika tempesti bir-ragħad u kondizzjonijiet tat-temp potenzjalment perikolużi oħrajn, meqjusa li jistgħu jiġu identifikati bit-tagħmir tar-radar tat-temp li jinġarr abbord, suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-Awtorità. |
OPS 1 675
Tagħmir għall-operazzjonijiet f’kondizzjonijiet ta’ silġ
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan f’kondizzjonijiet mistennija jew attwali ta’ silġ sakemm dan ikun ċertifikat u mgħammar sabiex jaħdem f’kondizzjonijiet ta’ silġ. |
(b) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan bil-lejl f’kondizzjonijiet mistennija jew attwali ta’ silġ sakemm ikun mgħammar b’mezzi biex idawlu jew jidentifikaw l-formazzjoni ta’ silġ. Kwalunkwe dawl li jintuża għandu jkun ta’ tip li ma jikkawża l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ ddgħajjef lill-membri ta’ l-ekwipaġġ meta dawn ikunu qed jaqdu dmirijiethom. |
OPS 1 680
Tagħmir ta’ l-identifikazzjoni tar-radjazzjoni kożmika
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan ‘l fuq minn 15 000 m (49 000 pied) sakemm:
|
OPS 1 685
Is-Sistema tat-telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li fuqu jkun meħtieġ iktar minn membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira sakemm ikun mgħammar b’sistema ta’ telefonija interna ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni, mhux tat-tip li jinżammu fl-idejn, liema tagħmir għandu jintuża mill-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira.
OPS 1 690
Is-Sistema tat-telefonija interna għall-membri ta’ l-ekwipaġġ
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ iktar minn 15 000 kilo jew b’konfigurazzjoni ta’ iktar minn 19-il passiġġier bilqiegħda sakemm dan ikun mgħammar b’sistema ta’ telefonija interna għall-membri ta’ l-ekwipaġġ, ħlief għall-ajruplan li kienu nħarġu għall-ewwel darba b’ċertifikat individwali ta’ adegwatezza għat-titjir qabel l- 1 ta’ April 1965 u li kienu rreġistrati fi Stat Membru fl- 1 ta’ April 1995. |
(b) |
Is-sistema tat-telefonija interna għall-membri ta’ l-ekwipaġġ meħtieġa minn dan il-paragrafu għandha:
|
OPS 1 695
Is-Sistema ta’ indirizz pubbliku
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’konfigurazzjoni massima awtorizzata ta’ iktar minn 19-il passiġġier sakemm tkun installata fuqu sistema ta’ indirizz pubbliku. |
(b) |
Is-sistema ta’ indirizz pubbliku meħtieġa b’dan il-paragrafu għandha:
|
OPS 1 700
Tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota — 1
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li jkun ħareġ għall-ewwel darba b’Ċertifikat ta’ Adegwatezza għat-Titjir individwali, fi jew wara l- 1 ta’ April 1998, li:
|
(b) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkun kapaċi li jżomm l-informazzjoni reġistrata matul mill-inqas l-aħħar sagħtejn mit-tħaddim tiegħu ħlief li, għal dawk l-ajruplan b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ 5 700 kilo jew inqas, dan il-perjodu jista’ jitnaqqas għal 30 minuta. |
(ċ) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jixgħel awtomatikament biex jibda jirreġistra qabel ma l-ajruplan jibda miexi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sat-tmiem tat-titjira meta l-ajruplan ma jkunx kapaċi aktar jimxi bil-qawwa tiegħu stess. Minbarra, skond id-disponibilità tal-qawwa elettrika, it-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jibda jirreġistra kemm jista’ jkun kmieni matul il-kontrolli li jkunu qed isiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira sal-kontrolli tal-kabina tal-pilota li jsiru immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira. |
(d) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkollu apparat ta’ għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista’ jinstab fl-ilma. |
OPS 1 705
Tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota — 2
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’iktar minn magna turbina waħda li jkun ħareġ għall-ewwel darba b’Ċerifikat ta’ l-Adegwatezza għat-Titjir, fi jew wara l- 1 ta’ Jannar 1990 sa u inkluż il- 31 ta’ Marzu 1998 li jkollu massa massima tat-tluq ċertifikat ta’ 5 700 kilo jew inqas u b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda, sakemm dan ikun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota li jirreġistra:
|
(b) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkun kapaċi jżomm l-informazzjoni rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 30 minuta tat-tħaddim tiegħu. |
(ċ) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jixgħel awtomatikament biex jibda jirreġistra qabel ma l-ajruplan jibda miexi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sat-tmiem tat-titjira meta l-ajruplan ma jkunx kapaċi aktar jimxi bil-qawwa tiegħu stess. Minbarra, skond id-disponibilità tal-qawwa elettrika, it-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jibda jaħdem kemm jista’ jkun kmieni matul il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel it-titjira sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira. |
(d) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkollu apparat ta’ għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista’ jinstab fl-ilma. |
OPS 1 710
Tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota — 3
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’massa massima tat-tluq ċertifikat ta’ iktar minn 5 700 kilo li jkun ħareġ għall-ewwel darba b’ċertifikat ta’ adegwatezza għat-titjir individwali, qabel l- 1 ta’ April 1998 sakemm dan ikun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota li jirreġistra:
|
(b) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkun kapaċi jżomm l-informazzjoni rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 30 minuta tat-tħaddim tiegħu. |
(ċ) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jixgħel awtomatikament biex jibda jirreġistra qabel ma l-ajruplan jibda miexi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sat-tmiem tat-titjira meta l-ajruplan ma jkunx kapaċi aktar jimxi bil-qawwa tiegħu stess. |
(d) |
It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkollu apparat ta’ għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista’ jinstab fl-ilma. |
OPS 1 715
Tagħmir li Jirreġistra d-data tat-titjira — 1
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 715)
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li jkun ħareġ għall-ewwel darba b’Ċertifikat ta’ Adegwatezza għat-Titjir individwali, fi jew wara l- 1 ta’ April 1998, li:
sakemm dan ikun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira, liema tagħmir ikun juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-data kif ukoll metodu biex tinstab minnufih dik id-data mill-mezz tal-ħażna. |
(b) |
It-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkun kapaċi jżomm dik id-data rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 25 siegħa mit-tħaddim tiegħu ħlief li, għal dawk l-ajruplan b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ 5 700 kilo jew inqas, dan il-perjodu jista’ jitnaqqas għal 10 sigħat. |
(ċ) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu, fejn jikkonċerna iskala tal-ħin, jirreġistra:
|
(d) |
Id-data għandha tinkiseb mis-sorsi ta’ l-ajruplan li jippermettu l-korrelazzjoni eżatta ma’ l-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira. |
(e) |
It-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jibda jaħdem awtomatikament biex jirreġistra d-data qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament wara li l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi aktar taħt il-qawwa tiegħu stess. |
(f) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkollu apparat ta’ għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista’ jinstab fl-ilma. |
(g) |
Ajruplani li jkunu ħarġu għall-ewwel darba b’Ċertifikat ta’ l-Adegwatezza għat-Titjira individwali fi jew wara l- 1 ta’ April 1998, iżda mhux iktar tard mill- 1 ta’ April 2001 m’hemmx għalfejn ikunu meħtieġa jikkonformaw ma’ l-OPS 1 715(c) jekk approvati mill-Awtorità, sakemm:
|
OPS 1 720
Tagħmir li Jirreġistra d-data tat-titjira — 2
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 720)
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li jkun ħareġ għall-ewwel darba b’ċertifikat ta’ l-adegwatezza għat-titjir individwali fi jew wara l- 1 ta’ Ġunju 1990 sa u inkluż il- 31 ta’ Marzu 1998 li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ iktar minn 5 700 kilo sakemm dan ikun mgħammar b’apparat li jirreġistra d-data tat-titjira li juża metodu diġitali li jirreġistra u jaħżen id-data kif ukoll metodu biex jikseb dik id-data mill-mezz tal-ħażna. |
(b) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 25 siegħa mit-tħaddim tiegħu. |
(ċ) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu, fejn jikkonċerna iskala tal-ħin, jirreġistra:
|
(d) |
Għal dawk l-ajruplani li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ 27 000 kilo jew inqas, jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità, il-parametri 14 u 15b tat-Tabella A ta’ l-Appendiċi 1 għall-OPS 1 720 m’hemmx għalfejn ikunu reġistrati, meta jintlaħqu kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(e) |
Għal dawk l-ajruplani li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ iktar minn 27 000 kilo, jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità, il-parametri li ġejjin m’hemmx għalfejn ikunu reġistrati: 15b tat-Tabella A ta’ l-Appendiċi 1 għall-OPS 1 720, u 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30 u 31 tat-Tabella B ta’ l-Appendiċi 1, jekk jintlaħqu kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(f) |
Parametri individwali li jistgħu jiġu bil-kalkolazzjoni mill-parametri rreġistrati l-oħra, m’hemmx għalfejn ikunu reġistrati jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità. |
(g) |
Id-data għandha tinkiseb mis-sorsi ta’ l-ajruplan li jippermettu l-korrelazzjoni eżatta ma’ l-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira. |
(h) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data qabel ma l-ajruplan ikun kapaċi jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf wara li l-ajruplan ma jkunx kapaċi jimxi aktar taħt il-qawwa tiegħu stess. |
(i) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkollu apparat ta’ għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista’ jinstab fl-ilma. |
OPS 1 725
Tagħmir li Jirreġistra d-data tat-titjira — 3
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 725)
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’magni turbina li jkun ħareġ għall-ewwel darba b’Ċertifikat ta’ Adegwatezza għat-Titjir qabel l- 1 ta’ Ġunju 1990 li jkollu massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ iktar minn 5 700 kilo sakemm dan ikun mgħammar b’apparat li jirreġistra d-data tat-titjira li juża metodu diġitali ta’ reġistrazzjoni u ta’ ħażna tad-data kif ukoll metodu li permezz tiegħu d-data tkun tista’ tinkiseb minnufih mill-mezz tal-ħażna. |
(b) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 25 siegħa mit-tħaddim tiegħu. |
(ċ) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu, fejn jikkonċerna iskala tal-ħin, jirreġistra:
|
(d) |
Parametri individwali li jistgħu jiġu bil-kalkolazzjoni mill-parametri rreġistrati l-oħra, m’hemmx għalfejn ikunu reġistrati jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità. |
(e) |
Id-data għandha tinkiseb mis-sorsi ta’ l-ajruplan li jippermettu l-korrelazzjoni eżatta ma’ l-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira. |
(f) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data qabel ma l-ajruplan ikun kapaċi jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf wara li l-ajruplan ma jkunx kapaċi jimxi aktar taħt il-qawwa tiegħu stess. |
(g) |
L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkollu apparat ta’ għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista’ jinstab fl-ilma. |
OPS 1 727
Tagħmir li Jirreġistra ta’ Taħlita
(a) |
Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-apparat li jirreġistra l-Vuċi fil-Kabina tal-Pilota u ta’ dak li jirreġistra d-data tat-titjira tista’ tinkiseb b’:
|
(b) |
Apparat li jirreġistra taħlita huwa apparat tat-titjira li jirreġistra:
|
OPS 1 730
Is-Siġġijiet, iċ-ċintorini tas-sigurtà tas-siġġijiet, tagħmir ta’ rbit u apparat li jżomm it-tfal marbutin
(a) |
Operatur għandu jħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar bi:
|
(b) |
Iċ-ċintorini tas-sigurtà kollha bi rbit fuq l-ispalla għandu jkollhom molla waħda biex jinħallu. |
(ċ) |
Ċintorin tas-sigurtà bi strixxa djagonali fuq l-ispalla għall-ajruplan b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ mhux iktar minn 5 700 kilo jew ċintorin tas-sigurtà għall-ajruplan b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ mhux iktar minn 2 730 kilo jista’ jkun awtorizzat minflok ċintorin tas-sigurtà bi rbit fuq l-ispalla jekk ma jkunx prattiku li jitwaħħal u jintuża dan ta’ l-aħħar. |
OPS 1 731
Is-Sinjali “Orbot iċ-Ċintorin tas-Sigurtà” u “Mhux Permess Tipjip”
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan li fih is-siġġijiet kollha tal-passiġġiera ma jkunux jidhru mill-gverta ta’ l-ajruplan, sakemm dan ikun mgħammar b’mezz li juri lill-passiġġiera kollha kif ukoll lill-ekwipaġġ tal-kabina meta għandhom jintrabtu ċ-ċintorini tas-sigurtà u meta t-tipjip ma jkunx permess.
OPS 1 735
Il-Bibien u l-purtieri interni
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan sakemm ikun installat fih it-tagħmir li ġej:
(a) |
F’ajruplan b’konfiguarzzjoni massima approvata ta’ iktar minn 19-il passiġġier, bieb bejn il-kumpartiment tal-passiġġiera u l-kumpartiment tal-gverta ta’ l-ajruplan b’tabella fuqu “l-ekwipaġġ biss” u li jinqafel biex il-passiġġiera ma jiftħuhx mingħajr permess minn membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira; |
(b) |
Mezz biex jinfetaħ kull bieb li jifred il-kumpartiment tal-passiġġiera minn kumpartiment ieħor li jkollu dispożizzjoni ta’ ħruġ ta’ emerġenza. Il-mezz għal tali ftuħ għandu jkun aċċessibbli minnufih; |
(ċ) |
Jekk ikun meħtieġ li wieħed jgħaddi minn ġo fetħa ta’ bieb jew minn purtiera li tifred il-kabina tal-passiġġiera minn żoni oħra biex tintlaħaq kwalunkwe ħruġ ta’ emerġenza meħtieġa minn kwalunkwe siġġu tal-passiġġiera, il-bieb jew il-purtiera għandu jkollhom mezz biex dawn ikunu jistgħu jinżammu f’pożizzjoni miftuħa; |
(d) |
Tabella fuq kull bieb intern jew ħdejn purtiera li ssevi bħala mezz ta’ aċċess għall-ħruġ ta’ l-emerġenza tal-passiġġiera, li tkun turi li dawn ikunu jridu jinżammu miftuħin matul it-tluq u l-inżul; kif ukoll |
(e) |
Mezz għal kwalunkwe membru ta’ l-ekwipaġġ biex jiftaħ kwalunkwe bieb li normalment ikun aċċessibbli għall-passiġġiera u li jkun jista’ jissakkar mill-passiġġiera. |
OPS 1 745
Kitts ta’ l-Ewwel Għajnuna
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar b’kitts ta’ l-ewwel għajnuna, li jkunu aċċessibbli minnufih għall-użu, skond l-iskala li ġejja:
|
(b) |
Operatur għandu jiżgura li l-kitts ta’ l-ewwel għajnuna jkunu:
|
OPS 1 755
Kitt Mediku ta’ Emerġenza
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 30 passiġġier bilqiegħda sakemm dan ikun mgħammar b’kitt mediku ta’ emerġenza jekk kwalunkwe punt fuq ir-rotta ppjanata tkun iktar minn 60 minuta ta’ titjir (b’veloċità regolari) minn ajrudrom li fih x’aktarx ikun hemm għajnuna medika kkwalifikata. |
(b) |
Il-kmandant għandu jiżgura li l-mediċini ma jingħatawx ħlief minn tobba kkwalifikati, infermiera jew minn persunal bi kwalifiki simili. |
(ċ) |
Il-Kondizzjonijiet għall-ġarr
|
OPS 1 760
L-ossiġnu ta’ l-ewwel għajnuna
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan ippressat f’altitudni ta’ iktar minn 25 000 pied, meta membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jkun meħtieġ li jinġarr, sakemm dan ikun mgħammar bi provvista ta’ ossiġnu mhux miżjud bl-ilma għall-passiġġiera li, għal raġunijiet fiżjoloġiċi, ikunu jistgħu jeħtieġu l-ossiġnu wara depressjonizzazzjoni fil-kabina. L-ammont ta’ ossiġnu għandu jkun ikkalkolat bl-użu ta’ rata medja ta’ ċirkolazzjoni ta’ mill-inqas 3 litri Standard Temperature Pressure Dry (STPD)/minuta/persuna u għandu jkun ipprovdut għat-titjira kollha wara depressjonizzazzjoni fil-kabina f’altitudni tal-pressjoni tal-kabina ta’ iktar minn 8 000 iżda mhux aktar minn 15 000 pied għal mill-inqas 2 % tal-passiġġieri li jinġarru, iżda fl-ebda każ għal inqas minn persuna waħda. Għandu jkun hemm numru biżżejjed ta’ taqsimiet ta’ tqassim, iżda fl-ebda każ inqas minn tnejn, b’mezz biex l-ekwipaġġ tal-kabina jkun jista’ juża din il-provvista. L-unitajiet ta’ tqassim jistgħu jkunu tat-tip li jistgħu jinġarru. |
(b) |
L-ammont ta’ ossiġnu ta’ l-ewwel għajnuna meħtieġ għal operazzjoni partikolari għandu jkun determinat fuq il-bażi ta’ l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina u l-ħin tat-titjira, b’mod konsistenti mal-proċeduri operattivi stabbiliti għal kull operazzjoni u rotta. |
(ċ) |
It-tagħmir ta’ l-ossiġnu li jkun hemm abbord għandu jkun kapaċi jiġġenera ċirkolazzjoni ta’ massa għal kull utent ta’ mill-inqas erba’ litri fil-minuta, STPD. Jista’ jingħata mezz biex titnaqqas iċ-ċirkolazzjoni sa mhux inqas minn żewġ litri fil-minuta, STPD, fi kwalunkwe altitudni. |
OPS 1 770
Ossiġnu supplimentari — ajruplani ppressati
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 770)
(a) |
Ġenerali
|
(b) |
It-tagħmir ta’ l-ossiġnu u r-rekwiżiti tal-provvista
|
OPS 1 775
Ossiġnu supplimentari — Ajruplan mhux ippressati
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 775)
(a) |
Ġenerali
|
(b) |
Rekwiżiti tal-provvista ta’ l-ossiġnu
|
OPS 1 780
Tagħmir ta’ Nifs Protettiv ta’ l-Ekwipaġġ
(a) |
Operatur m’għandux iħaddem ajruplan ippressat jew ajruplan mhux ippressat b’massa massima tat-tluq ċertifikata ta’ iktar minn 5 700 kilo jew li jkollu konfigurazzjoni massima approvata ta’ iktar minn 19-il passiġġier bilqiegħda sakemm:
|
(b) |
Il-PBE maħsub għall-użu ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun f’post konvenjenti fuq il-gverta ta’ l-ajruplanu jkun aċċessibbli faċilment għall-użu immedjat minn kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira fil-post tax-xogħol assenjat lilhom. |
(ċ) |
Il-PBE maħsub għall-użu ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun installat qrib kull post li fih il-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jkun qed iwettaq dmirijietu. |
(d) |
Għandu jkun hemm PBE portabbli ieħor li jkun aċċessibbli faċilment li jitpoġġa fi jew qrib il-pompi ta’ l-idejn għat-tifi tan-nar meħtieġa bl-OPS 1 790 (c) u (d) ħlief li, fejn il-pompi għat-tifi tan-nar ikunu jinstabu ġewwa l-kumpartiment tat-tagħbija, il-PBE għandu jitpoġġa barra iżda qrib id-daħla għal dak il-kumpartiment. |
(e) |
Waqt li l-PBE ikun qed jintuża dan m’għandux jevita l-komunikazzjoni fejn ikun meħtieġ bl-OPS 1 685, OPS 1 690, OPS 1 810 u OPS 1 850. |
OPS 1 790
Pompi għat-tifi tan-nar ta’ l-idejn
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikunu provduti pompi għat-tifi tan-nar ta’ l-idejn għall-użu fil-kompartimenti ta’ l-ekwipaġġ, il-passiġiera u, kif japplika, tat-tagħbija u fil-kċejjen skond dan li ġej:
(a) |
It-tip u l-kwantità tas-sustanza tat-tifi tan-nar għandha tkun adattata għat-tipi tan-nirien li x’aktarx iseħħu fil-kompartiment fejn il-pompi għat-tifi tan-nar huwa ntiż li jkun użat u, għall-kompartimenti tal-persunal, għandu jimminimizza l-perikolu tal-konċentrazzjoni tal-gass tossiku; |
(b) |
Ta’ l-inqas pompa għat-tifi tan-nar ta’ l-idejn waħda, li jkun fih il-Halon 1211 (bromochlorodifluoro-methane, CBrCIF2), jew l-ekwivalenti bħala l-aġent li jitfi, għandu jkun ippustjat b’mod konvenjenti fuq il-gverta ta’ l-ajruplangħall-użu mill-ekwipaġġ tat-titjira; |
(ċ) |
Ta’ l-inqas pompa għat-tifi tan-nar wieħed għandu jkun jinsab fi, jew ikun aċċessibbli minnufih għall-użu fi, kull kċina li ma tkunx tinsab fuq il-gverta prinċipali tal-passiġiera; |
(d) |
Ta’ l-inqas pompa għat-tifi tan-nar waħda għandha tkun ta’ l-idejn disponibbli għall-użu f’kull kompartiment tat-tagħbija jew tal-bagalji tal-Klassi A jew il-Klassi B u f’kull kompartiment tat-tagħbija tal-Klassi E li huwa aċċessibbli għall-membri ta’ l-ekwipaġġ matul it-titjira; kif ukoll |
(e) |
Ta’ l-inqas in-numru li ġej ta’ pompa għat-tifi tan-nar ta’ l-idejn għandhom ikunu ppustjati b’mod konvenjenti fil-kompartiment(i) tal-passiġiera:
Meta żewġ pompi għat-tifi tan-nar jew aktar huma meħtieġa, dawn għandhom ikunu mqassma b’mod ugwali fil-kompartiment tal-passiġiera. |
(f) |
Ta’ l-inqas wieħed mill-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa li jkun jinsab fil-kompartiment tal-passiġiera ta’ ajruplan b’konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera ta’ mill-inqas 31, u mhux aktar minn 60, u ta’ mill-inqas tnejn mill-pompi għat-tifi tan-nar li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġiera ta’ l-ajruplan b’konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera ta’ 61 jew aktar għandhom ikollhom il-Halon 1211 (bromochlorodi-fluoromethane, CBrCIF2), jew l-ekwivalenti bħala l-aġent li jitfi. |
OPS 1 795
Mannari u traversi
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan bil-massa tat-tluqtluq ċertifikata massima li taqbeż il-5 700 kg jew li għandu konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera ta’ aktar minn 9 postijiet ta’ bilqiegħda għajr jekk ikun mgħammar b’ta’ l-inqas mannara jew traversa waħda li tkun tinsab fuq il-gverta ta’ l-ajruplan. Jekk il-konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera hija aktar minn 200 mannara jew traversa żejda għandhom jinġarru u jkunu ppustjati fi jew viċin iż-żona tal-kċina l-aktar il-ġewwa. |
(b) |
Mannari u traversi li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġiera ma għandhomx ikunu viżibbli għall-passiġiera. |
OPS 1 800
L-immarkar tal-postijiet fejn jista’ jkun hemm dħul
Operatur għandu jiżgura illi, jekk iż-żoni tal-qafas ta’ l-ajruplan adattati għad-dħul mill-ekwipaġġ tas-salvataġġ f’emerġenza jkunu mmarkati fuq l-ajruplan, dawn iż-żoni għandhom ikunu mmarkati kif inhu muri hawn taħt. Il-kulur ta’ l-immarkar għandu jkun aħmar jew isfar, u jekk ikun neċessarju dawn għandhom ikunu mdawwra bl-abjad b’kuntrast ma’ l-isfond. Jekk l-immarkar tal-kantuniera huwa aktar minn 2 metri ‘l bogħod, il-linji intermedjarji 9 cm x 3 cm għandhom jiddaħħlu sabiex ma jkunx hemm aktar minn 2 metri bejn il-marki viċin xulxin.
OPS 1 805
Il-mezzi għall-evakwazzjoni ta’ l-emerġenza
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan bil-għoli tas-soll ta’ l-emerġenza tal-passiġiera:
|
(b) |
Dan it-tagħmir jew l-apparat ma għandhomx ikunu provduti fil-ħruġ minn fuq il-ġewnaħ jekk il-post intiż fuq l-istruttura ta’ l-ajruplan fejn tispiċċa r-rotta ta’ ħruġ ta’ emerġenza huwa anqas minn 1,83 metri (6 piedi) mill-art bl-ajruplan fuq l-art, it-tagħmir ta’ l-inżul estiż, u l-ġwienaħ fil-pożizzjoni tat-tluq jew l-inżul, skond liema pożizzjoni tal-ġewnaħ tkun ogħla mill-art. |
(ċ) |
Fl-ajruplani li meħtieġ li jkollhom ħruġ ta’ emerġenza separat għall- ekwipaġġ tat-titjira u:
|
OPS 1 810
Megafon
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan b’konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera ta’ aktar minn 60 u li jġorr wieħed jew aktar mill-passiġiera għajr jekk ikun mgħammar b’megafoni li jistgħu jinġarru li jaħdmu bil-batterija aċċessibbli minnufih għall-użu mill-membri ta’ l-ekwipaġġ matul l-evakwazzjoni ta’ l-emerġenza, bl-iskali li ġejjin:
|
OPS 1 815
Id-dawl ta’ l-emerġenza
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan li jġorr il-passiġiera li għandu konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera ta’ aktar minn 9 għajr jekk ikun provdut illi sistema tad-dawl ta’ l-emerġenza li għandha provvistà ta’ enerġija indipendenti sabiex tħaffef l-evakwazzjoni ta’ l-ajruplan. Is-sistema tad-dawl ta’ l-emerġenza għandha tinkludi:
|
(b) |
Operatur ma għandux, mal-lejl, iħaddem l-ajruplan li jġorr il-passiġiera li għandu konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera ta’ 9 jew anqas għajr jekk ikun provdut b’sors ta’ illuminazzjoni tal-kabina ġenerali sabiex iħaffef l-evakwazzjoni ta’ l-ajruplan. Is-sistema tista’ tuża dwal f’forma ta’ koppla jew sorsi oħra ta’ illuminazzjoni diġa mgħammra fuq l-ajruplan u li jistgħu jibqgħu jaħdmu wara li l-batterija ta’ l-ajruplan tkun intfiet. |
OPS 1 820
Transmiter Awtomatiku li Jsib il-Lokazzjoni f’Emerġenza
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan li l-ewwel tkun ħariġlu ċertifikat individwali ta’ standard meħtieġ għat-titjir kapaċità tat-tajran fi jew wara l- 1 ta’ Jannar 2002 għajr jekk ikun mgħammar Transmiter awtomatiku li Jsib il-Lokazzjoni f’Emerġenza (ELT) li jista’ jittrasmetti fuq 121,5 MHz u 406 MHz. |
(b) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan li l-ewwel inħariġlu Ċertifikat individwali ta’ Adegwatezza għat-titjir meħtieġ għat-titjir qabel l- 1 ta’ Jannar 2002 għajr jekk ikun mgħammar bi kwalunkwe tip ta’ ELT li jista’ jittrasmetti fuq 121,5 MHz u 406 MHz. |
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura illi l-ELTs kollha li jistgħu jittrasmettu fuq 406 MHz għandhom ikunu kodifikati skond l-Anness 10 ta’ l-ICAO u reġistrati ma’ l-aġenzija nazzjonali responsabbli sabiex tibda t-Tfittxija u s-Salvataġġ jew aġenzija maħtura oħra. |
OPS 1 825
Il-Ġkieket tas-Salvataġġ
(a) |
Ajruplan ta’ fuq l-art. Operatur ma għandux iħaddem ajruplan ta’ fuq l-art:
sakemm ma jkunx mgħammar bi ġkieket tas-salvataġġ mgħammra b’dawl li jsib lill-persuna li tibqa’ ħajja, għal kull persuna abbord. Kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun merfugħa f’pożizzjoni aċċessibbli faċilment mis-siġġu jew l-irmiġġ tal-persuna li hija provduta għall-użu tagħha. Il-ġkieket tas-salvataġġ għat-trabi jistgħu jkunu mibdula b’apparat ieħor approvat li jżommu fil-wiċċ mgħammra b’dawl sabiex tinstab il-persuna li ssalva. |
(b) |
Ajruplani ta’ fuq il-baħar u ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art. Operatur ma għandux iħaddem ajruplan ta’ fuq il-baħar jew ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art għajr jekk ikunu mgħammra bil-ġkieket tas-salvataġġ mgħammra bid-dawl li jsib lill-persuna li ssalva, għal kull persuna abbord. Kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun merfugħa f’pożizzjoni aċċessibbli faċilment mis-siġġu jew l-irmiġġ tal-persuna li hija provduta għall-użu tagħha. Il-ġkieket tas-salvataġġ għat-trabi jistgħu jkunu mibdula b’apparat ieħor approvat li jżommu fil-wiċċ mgħammra b’dawl sabiex tinstab il-persuna li ssalva. |
OPS 1 830
Ċattriet tas-salvataġġ u ELTs ta’ sopravivenza għat-titjiriet estiżi fuq l-ilma
(a) |
F’titjiriet fuq l-ilma, operatur ma għandux iħaddem ajruplan f’distanza ‘l bogħod mill-art, li huwa adattat li jagħmel inżul ta’ emerġenza, akbar minn dik li jikkorispondi għal:
sakemm jinġarr it-tagħmir speċifikat fis-subparagrafi (b) u (c) hawn taħt. |
(b) |
Ċattriet tas-salvataġġ suffiċjenti sabiex iġorru l-persuni kollha abbord. Għajr jekk ikunu provduti ċattriet żejda ta’ kapaċità biżejjed, il-kapaċità li jżomm fil-wiċċ u l-kapaċità tat-tqegħid ta’ bilqiegħda lill-hinn mill-kapaċità mkejjla taċ-ċattriet għandha takkomoda l-okkupanti kollha ta’ l-ajruplan f’każ ta’ telf ta’ċattra waħda ta’ l-akbar kapaċità mkejjla. Iċ-ċattriet tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra bi:
|
(ċ) |
Ta’ l-inqas żewġ trasmettituri ta’ l-Emerġenza li Jsibu l-Post tas-soppravivenza (ELT (S)) li jistgħu jittrasmettu fuq il-frekwenzi tal-perikolu preskritti fl-Anness 10 ta’ l-ICAO 10, Volum V, Kapitolu 2. |
OPS 1 835
Tagħmir tas-sopravivenza
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan f’żoni li fihom it-tfittxija u s-salvataġġ ikunu speċjalment diffiċli għajr jekk ikun mgħammar b’dan li ġej:
(a) |
Tagħmir li jitfa’ s-sinjali sabiex jagħmel is-sinjali tal-perikolu pirotekniku spjegati f’Anness 2 ta’ l- ICAO 2; |
(b) |
Ta’ l-inqas ELT (S) wieħed jista’ jittrasmetti fuq il-frekwenzi tal- perikolu preskritti f’Anness 10 ta’ l- ICAO 10, Volum V, Kapitolu 2; kif ukoll |
(ċ) |
Tagħmir ta’ sopravivenza ieħor għar-rotta li għandha tittajjar filwaqt li jittieħed kont tan-numru ta’ persuni abbord għajr li t-tagħmir speċifikat fis-subparagrafu (c) ma għandux bżonn jinġarr meta l-ajruplan jew:
|
OPS 1 840
ajruplan tal-baħar u ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art — Apparat Mixxellanju
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan tal-baħar jew ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art fuq l-ilma għajr jekk ikun mgħammar b’:
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 715
Ir-reġistraturi tad-data tat-titjira — 1 — Lista tal-parametri li għandhom ikunu reġistrati
Tabella A1 — Ajruplan b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ iżjed minn 5 700 kg
Nota: In-numru fuq il-kolonna tan-naħa tax-xellug jirrifletti n-Numru tas-Serje muri fid-dokument EUROCAE ED55
Nru |
Parametru |
1. |
ĦIN JEW GĦADD TAL-ĦIN RELATTIV |
2. |
ALTITUDNI TAL-PRESSJONI |
3. |
VELOĊITÀ FL-AJRU INDIKATA |
4. |
INTESTATURA |
5. |
AĊĊELERAZZJONI NORMALI |
6. |
ATTITUDNI TAL-“PITCH” |
7. |
ATTITUDNI “TAR-ROLL” |
8. |
ID-DAĦLA B’MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU |
9. |
IMBOTTATURA TA’ PROPULSJONI/QAWWA FUQ KULL MAGNA U IMBOTTATURA FIL-KABINA TAL-PILOTA/POŻIZZJONI TAL-LIVER TAL-QAWWA JEKK APPLIKABBLI |
10. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
11. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
12. |
STAT TA’ L-IMBOTTATURA B’LURA |
13. |
POŻIZZJONI TA’ L-ISPOILER TA’ L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ |
14. |
|TEMPERATURA TA’ L-ARJA TOTALI JEW TA’ BARRA |
15. |
AWTOPILOTA, “AUTOTHROTTLE” U ARRANĠAMENT AFCS U L-ISTAT TAT-TQABBID |
16. |
AĊĊELERAZZJONI LONĠITUDINALI (ASSI TAL-QAFAS) |
17. |
AĊĊELERAZZJONI LATERALI |
Tabella A2 — Ajruplan b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ 5 700 kg jew anqas
Nota: In-numru fuq il-kolonna tan-naħa tax-xellug jirrifletti n-Numru tas-Serje muri fid-dokument EUROCAE ED55
Nru |
Parametru |
1. |
ĦIN JEW GĦADD TAL-ĦIN RELATTIV |
2. |
ALTITUDNI TAL-PRESSJONI |
3. |
VELOĊITÀ FL-AJRU INDIKATA |
4. |
INTESTATURA |
5. |
AĊĊELERAZZJONI NORMALI |
6. |
ATTITUDNI TAL-“PITCH” |
7. |
ATTITUDNI “TAR-ROLL” |
8. |
ID-DAĦLA B’MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU |
9. |
IMBOTTATURA TA’ PROPULSJONI/QAWWA FUQ KULL MAGNA U IMBOTTATURA FIL-KABINA TAL-PILOTA/POŻIZZJONI TAL-LIVER TAL-QAWWA JEKK APPLIKABBLI |
10. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
11. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
12. |
STAT TA’ L-IMBOTTATURA B’LURA |
13. |
POŻIZZJONI TA’ L-ISPOILER TA’ L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ |
14. |
TEMPERATURA TA’ L-ARJA TOTALI JEW TA’ BARRA |
15. |
STAT TAT-TQABBID TAL-AWTOPILOTA/“AUTOTHROTTLE” |
16. |
ANGOLU TA’ L-ATTAKK (JEKK IKUN DISPONIBBLI SENSER ADATTAT) |
17. |
AĊĊELERAZZJONI LONĠITUDINALI (ASSI TAL-QAFAS) |
Tabella B — Parametri addizzjonali għall-ajruplan b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ iżjed minn 27 000 kg
Nota: In-numru fuq il-kolonna tan-naħa tax-xellug jirrifletti n-Numru tas-Serje muri fid-dokument EUROCAE ED55
Nru |
Parametru |
18. |
KONTROLLI TAT-TITJIR PRIMARJU — POŻIZZJONI TAL-WIĊĊ TAL-KONTROLL U/JEW INPUT TAL-PILOTA (“PITCH”, “ROLL”, “YAW”) |
19. |
POŻIZZJONI TAT-“TRIM” TAL-“PITCH” |
20. |
ALTITUDNI TAR-RADJU |
21. |
DEVJAZZJONI MIR-RAĠĠ VERTIKALI (PASSAĠĠ TA’ L-INŻUL BL-ILS JEW ELEVAZZJONI TA’ L-MLS) |
22. |
DEVJAZZJONI MIR-RAGG ORIZZONTALI (LOKALIZZATUR TA’ L-ILS JEW AZIMUT TA’ L-MLS) |
23. |
PASSAĠĠ TAS-SINJAL TA’ L-IMMARKAR |
24. |
TWISSIJIET: |
25. |
IRRIŻERVAT (HUWA RRAKMANDAT GĦAŻLA TAL-FREKWENZA TAR-RISIVER TAN-NAVIGAZZJONI) |
26. |
IRRIŻERVAT (HUWA RRAKMANDAT ID-DISTANZA TAD-DME) |
27. |
STAT TA’ L-ISWIĊĊ “SQUAT” TAL-“GEAR” TA’ L-INŻUL JEW STAT ARJA/ART |
28. |
SISTEMA TA’ TWISSIJA TA’ PROSSIMITA’ LEJN L-ART |
29. |
ANGOLU TA’ L-ATTAKK |
30. |
TWISSIJA TA’ PRESSJONI BAXXA (ENERĠIJA IDRAWLIKA U PNEWMATIKA) |
31. |
VELOĊITÀ FUQ L-ART |
32. |
“GEAR” TA’ L-INŻUL JEW POŻIZZJONI TA’ L-GĦAŻLA TAL-“GEAR” |
Tabella Ċ — Ajruplani mgħammra b’sistemi ta’ display elettroniċi
Nota: In-Numru fil-kolonna tan-nofs jirrifletti n-Numri ta’ Serje li huma murija fid-dokument EUROCAE ED55 tabella A1.5
Nru |
Nru |
Parametru |
33. |
6 |
L-ISSETJAR BAROMETRIKU MAGĦŻUL (KULL STAZZJON TAL-PILOTA) |
34. |
7 |
ALTITUDNI MAGĦŻULA |
35. |
8 |
VELOĊITÀ MAGĦŻULA |
36. |
9 |
MACH MAGĦŻULA |
37. |
10 |
VELOĊITÀ VERTIKALI MAGĦŻULA |
38. |
11 |
DIREZZJONI MAGĦŻULA |
39. |
12 |
PASSAĠĠ TAT-TITJIRA MAGĦŻULA |
40. |
13 |
GĦOLI TAD-DEĊIŻJONI MAGĦŻULA |
41. |
14 |
FORMAT TAD-DISPLAY TA’ L-EFIS |
42. |
15 |
FUNZJONI MULTIPLIKA/MAGNA/FORMAT TAD-DISPLAY TAT-TWISSIJIET |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 720
Ir-reġistraturi tad-data tat-titjira— 2 — Lista tal-parametri li għandhom ikunu reġistrati
Tabella A — Ajruplani b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ iżjed minn 5 700 kg
Nru |
Parametru |
1. |
ĦIN JEW GĦADD TAL-ĦIN RELATTIV |
2. |
ALTITUDNI TAL-PRESSJONI |
3. |
VELOĊITÀ FL-AJRU INDIKATA |
4. |
INTESTATURA |
5. |
AĊĊELERAZZJONI NORMALI |
6. |
ATTITUDNI TAL-“PITCH” |
7. |
ATTITUDNI “TAR-ROLL” |
8. |
ID-DAĦLA B’MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU SAKEMM MHUMIEX PRODUTI MEZZI ALTERNATTIVI SABIEX TISSINKRONIZZA L-IRRIKORDJAR TAL-FDR U CVR |
9. |
QAWWA FUQ KULL MAGNA |
10. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
11. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
12. |
POŻIZZJONI TA’ L-IMBOTTATURA B’LURA (GHALL-AJRUPLAN TURBOJET BISS) |
13. |
POŻIZZJONI TA’ L-ISPOILER TA’ L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ |
14. |
TEMPERATURA TA’ L-ARJA TA’ BARRA JEW TEMPERATURA TA’ L-ARJA TOTALI |
15a |
STAT TAT-TQABBID TAL-AWTOPILOTA |
15b |
MOD TA’ TĦADDIM TA’ L-AWTOPILOTA, STAT TAS-SISTEMI TA’ TQABBID U MODI TA TĦADDIM TA’ “AUTOTHROTTLE” U AFCS. |
Tabella B — Parametri addizzjonali għall-ajruplan b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ iżjed minn 27 000 kg
Nru |
Parametru |
16. |
AĊĊELERAZZJONI LONGITUDINALI |
17. |
AĊĊELERAZZJONI LATERALI |
18. |
KONTROLLI TAT-TITJIR PRIMARJU — POŻIZZJONI TAL-WIĊĊ TAL-KONTROLL U/JEW INPUT TAL-PILOTA (“PITCH”, “ROLL”, “YAW”) |
19. |
POŻIZZJONI TAT-“TRIM” TAL-“PITCH” |
20. |
ALTITUDNI TAR-RADJU |
21. |
DEVJAZZJONI MIL-PASSAĠĠ TAL-“GLIDE” |
22. |
DEVJAZZJONI TAL-LOKALIZZATUR |
23. |
PASSAĠĠ TAS-SINJAL TA’ L-IMMARKAR |
24. |
TWISSIJA PRINĊIPALI |
25. |
GĦAŻLA TA’ FREKWENZA TAN-NAV 1 U NAV 2 |
26. |
DISTANZA DME1 U DME2 |
27. |
STAT TA’ L-ISWIĊĊ “SQUAT” TAL-“GEAR” TA' L-INŻUL |
28. |
SISTEMA TA’ TWISSIJA TA’ PROSSIMITA’ LEJN L-ART |
29. |
ANGOLU TA’ L-ATTAKK |
30. |
IDRAWLIKA, KULL SISTEMA (PRESSJONI BAXXA) |
31. |
DATA TAN-NAVIGAZZJONI |
32. |
“GEAR” TA’ L-INŻUL JEW POŻIZZJONI TA’ L-GĦAŻLA TAL-“GEAR” |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 725
Ir-reġistraturi tad-data tat-titjira -3 — Lista tal-parametri li għandhom ikunu reġistrati
Tabella A — Ajruplani b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ iżjed minn 5 700 kg
Nru |
Parametru |
1. |
ĦIN JEW GĦADD TAL-ĦIN RELATTIV |
2. |
ALTITUDNI TAL-PRESSJONI |
3. |
VELOĊITÀ FL-AJRU INDIKATA |
4. |
INTESTATURA |
5. |
AĊĊELERAZZJONI NORMALI |
Tabella B — Parametri addizzjonali għall-ajruplan b’massa tat-tluq massima ċertifikata ta’ iżjed minn 27 000 kg
Nru |
Parametru |
6. |
ATTITUDNI TAL-“PITCH” |
7. |
ATTITUDNI “TAR-ROLL” |
8. |
ID-DAĦLA B’MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU SAKEMM MHUMIEX PROVDUTI MEZZI ALTERNATTIVI SABIEX TISSINKRONIZZA L-IRRIKORDJAR TAL-FDR U CVR |
9. |
QAWWA FUQ KULL MAGNA |
10. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
11. |
ĠEWNAĦ “TRAILING EDGE” JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA |
12. |
POŻIZZJONI TA’ L-IMBOTTATURA B’LURA (GHALL-AJRUPLAN TURBOJET BISS) |
13. |
POŻIZZJONI TA’ L-ISPOILER TA’ L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ |
14. |
TEMPERATURA TA’ L-ARJA TA’ BARRA JEW TEMPERATURA TA’ L-ARJA TOTALI |
15a |
STAT TAT-TQABBID TAL-AWTOPILOTA/“AUTOTHROTTLE” |
15b |
MOD TA’ TĦADDIM TA’ L-AWTOPILOTA, STAT TAS-SISTEMI TA’ TQABBID U MODI TA TĦADDIM TA’ “AUTOTHROTTLE” U AFCS. |
16. |
AĊĊELERAZZJONI LONGITUDINALI |
17. |
AĊĊELERAZZJONI LATERALI |
18. |
KONTROLLI TAT-TITJIR PRIMARJU — POŻIZZJONI TAL-WIĊĊ TAL-KONTROLL U/JEW INPUT TAL-PILOTA (“PITCH”, “ROLL”, “YAW”) |
19. |
POŻIZZJONI TAT-“TRIM” TAL-“PITCH” |
20. |
ALTITUDNI TAR-RADJU |
21. |
DEVJAZZJONI MIL-PASSAĠĠ TAL-“GLIDE” |
22. |
DEVJAZZJONI TAL-LOKALIZZATUR |
23. |
PASSAĠĠ TAS-SINJAL TA’ L-IMMARKAR |
24. |
TWISSIJA PRINĊIPALI |
25. |
GĦAŻLA TA’ FREKWENZA TAN-NAV 1 U NAV 2 |
26. |
DISTANZA DME1 U DME2 |
27. |
STAT TA’ L-ISWIĊĊ “SQUAT” TAL-“GEAR” TA' L-INŻUL |
28. |
SISTEMA TA’ TWISSIJA TA’ PROSSIMITA’ LEJN L-ART |
29. |
ANGOLU TA’ L-ATTAKK |
30. |
IDRAWLIKA, KULL SISTEMA (PRESSJONI BAXXA) |
31. |
DATA TAN-NAVIGAZZJONI (LATITUDNI, LONGITUDNI, VELOĊITÀ FUQ L-ART U ANGOLU TAL-MOVIMENT |
32. |
“GEAR” TA’ L-INŻUL JEW POŻIZZJONI TA’ L-GĦAŻLA TAL-“GEAR” |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 770
Ossiġnu — Rekwiżiti Minimi għall-Ossiġnu Supplimentari għall-ajruplani bi pressjoni matul u wara l-Inżul ta’ l-Emerġenza
Tabella 1
(a) |
(b) |
|||||
Provvista’ għal: |
Tul ta’ żmien u l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina |
|||||
1. |
L-okkupanti kollha tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-gverta ta’ l-ajruplan li qed jaqdu dmirijiethom fil-gverta ta’ l-ajruplan |
Il-ħin totali tat-titjira meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż it-13 000 pied u l-ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina taqbeż l-10 000 ft iżda ma taqbiżx it-13 000 pied wara l-ewwel 30 minuta f’dawk l-altitudni, iżda fl-ebda każ anqas minn:
|
||||
2. |
Il-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa kollha |
Ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż it-13 000 pied iżda anqas minn 30 minuta (Nota 2), u l-ħin totali tat-titjira meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina hija akbar minn 10 000 pied iżda ma jaqbiżx it-13 000 pied wara l-ewwel 30 minuta f’dawn l-altitudni |
||||
3. |
100 % tal-passiġiera (Nota 5) |
Ħin totali tat-titjira meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina taqbeż il-15 000 pied iżda fl-ebda każ anqas minn 10 minuti (Nota 4). |
||||
4. |
30 % tal-passiġiera (Nota 5) |
Ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż l-14 000 ft iżda ma jaqbiżx il-15 000 pied |
||||
5. |
10 % tal-passiġiera (Nota 5). |
Ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż l-10 000 pied iżda ma jaqbiżx l-14 000 ft wara l-ewwel 30 minuta f’dawn l-altitudni |
||||
Nota 1: Il-provvista provduta għandha tieħu kont ta’ l-altitudni tal-pressj ni tal-kabina u l-profil ta’ l-inżul għar-rotot ikkonċernati. Nota 2: Il-provvistà minima meħtieġa hija dik il-kwantità ta’ l-ossiġnu neċessarju għar-rata kostanti ta’ nżul mill-altitudni tal-ħidma ċertifikata massima ta’ l-ajruplan sa’ 10 000 pied f’10 minuti u li jkollha warajha 20 minuta f’10 000 pied. Nota 3: Il-provvistà minima meħtieġa hija dik il-kwantità ta’ l-ossiġnu neċessarju għar-rata kostanti ta’ nżul mill-altitudni tal-ħidma ċertifikata massima ta’ l-ajruplan sa’ 10 000 pied f’10 minuti u li jkollha warajha 110 minuta f’10 000 pied. L-ossiġnu meħtieġ f’ OPS 1 780 (a)(1) jista’ jkun inkluż sabiex tiġi stabbilita l-provvistà meħtieġa. Nota 4: Il-provvistà minima meħtieġa hija dik il-kwantità ta’ ossiġnu neċessarja għar-rata kostanti ta’ nżul mill-altitudni tal-ħidma ċertifikata massima ta’ l-ajruplan sa’ 15 000 pied f’10 minuti. Nota 5: Għall-iskop ta’ din it-tabella “passiġiera” tfisser il-passiġiera li attwalment jinġarru u tinkludi t-tfal żgħar. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 775
Ossiġinu supplimentari għall-ajruplan mhux taħt pressjoni
Tabella 1
(a) |
(b) |
|
Provvista’ għal: |
Tul ta’ żmien u l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina |
|
1. |
L-okkupanti kollha tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-gverta ta’ l-ajruplan li qed jaqdu dmirijiethom fil-gverta ta’ l-ajruplan |
Il-ħin totali tat-titjira fl-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 10 000 pied |
2. |
Il-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa kollha |
Il-ħin totali tat-titjira fl-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 13 000 pied u għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta f’altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 10 000 pied iżda ma taqbiżx it-13 000 pied. |
3. |
100 % tal-passiġiera (Ara Nota) |
Il-ħin totali tat-titjira f’altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 13 000 pied. |
4. |
10 % tal-passiġiera (Ara Nota) |
Il-ħin totali tat-titjira wara 30 minuta f’altitudni tal-pressjoni akbar minn 10 000 pied iżda ma taqbiżx it-13 000 pied |
Nota: Għall-iskop ta’ din it-tabella “passiġiera” tfisser il-passiġiera li attwalment jinġarru u tinkludi tfal taħt l-eta ta’ sentejn. |
SUBPARTI L
TAGĦMIR TA’ KOMUNIKAZZJONI U TA’ NAVIGAZZJONI
OPS 1 845
Daħla ġenerali
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi t-titjira ma tibdiex għajr jekk it-tagħmir ta’ komunikazzjoni u tan-navigazzjoni meħtieġ taħt din is-Subparti huwa:
|
(b) |
L-istandards ta’ l-eżekuzzjoni minimi tat-tagħmir ta’ navigazzjoni u ta’ komunikazzjoni huma dawk preskritti fl-Ordnijiet ta’ l-Istandard Tekniku Ewropew applikabbli (ETSO) kif elenkat fi speċifikazzjonijiet applikabbli dwar l-Ordnijiet ta’ l-Istandard Tekniku Ewropew (CS-TSO), għajr jekk ikunu preskritti standards ta’ eżekuzzjoni differenti fil-kodiċi tal-ħidma jew ta’ l-adegwatezza għat-titjir. It-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ navigazzjoni li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u ta’ l-eżekuzzjoni minbarra l-ETSO fid-data ta’ l-implimentazzjoni OPS jista’ jibqa’ fis-servizz, jew ikun installat, għajr jekk ikunu preskritti rekwiżiti oħra f’din is-Sub Parti. It-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ navigazzjoni li diġa jkun ġie approvat ma għandux bżonn jikkonforma ma’ l- ETSO riveduta jew ma’ speċifikazzjoni riveduta, għajr l-ETSO, għajr jekk tkun imniżżel rekwiżit retroattiv. |
OPS 1 850
Tagħmir tar-radju
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikun mgħammar bir-radju meħtieġ għat-tip ta’ ħidma li tkun qiegħda titwettaq. |
(b) |
Fejn żewġ sistemi tar-radju indipendenti (separati u kompluti) huma meħtieġa taħt din is-Subparti, kull sistema għandu jkollha stallazzjoni ta’ l-antenna indipendenti għajr illi, fejn antenni mhux tal-wajer imserrħa b’mod riġidu jew stallazzjonijiet ta’ l-antenna oħra ta’ affidibbilità ekwivalenti jkunu użati, antenna waħda biss hija meħtieġa. |
(ċ) |
It-tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju meħtieġ li jikkonforma ma’ paragrafu (a) hawn fuq għandu jipprovdi ukoll għall-komunikazzjonijiet fuq il-frekwenza ta’ emerġenza awronawtika 121,5 MHz. |
OPS 1 855
Il-Panel li Jagħżel l-Awdjo
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan taħt IFR għajr jekk ikun mgħammar b’ panel li jagħżel l-awdjo aċċessibbli għal kull wieħed mill-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ.
OPS 1 860
Tagħmir tar-radju għall-ħidmiet taħt VFR fuq rotot navigati navigati b’riferenza għall-postijiet familjari viżwali
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan taħt VFR f’rotot illi jistgħu jkunu navigati b’riferenza għall-postijiet familjari viżwali, għajr jekk ikun mgħammar bit-tagħmir ta’ komunikazzjoni bir-radju meħtieġa taħt kondizzjonijiet ta’ ħidma normali sabiex jissodisfa dan li ġej:
(a) |
Jikkomunika ma’ stazzjonijiet ma’ l-art xierqa; |
(b) |
Jikkomunika ma’ faċilitajiet tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru xierqa minn kwalunkwe punt fl-ispazju ta’ l-arja kkontrollat li fih it-titjiriet huma intiżi; kif ukoll |
(ċ) |
Jirċievi tagħrif meterjoloġiku. |
OPS 1 865
Tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ navigazzjoni għall-ħidmiet taħt IFR, jew taħt VFR f’rotot mhux navigati b’riferenza għall-postijiet familjari viżwali
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan taħt IFR, jew taħt VFR fuq rotot li ma jistgħux jiġu navigati b’riferenza għall- postijiet familjari viżwali, għajr jekk l-ajruplan ikun mgħammar b’komunikazzjoni bir-radju u tagħmir SSR li jirċievi sinjal tar-radju u awtomatikament jibgħat sinjal ieħor differenti u tagħmir ta’ navigazzjoni skond ir-rekwiżiti tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru fiż-żona(i) tal-ħidma. |
(b) |
Tagħmir tar-radju Operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tar-radju ikun fih mhux anqas minn:
|
(ċ) |
Tagħmir tan-navigazzjoni Operatur għandu jiżgura li t-tagħmir ta’ navigazzjoni
|
(d) |
Operatur jista’ jħaddem ajruplan li mhuwiex mgħammar b’ ADF jew bit-tagħmir tan-navigazzjoni speċifikat fis-subparagrafu (s)(c)(1)(vi) u/jew (c)(1)(vii) hawn fuq, sakemm illi jkun mgħammar b’tagħmir alternattiv awtorizzat, għar-rotta li tkun qiegħda tittajjar, mill-Awtorità. L-affidabilità u l-eżattezza tat-tagħmir alternattiv għandu jippermetti n-navigazzjoni mingħajr periklu għar-rotta ntiża. |
(e) |
Operator għandu jiżgura illi t-tagħmir ta’ komunikazzjoni VHF, Lokalizzatur ILS u strumenti li jirċievu VOR installati fuq ajruplan li għandhom jitħaddmu fl-IFR huma ta’ tip li ġie approvat bħala li jikkonforma ma’ l-istandards ta’ eżekuzzjoni ta’ l-immunità FM. |
OPS 1 866
Tagħmir transponder
(a) |
Operatur għandu jħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar bi:
|
OPS 1 870
Tagħmir ta’ navigazzjoni ieħor għall-ħidmiet fl-ispazju ta’ l-arja MNPS
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan fl-ispazju ta’ l-ajra MNPS għajr jekk ikun mgħammar bit-tagħmir ta’ navigazzjoni illi jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet minimi ta’ l-eżekuzzjoni tan-navigazzjoni preskritti f’ICAO Dok 7030 fil-forma tal-Proċeduri Supplimentari Reġjunali. |
(b) |
It-tagħmir ta’ navigazzjoni meħtieġ minn dan il-paragrafu għandu jkun viżibbli u li jista’ jintuża minn kull pilota li jkun bilqiegħda fl-istazzjoni tax-xogħol tiegħu/tagħha. |
(ċ) |
Għall-ħidma mhux ristretta fl-ispazju ta’ l-ajra MNPS ajruplan għandu jkun mgħammar b’żewġ Sistemi ta’ Navigazzjoni tad-Distanza Twila indipendenti (LRNS). |
(d) |
Għall-ħidma fl-ispazju ta’ l-arja MNPS matul rotot specjali notifikati l-ajruplan għandu jkun mgħammar b’Sistema ta’ Navigazzjoni tad-Distanza Qasira (LRNS), għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor. |
OPS 1 872
Apparat għall-ħidma f’ ispazju ta’ l-arja definit b’ Separazzjoni Minima Vertikali Mnaqqsa (RVSM)
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi l-ajruplan mħaddma fl-ispazju ta’ l-ajra RVSM huma mgħammra bi:
|
SUBPART M
IL-MANUTENZJONI TA’ L-AJRUPLAN
OPS 1 875
Ġenerali
(a) |
Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikun miżmum u mħolli għas-servizz minn organizzazzjoni approvata/aċċettata kif xieraq skond Parti 145 għajr illi l-ispezzjonijiet ta’ qabel it-titjira ma għandhomx bżonn neċessarjament jitwettqu mill-organizzazzjoni ta’ Parti 145. |
(b) |
Ir-rekwiżiti ta’ Ajruplan għall-kapaċità kontinwa tiegħu li jintuża fl-ajru, meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ta’ l-operatur f’OPS 1 180 huma dawk imniżżla fil-Parti M. |
SUBPARTI N
L-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA
OPS 1 940
Il-kompożizzjoni ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira
(Ara Appendiċi 1 u 2 sa’ OPS 1 940)
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
(b) |
Ekwipaġġ tat-titjira minimu għall-ħidmiet taħt IFR jew bil-lejl. Għall-ħidmiet taħt IFR jew bil-lejl, operatur għandu jiżgura illi:
|
OPS 1 943
It-taħriġ inizjali ta’ l-Immaniġġar tar-Riżors ta’ l-Ekwipaġġ (CRM) ta’ l-Operatur
(a) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx lesta minn qabel it-taħriġ inizjali tal-Ġestjoni tar-Riżors ta’ l-Ekwipaġġ ta’ l-Operatur (CRM) (jew impjegati ġodda jew persunal eżistenti), imbagħad l-operatur għandu jiżgura li l-membru ta’ l-ekwipaġġ ikompli l-kors tat-taħriġ inizjali CRM. L-impjegati l-ġodda għandhom ilestu t-Taħriġ inizjali CRM ta’ l-Operatur fiż-żmien l-ewwel sena minn meta jingħaqdu ma’ l-operatur. |
(b) |
Jekk il-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx tħarreġ qabel fil-Fatturi Umani imbagħad kors teoretiku, ibbażat fuq il-programm tal-kapaċità u l-limitazzjonijiet umana għall-ATPL (ara r-rekwiżiti applikabbli għall-kwistjoni tal-Liċenzji ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira) għandu jitlesta qabel it-taħriġ CRM inizjali ta’ l-operatur jew flimkien mat-taħriġ CRM inizjali ta’ l-operatur. |
(ċ) |
Taħriġ CRM inizjali għandu jitmexxa ta’ l-inqas minn istruttur CRM wieħed aċċettabli lill-Awtorità li tista’ tkun megħjuna minn esperti sabiex tindirizza oqsma speċifiċi. |
(d) |
Taħriġ CRM inizjali jitmexxa skond sillabus tal-kors dettaljat imdaħħal fil-Manwal tat-Tħaddim. |
OPS 1 945
Taħriġ ta’ Adattament u kontroll
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 945)
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
(b) |
Fil-każ ta’ bidla tat-tip jew tal-klassi ta’ l-ajruplan, il-kontroll meħtieġ mill- OPS 1 965(b) jista’ jingħaqad ma’ l-ikklassifikar tat-test tal-ħila tat-tip jew klassi skond ir-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ ta’ Liċenzji ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira. |
(ċ) |
Il-kors ta’ adattament ta’ l-operatur u l-kors ta’ l-Ikklassifikar tat-Tip jew Klassi meħtieġ għall-ħruġ ta’ Liċenzji ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira jistgħu jkunu magħquda. |
(d) |
Pilota, li jieħu Taħriġ tal-Ħin tat-Titjira Żero (ZFTT), għandu:
|
OPS 1 950
Taħriġ fid-Differenzi u Taħriġ ta’ Familjarizzazzjoni
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi l-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jlesti:
|
(b) |
L-operatur għandu jispeċifika fil-Manwal tat-Tħaddim meta dan it-taħriġ fid-differenzi jew it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni jkunu meħtieġa. |
OPS 1 955
Ħatra bħala kmandant
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi għall-promozzjoni għall-kmandant minn ko-pilota u għal dawk li jissieħbu bħala kmandanti:
|
(b) |
Il-kors ta’ kmand meħtieġ mis-subparagrafu (a)(2) hawn fuq għandu jkun speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim u jinkludi ta’ l-inqas dan li ġej:
|
OPS 1 960
Il-kmandanti li għandhom Liċenzja ta’ Pilota Kummerċjali
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
OPS 1 965
Taħriġ u Ikkontrollar Rikorrenti
(Ara Appendiċi 1 u 2 sa’ OPS 1 965)
(a) |
Ġenerali. Operatur għandu jiżgura illi:
|
(b) |
Kontrolli tal-profiċjenza ta’ Operatur;
|
(ċ) |
Line Check. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jagħmel line check fuq l-ajruplan sabiex juri l-ħila tiegħu/tagħha sabiex iwettaq ħidmiet normali spjegati fil-Manwal tat-Tħaddim. Il-perjodu ta’ validità tal-line check għandu jkun ta’ 12-il xahar tal-kalendarju, minbarra l-bqija tax-xahar tal-ħruġ. Jekk jinħareġ fl-aħħar 3 xhur tal-kalendarju tal-validità ta’ line check ta’ qabel il-perjodu ta’ validità għandu jestendi mid-data tal-ħruġ sa’ 12-il xahar tal-kalendarju mid-data ta’ meta jiskadi dak il-line check ta’ qabel. |
(d) |
Taħriġ u kkontrollar tat-tagħmir ta’ Sigurtà u ta’ Emerġenza. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ u kkontrollar fuq il-post u l-użu tat-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sigurta kollha li qiegħed jinġarr. Il-perjodu ta’ validità ta’ kontroll tat-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sigurtà għandu jkun 12-il xahar tal-kalendarju minbarra l-bqija tax-xahar tal-ħruġ. Jekk maħruġ fl-aħħar 3 xhur tal-kalendarju tal-validità ta’ kontroll ta’ emerġenza u ta’ sigurtà il-perjodu ta’ validità għandu jestendi mid-data tal-ħruġ sat-12 il-xahar tal-kalendarju mid-data meta jiskadi l-kontroll tat-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sigurtà ta’ qabel. |
(e) |
CRM. Operatur għandu jiżgura illi:
|
(f) |
Taħriġ fuq l-art u ta’ aġġornament. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ fl-art u ta’ aġġornament ta’ l-inqas kull 12-il xahar tal-kalendarju. Jekk it-taħriġ jitwettaq fi żmien 3 xhur tal-kalendarju qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 12-il xahar, it-taħriġ fuq l-art u ta’ aġġornament li jkun imiss għandu jitlesta fi żmien 12-il xahar tal-kalendarju mid-data oriġinali ta’ meta jiskadi t-taħriġ fl-art u ta’ aġġornament ta’ qabel. |
(g) |
Taħriġ fuq l-ajruplan/STD. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ ta’ l-ajruplan/STD ta’ l-inqas kull 12-il xahar tal-kalendarju. Jekk it-taħriġ isir fi żmien 3 xhur tal-kalendarju qabel jiskadi l-perjodu ta’ 12-il xahar tal-kalendarju, it-taħriġ fuq l-ajruplan/STD li jmiss għandu jintemm fi żmien 12-il xahar tal-kalendarju mid-data oriġinal ta’ meta jiskadi t-taħriġ fuq l-ajruplan/STD ta’ qabel. |
OPS 1 968
Kwalifika tal-pilota sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-pilota
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 968)
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
OPS 1 970
Esperjenza riċenti
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
(b) |
Il-perjodu ta’ 90 jum preskritt fis-sub paragrafi (a)(1) u (2) hawn fuq jista’ jiġi estiż sa’ massimu ta’ 120 ġurnata b’titjir taħt is-sorveljanza ta’ Struttur jew Eżaminatur ta’ Klassifika tat-Tip. Għall-perjodi ta’ aktar minn 120 jum, ir-rekwiżiti tar-reċentezza tiġi sodisfatta b’titjira ta’ taħriġ jew bl-użu ta’ Simulatur tat-Titjira jew it-tip ta’ ajruplan li għandu jintuża. |
OPS 1 975
Kwalifika tar-Rotta u tal-Kompetenza ta’ l-Ajrudrom
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi, qabel ma jkun assenjat bħala kmandant jew bħala pilota li lilu l-kondotta tat-titjira tista’ tingħata mill-kmandant, il-pilota jkun kiseb għarfien adegwat tar-rotta li għandha tittajjar u ta’ l-ajrudromi (inkluż alternattivi), il-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw. |
(b) |
Il-perjodu ta’ validità tar-rotta u l-kwalifika tal-kompetenza ta’ l-ajrudrom għandhom ikunu ta’ 12-il xahar tal-kalendarju minbarra l-bqija ta’:
|
(ċ) |
Il-kwalifika tar-rota u tal-kompetenza ta’ l-ajrudrom għandhom ikunu validati mill-ġdid bil-ħidma fuq ir-rotta jew lejn l-ajrudrom fil-perjodu ta’ validità preskritta fis-subparagrafu (b) hawn fuq. |
(d) |
Jekk validati mill-ġdid fi żmien tliet xhur tal-kalendarju tal-validità tal-kwalifiki tar-rotta ta’ qabel u tal-kompetenza ta’ l-ajrudrom, il-perjodu ta’ validità għandu jestendi mid-data ta’ validati mill-ġdid sat-12-il xahar tal-kalendarju mid-data meta tiskadi il-kwalifika ta’ dik ir-rotta ta’ qabel u tal-kompetenza ta’ l-ajrudrom. |
OPS 1 978
Il-Programm Alternattiv ta’ Taħriġ u Kwalifika
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 978)
(a) |
Operatur, wara operat kontinwu ta’ mill-anqas sentejn, jista’ jissostitwixxi r-rekwiżiti ta’ taћriġ u ta’ verifika għall-ekwipaġġ tat-titjira speċifikat f’Appendiċi 1 għal OPS 1 978(a) bi Programm Alternattiv ta’ Taħriġ u Kwalifika (ATQP) approvat mill-Awtorità. Is-sentejn ta’ operat kontinwu jistgħu jitnaqqsu fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità. |
(b) |
L-ATQP għandu jkun fih it-taħriġ u l-kontroll li jistabbilixxi u jmantni livell ta’ profiċjenza li jidher li jkun ta’ l-anqas mhux anqas mill-livell ta’ profiċjenza miksuba billi jiġu segwiti d-dispożizzjonijiet ta’ OPS 1 945, 1 965 u 1 970. L-istandard tat-taħriġ ta’ l-ekwipġaġġ tat-titjira u l-kwalifika għandhom jiġu stabbiliti qabel l-introduzzjoni ta’ l-ATQP; l-istandards tat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ l-ATQP meħtieġa għandhom ukoll jiġu speċifikati. |
(ċ) |
Operatur li japplika għal appovazzjoni biex jimplimenta ATQP għandu jipprovdi lill-Awtorità bi pjan ta’ implimentazzjoni skond il-paragrafu (c) ta’ Appendiċi 1 għal OPS 1 978. |
(d) |
Barra mill-kontrolli meħtieġa mill-OPS 1 965 u 1 970 operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ jattendi għal Evalwazzjoni Orjentata Lejn il-Linja (LOE).
|
(e) |
Wara sentejn ta’ operat fi ħdan ATQP approvat, operatur jista’, bl-approvazzjoni ta’ l-Awtorità, jestendi l-perjodi ta’ validità ta’ OPS 1 965 u 1 970 kif ġej:
|
(f) |
L-AQTP għandu jkun taħt ir-responabbiltà ta’ persuna maћtura f’kariga. |
OPS 1 980
Operazzjoni fuq iktar min tip jew varjant wieħed
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1 980)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira ma jaħdimx fuq aktar minn tip jew varjant wieħed għajr jekk il-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira huwa kompetenti li jagħmel hekk. |
(b) |
Meta jqis ħidmiet ta’ aktar minn tip jew varjant wieħed, operatur għandu jiżgura illi d-differenzi u/jew similaritajiet ta’ l-ajruplan kkonċernati jiġġustifikaw dawn il-ħidmiet, filwaqt li jittieħed kont ta’ dan li ġej:
|
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura illi l-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira li jħaddem aktar minn tip jew varjant wieħed jikkonforma mar-rekwiziti kollha mniżżla f’Subparti N għal kull tip jew varjant għajr jekk l-Awtorità approvat l-użu ta’ kreditu(i) relatati mar-rekwiżiti tat-taħriġ, l-ikkontrollar u l-esperjenza riċenti. |
(d) |
Operatur għandu jispeċifika proċeduri xierqa u/jew restrizzjonijiet tal-ħidma, approvati mill-Awtorità, fil-Manwal tat-Tħaddim, għal kwalunkwe ħidma fuq aktar minn tip jew varjant wieħed li jkopri:
|
OPS 1 981
Tħaddim ta’ ħelicopter u ajruplan
(a) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira iħaddem kemm ħelicopters u ajruplan:
|
OPS 1 985
Reġistrazzjoni tat-Taħriġ
(a) |
Operatur għandu:
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 940
Tibdil matul it-titjira tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira
(a) |
Membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jista’ jinbidel matul it-titjira mix-xogħolijiet tiegħu/tagħha mal-kontrolli minn membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira ieħor li hu kwalifikat b’mod adattat. |
(b) |
L-Awtorità tal-kmandant
|
(ċ) |
Rekwiżiti minimi għall-pilota li jibdel lill-kmandant:
|
(d) |
It-tibdil tal-ko-pilota
|
(e) |
Rekwiżiti minimi għall-Ko-Pilota Cruise Relief
|
(f) |
Bidla ta’ l-operatur tal-panel tas-sistema. Operatur tal-panel tas-sistema jista’ jinbidel matul it-titjira minn membru ta’ l-ekwipaġġ li għandu liċenzja ta’ Inġinier tat-Titjira jew minn membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira bi kwalifika aċċetabbli lill-Awtorità. |
Appendiċi 2 sa’ OPS 1 940
Ħidmiet b’pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl
(a) |
Ajruplani msemmija f’OPS 1 940(b)(2) jistgħu jitħaddmu minn pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl meta l-ħtiġiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 945
Il-Kors ta’ Adattament ta’ l-Operatur
(a) |
Il-kors ta’ adattament ta’ operatur għandu jinkludi:
|
(b) |
Il-kors ta’ adattament għandu jitwettaq fl-ordni stabbilita fis-subparagrafu (a) hawn fuq. |
(ċ) |
Elementi ta’ Ġestjoni tar-Riżorsi ta’ l-Ekwipaġġ għandhom ikunu integrati fil-kors ta’ addattament, u jitwettqu minn persunal kwalifikat kif meħtieġ. |
(d) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx wettaq kors ta’ addattament ta’ l-operatur, l-operatur għandu jiżgura illi minbarra s-subparagrafu (a) hawn fuq imsemmi, il-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ ġenerali ta’ l-ewwel għajnuna u, jekk japplika, taħriġ fil-proċeduri ta’ l-inżul ta’ emerġenza bl-użu tat-tagħmir fl-ilma. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 965
Taħriġ u kkontrollar rikorrenti — Piloti
(a) |
Taħriġ rikorrenti It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi:
|
(b) |
Ikkontrollar rikorrenti. L-ikkontrollar rikorrenti għandu jinkludi:
|
Appendiċi 2 sa’ OPS 1 965
Taħriġ u kkontrollar rikorrenti — Operaturi tal-Panel tas-Sistema
(a) |
It-taħriġ u l-ikkontrollar rikurrenti għalOperaturi tal-Panel tas-Sistema għandhom jilħqu r-rekwiżiti għall-piloti u kwalunkwe xogħolijiet speċifiċi oħra, u jħallu barra dawk is-suġġetti li ma japplikawx għalOperaturi tal-Panel tas-Sistema. |
(b) |
Taħriġ u kkontrollar rikorrenti għall-Operaturi tal-Panel tas-Sistema għandhom, kull meta jkun possibbli, iseħħu fl-istess ħin meta l-pilota jgħaddi minn taħriġ u kontrollar rikorrenti. |
(ċ) |
Il-line check għandu jsir minn kmandant maħtur mill-operatur u aċċettabbli għall-Awtorità jew minn istruttur jew eżaminatur li jagħti l-jklassifika tat-tip ta’ l-Operatur tal-Panel tas-Sistema. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 968
Kwalifika tal-pilota sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-pilota
(a) |
Il-kmandanti li x-xogħol tagħhom jitlobhom ukoll li jaħdmu fis-sit tan-naħa tal-lemin u jwettqu x-xogħolijiet ta’ ko-pilota, jew kmandanti meħtieġa li jmexxu xogħolijiet ta’ taħriġ jew ta’ eżaminazzjoni mis-sit tan-naħa tal-lemin, għandhom ilestu taħriġ u kkontrollar addizzjonali kif speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim, flimkien mal- kontrolli tal-profiċjenza ta’ Operatur preskritt fl-OPS 1 965(b). Dan it-taħriġ addizzjonali għandu jinkludi ta’ l-inqas dan li ġej:
|
(b) |
Meta jsiru manuvri bil-magna mitfija f’ajruplan, il-ħsara tal-magna għandha tkun simulata. |
(ċ) |
Meta jaħdmu fis-sit tan-naħa tal-lemin, il-kontrolli meħtieġa mill-OPS sabiex jaħdem fuq is-sit tan-naħa tax-xellug għandhom, minbarra dan, ikunu validi u kurrenti. |
(d) |
Pilota li jieħu post il-kmandant għandu jkun wera, fl-istess ħin mal- kontrolli tal-profiċjenza ta’ l-operatur preskritti fl-OPS 1 965(b), prattika ta’ taħriġ u proċeduri, li normalment, ma jkunux ir-responsabbilità tal-pilota li jibdel. Fejn id-differenzi bejn is-sitijiet tax-xellug u tal-lemin m’humiex sinifikanti (per eżempju minħabba l-użu ta’ l-awtopilota) imbagħad il-prattika tista’ ssir fi kwalunkwe siġġu. |
(e) |
Pilota minbarra l-kmandant li jokkupa s-sit fuq in-naħa tax-xellug għandu juru ħila fl-eżerċizzji u l-proċeduri, flimkien mal-kontrolli tal-profiċjenza ta’ l-operatur imniżżla fl- OPS 1 965(b), li kieku kienu jkunu r-responsabbilità tal-kmandant li jaġixxi bħala pilot li ma jtirx. Fejn id-differenzi bejn is-sitijiet tax-xellug u tal-lemin m’humiex sinifikanti (per eżempju minħabba l-użu ta’ l-awtopilota) imbagħad il-prattika tista’ ssir fi kwalunkwe siġġu. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 978
Il-Programm Alternattiv ta’ Taħriġ u Kwalifika
(a) |
L-ATQP ta’ operatur tista’ tapplika għar-rekwiżiti li ġejjin li għandhom x’jaqsmu ma’ taħriġ u kwalifiki:
|
(b) |
Komponenti ta’ l-ATQP — Programm Alternattiv ta’ Taħriġ u Kwalifika (ATQP) għandu jikkonsisti f’dan li ġej:
|
(ċ) |
Implimentazzjoni — L-operatur għandu jiżviluppa strateġija ta’ evalwazzjoni u implimentazzjoni aċċettabbli għall-Awtorità; ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom ikunu mħarsa:
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1 980
Operazzjoni fuq iktar min tip jew varjant wieħed
(a) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn klassi, tip jew varjant ta’ ajruplan wieħed elenkat skond ir-rekwiżiti applikabbli għall-għoti ta’ liċenzji ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira u proċeduri assoċjati għall-klassi pilota waħdu u/jew tip pilota waħdu, iżda mhux fl-approvazzjoni ta’ liċenzja waħda, operatur għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
(b) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn tip jew varjant wieħed ta’ ajruplan f’approvazzjoni waħda jew aktar tal-liċenzja kif spjegat fir-Regoli għall-Għoti ta’ Liċenzja ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira tat-tip — multi-pilota, operatur għandu jiżgura li:
Nota: F’każijiet fejn aktar minn approvazzjoni tal-liċenzja waħda huwa involut, ara s-subparagrafi (ċ) u (d) hawn taħt. |
(ċ) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn tip jew varjant ta’ ajruplan wieħed elenkat fir-Regoli għall-Għoti ta’ Liċenzja ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira tip pilota wieħed u tip ħafna piloti, iżda mhux f’approvazzjoni ta’ liċenzja waħda, operatur għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
(d) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn tip jew varjant ta’ ajruplan wieħed elenkat fir-Regoli għall-Għoti ta’ Liċenzja ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira u proċeduri assoċjati tat-tip ħafna piloti, iżda mhux f’approvazzjoni ta’ liċenzja waħda, operatur għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
(e) |
Meta membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem taħlitiet ta’ tipi jew varjanti ta’ l-ajruplan kif spjegat fir-Regoli għall-Għoti ta’ Liċenzja ta’ l-Ekwipaġġ tat-Titjira u proċeduri assoċjati għall-klassi — pilota wieħed — u tat-tip diversi piloti, operatur għandu juri illi l-proċeduri speċifiċi u/jew ir-restrizzjonijiet tal-ħidma huma approvati skond l-OPS 1 980(d). |
SUBPARTI O
MEMBRI TA’ L-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
OPS 1 988
Applikabilità
Operatur għandu jiżgura li l-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jimxu skond ir-rekwiżiti ta’ din is-subparti u ma’ rekwiżiti oħra ta’ sigurtà applikabbli għall-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina.
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, “membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina” jfisser kull membru ta’ l-ekwipaġġ, minbarra membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjir, li jaqdi, fl-interessi tas-sigurtà tal-passiġġiera, id-doveri assenjati lilu/lilha mill-operatur jew mill-kmandant fil-kabina ta’ ajruplan.
OPS 1 989
Identifikazzjoni
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jilbsu l-uniformi ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina ta’ l-operatur u jkunu identifikabbli b’mod ċar mill-passiġġiera bħala membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina. |
(b) |
Persunal ieħor, bħall-persunal mediku, persunal ta’ sigurtà, persunal responsabbli għat-tfal, skorti, persunal tekniku, intrattenituri, interpreti, li jagħmlu xogħolijiet fil-kabina, m’għandhomx jilbsu uniformi li tista’ tidentifikhom mill-passiġġiera bħala membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, sakemm dawn ma’ jimxux mar-rekwiżiti ta’ din is-subparti u ma kwalunkwe rekwiżit ieħor applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
OPS 1 990
Numru u kompożizzjoni tal-Membri ta’ l-Ekwipaġġ tal-Kabina
(a) |
Operatur m’għandux jopera ajruplan b’konfigurazzjoni ta’ numru massimu approvat ta’ postijiet għall-passiġġiera ta’ aktar minn 19, waqt li jkun qed iġorr passiġġier wieħed jew aktar, sakemm mill-anqas wieħed mill-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi inkluż fl-ekwipaġġ sabiex jaqdi d-dmirijiet tiegħu, speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim, fl-interessi tas-sigurtà tal-passiġġiera. |
(b) |
Waqt li jkun qed jimxi skond is- subparagrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jiżgura li n-numru minimu ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina huwa akbar minn:
|
(ċ) |
L-Awtorita tista’ taħt ċirkostanzi eċċezzjonali teħtieġ operatur sabiex jinkludi fl-ekwipaġġ membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina addizzjonali. |
(d) |
Fil-kaz ta’ ċirkostanzi mhux mistennija, in-numru minimu meħtieġ ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jista’ jitnaqqas sakemm:
|
(e) |
Meta jintalbu s-servizzi ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira li huma impjegati għar-rashom u/jew jaħdmu fuq bażi freelance jew part-time, hemm konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti N. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lin-numru totali ta’ tipi ta’ inġenju ta’ l-ajru jew varjanti li fih jista’ jtir membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina għall-iskop ta’ trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru, u dan m’għandux jaqbeż ir-rekwiżiti preskritti fl-OPS 1.1030 u OPS 1 981, inkluż meta s-servizzi tiegħu jiġu meħtieġa minn operatur ieħor. |
OPS 1 995
Ħtiġijiet minimi
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina:
(a) |
għandu mill-anqas 18-il sena; |
(b) |
għadda eżami mediku jew kontroll li jsir b’mod regolari kif meħtieġ mill-Awtorità sabiex tiġi verifikata s-saħħa medika sabiex dan/din jaqdi/taqdi dmiru/ha. |
(ċ) |
temm b’suċċess it-taħriġ tal-bidu skond l-OPS 1.1005 u għandu attestat ta’ taħriġ ta’ sigurtà. |
(d) |
spiċċa t-taħriġ ta’ adattament u/jew ta’ għad-differenzi li jkopru mill-anqas is-suġġetti elenkati fl-OPS 1.1010. |
(e) |
għandu jagħmel taħriġ rikorrenti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-OPS 1.1015. |
(f) |
huwa kompetenti biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu skond il-proċeduri speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim. |
OPS 1.1000
Membri għolja ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina
(a) |
Operatur għandu jaħtar membru għoli ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina kull meta aktar minn membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi assenjat. Għall-ħidmiet meta aktar minn membru ta’ l-ekwipaġġ wieħed huwa assenjat, iżda biss membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina huwa meħtieġ, l-operatur għandu jaħtar membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina wieħed sabiex ikun responsabbli lejn il-kmandant |
(b) |
L-ogħla membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkollu r-responsabbiltà lejn il-kmandant għall-kondotta u l-koordinazzjoni tal-proċedura(i) normali u ta’ emerġenza speċifikati fil-Manwal ta’ Operazzjonijiet. Matul it-turbulenza, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe struzzjonijiet mill-ekwipaġġ tat-titjira, il-membru għoli ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkollu d-dritt li jwaqqaf x-xogħolijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mas-sigurtà u jagħti parir lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar il-livell tat-turbulenza li jkunu qegħdin jesperjenzaw u l-bżonn tas-sinjali sabiex jaqflu ċ-ċintorini tas-sigurtà jinxtegħel. Wara dan għandu jkun hemm l-qfil mill-ekwipaġġ tal-kabina tal-passiġiera u żoni applikabbli oħra. |
(ċ) |
Fejn meħtieġ mill-OPS 1 990 biex iġorr aktar minn membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, operatur m’għandux jaħtar persuna għall-post ta’ membru għoli ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina sakemm dik il-persuna m’għandiex mill-anqas sena esperjenza ta’ xogħol ta’ membru operattiv ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina u temm taħriġ xieraq li jkopri dan li ġej mill-anqas:
|
(d) |
Operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jagħżel il-membru li jmiss ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina li huwa l-aktar kwalifikat biex jopera bħala membru għoli ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina fil-każ li l-membru għoli nominat ma’ jkunx f’pożizzjoni li jaqdi dmiru. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu aċċettabbli għall-Awtorità u jieħdu kont ta’ l-esperjenza operattiva tal-membru ta’ l-ekwipaġġ. |
(e) |
Taħriġ CRM: L-operatur għandu jiżgura illi l-elementi rilevanti kollha fl-Appendiċi 2 għall-OPS 1.1005/1.1010/1.1015 Tabella 1, Kolonna (a) huma integrati fit-taħriġ u koperti sal-livell meħtieġ minn Kolonna (f), Kors ta’ l-Ekwipaġġ tal-Kabina Għolja. |
OPS 1.1002
Operazzjonijiet ta’ membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina
(a) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ġdid ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina li m’għandux esperjenza ta’ qabel komparabbli għandu jtemm dan li ġej qabel ma jopera bħala membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina:
|
(b) |
Operatur għandu jiżgura, qabel ma membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi assenjat biex jopera bħala membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, li dan il-membru ta’ l-ekwipaġġ huwa kompetenti biex jaqdi dmiru/ha skond il-proċeduri msemmija fil-Manwal tat-Tħaddim. Kemm huma adattati għall-ħidmiet ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina waħdu għandu jkun indirizzat fil-kriterji għall-għażla ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, l-ingaġġar u l-istima tal-kompetenza. |
OPS 1.1005
Taħriġ ta’ Sigurta Inizjali
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1005)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, qabel ma jibda t-taħriġ ta’ adattament, spiċċa b’suċċess taħriġ inizzjali ta’ sigurtà li jkopri mill-anqas is-suġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 għall-OPS 1.1005. |
(b) |
Il-korsijiet ta’ taħriġ għandhom, fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità, ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tagħha, għandhom jingħataw: jew
|
(ċ) |
Il-programm u l-istruttura tal-korsijiet ta’ taħriġ inizzjali għandu jkun skond ir-rekwiżiti applikabbli u għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel ta’ l-Awtorità. |
(d) |
Fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità, l-Awtorità, l-operatur jew l-organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata li tipprovdi l-kors ta’ taħriġ, għandhom jagħtu attestazzjoni ta’ taħriġ ta’ sigurtà lill-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina wara li dan/din temm/et it-taħriġ inizzjali ta’ sigurtà u b’suċċess għadda/iet il-kontroll msemmi fl-OPS 1.1025. |
(e) |
Fejn l-Awtorità tawtorizza operatur jew organizzazzjoni approvata ta’ taħriġ biex jikkonsenjaw l-attestat ta’ taħriġ ta’ sigurtà lill-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, din l-attestazzjoni għandha tagħmel riferenza b’mod ċar lill-approvazzjoni ta’ l-Awtorità. |
OPS 1.1010
Taħriġ ta’ Adattament u fid-Differenzi
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1010)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jkun temm taħriġ ta’ adattament u fid-differenzi xierqa, skond ir-regoli applikabbli u s-suġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1010. Il-kors ta’ taħriġ għandu jkun speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim. Il-programm u l-istruttura tal-kors ta’ taħriġ għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn quddiem ta’ l-Awtorità.
|
(b) |
Operatur għandu jiddetermina l-kontenut tat-taħriġ ta’ adattament u fid-differenzi waqt li jieħu kont tat-taħriġ preċedenti tal-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina kif reġistrat fir-registru ta’ taħriġ tal-membru ta’ ekwipaġġ tal-kabina kif meħtieġ mill-OPS 1.1035. |
(ċ) |
Mingħajr preġudizzju għall-OPS 1 995 (c), elementi relati kemm tat-taħriġ inizjali kif ukoll (EU OPS 1.1005) tat-taħriġ ta’ adattament u fid-differenzi (OPS 1.1010) jistgħu jitqegħdu flimkien. |
(d) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
(e) |
Operatur għandu jiżgura, illi kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina qabel ma jkun assenjat l-ewwel darba għax-xogħolijiet, ilesti t-Taħriġ CRM ta’ l-operatur u CRM speċifiku għat-Tip ta’ l-ajruplan, skond l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1010 (j). L-ekwipaġġ tal-kabina li diġa jaħdmu bħala membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina ma’ operatur, u li ma jkunux lestew minn qabel it-taħriġ CRM ta’ l-operatur, għandhom ilestu dan it-taħriġ sal-mument tat-taħriġ u kontrollar rikorrenti meħtieġ li jkun imiss skond l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1010 (j) inkluż CRM Speċifiku għat-tip ta’ l-ajruplan, kif rilevanti. |
OPS 1.1012
Familjarizzazjoni
Operatur għandu jiżgura li, wara li jitlesta t-taħriġ ta’ adattament, kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jlesti l-familjarizzazjoni qabel ma jopera bħala wieħed minn numru minimu tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ mill-OPS 1 990.
OPS 1.1015
Taħriġ rikorrenti
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1015)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jagħmel taħriġ rikorrenti, li jkopri l-azzjonijiet assenjati lil kull membru ta’ l- ekwipaġġ fi proċeduri normali u ta’ emerġenza u eżerċizzji rilevanti għat tip(i) u/jew varjant(i) ta’ l-ajruplan li fuqu joperaw skond l-anness 1 ta’ l-OPS 1.1015. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li l-programm ta’ taħriġ rikorrenti approvat mill-Awtorità jinkludi t-tagħlim teoretiku u prattiku, flimkien ma’ l-prattika individwali, kif imsemmi fl-Anness 1 ta’ l-OPS 1.1015. |
(ċ) |
Il-perjodu ta’ validità ta’ kontroll tat-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sigurtà skond OPS 1.1025 għandu jkun 12-il xahar tal-kalendarju minbarra l-bqija tax-xahar tal-ħruġ. Jekk jinħareġ fl-aħħar 3 xhur tal-kalendarju tal-validità ta’ line check ta’ qabel il-perjodu ta’ validità għandu jestendi mid-data tal-ħruġ sa’ 12-il xahar tal-kalendarju mid-data ta’ meta jiskadi dak il-line check ta’ qabel. |
OPS 1.1020
Taħriġ ta’ aġġornament
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1020)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina li kien assenti mid-dmirijiet ta’ titjir kollhagħal aktar minn 6 xhur u li għadu fil-perjodu tal-kontroll preċedenti meħtieġ mill- OPS 1.1025(b)(3) u jtemm taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddimkif preskritt fl-Appendiċi 1 ta’ OPS 1.1020. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li meta membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina ma kienx assenti mid-dmirijiet ta’ titjir kollha, iżda li waqt is-6 xhur preċedenti, ma wettaqx dmirijiet fuq tip ta’ ajruplan bħala membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ mill-OPS 1 990 (b), qabel ma jwettaq d-dmirijiet fuq dak it-tip, il-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina għandu, jew:
|
OPS 1.1025
Kontrolli
(a) |
Fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità, l-Awtorità, l-operatur jew l-organizzazjoni ta’ taħriġ awtorizzata li qed tipprovdi l-kors ta’ taħriġ għandha tiżgura li waqt jew wara jkun intemm it-taħriġ meħtieġ mill-OPS 1.1005, 1.1010, 1.1015 u 1.1020, kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jgħaddi minn kontroll li jkopri it-taħriġ mogħti biex jivverifika il-kapaċità biex jwettaq dmirijiet ta sigurtà normali u ta’ emerġenza. Fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità, l-Awtorità, l-operatur jew l-organizzazjoni ta’ taħriġ awtorizzata li qed tipprovdi l-kors ta’ taħriġ għandha tiżgura li l-persunal li qed iwettaq dawn il-kontrolli huwa kkwalifikat b’mod xieraq. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jissottometti ruħu għall-kontrolli kif ġej:
|
OPS 1.1030
Operazzjoni fuq iktar min tip jew varjant wieħed
(a) |
Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina ma joperax fuq aktar min tliet tipi ta’ ajruplan minbarra li meta bil-kunsens ta’ l-Awtorità, il-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jista’ jopera fuq erba’ tipi ta’ ajruplan, sakemm għal ta’ l-inqas tnejn mit-tipi:
|
(b) |
Għal-skopijiet tas-subparagrafu (a) hawn fuq, varjanti ta’ tip ta’ ajruplan jitqiesu bħala tipi differenti jekk mhux simili fl-aspetti kollha li ġejjin:
|
OPS 1.1035
Reġistrazzjoni tat-Taħriġ
Operatur għandu:
(1) |
Jżomm informazzjoni tat-taħriġ u l-kontrolli kollha meħtieġa mill-OPS 1.1005, 1.1010, 1.1015, 1.1020 u 1.1025; kif ukoll |
(2) |
Jżomm kopja ta’ attestazzjoni tat-taħriġ ta’ sigurtà; kif ukoll |
(3) |
Jżomm ir-registri dwar it-taħriġ u r-reġistri ta’ l-eżaminazzjonijiet jew il-valutazzjonijiet mediċi aġġornati, li juru fil-każ tar-reġistri dwar it-taħriġ id-data u l-kontenut tat-taħriġ ta’ adattament, fid-differenzi u t-taħriġ rikorrenti riċevut; kif ukoll |
(4) |
Jsiru reġistri fuq it-taħriġ u l-kontroll inizjali kollha, ta’ adattament u rikorrenti disponibbli, fuq talba, lill-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina kkonċernat. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1005
Taħriġ ta’ Sigurta Inizjali
Bħala minimu s-suġġetti li jridu jiġu koperti mill-kors inizjali ta’ taħriġ fuq is-sigurtà msemmija fl-OPS 1.1005 huma:
(a) |
Taħriġ fuq in-nar u d-duħħan:
|
(b) |
Taħriġ ta’sopravvivenza fl-ilma. Il-mod kif għandu jintlibes kif ukoll l-użu tat-tagħmir personali biex wieħed iżomm fil-wiċċ ta’ l-ilma. Qabel ma jopera għall-ewwel darba fuq ajruplan mgħammra biċ-ċattra ta’ salvataġġ jew tagħmir ieħor simili, irid jingħata taħriġ fuq l-użu ta’ dan it-tagħmir, kif ukoll prattika effettiva fl-ilma. |
(ċ) |
Taħriġ ta’sopravvivenza. Taħriġ ta’ sopravvivenza għandu jkun skond iż-żoni ta’ l-operazzjoni (eż. polari, deżert, ġungla jew baħar). |
(d) |
Aspetti mediċi u ta’ l-ewwel għajnuna:
|
(e) |
L-immaniġġar tal-passiġġiera:
|
(f) |
Komunikazzjoni Waqt it-taħriġ, għandu jingħata enfasi fuq l-importanza ta’ komunikazzjoni effettiva bejn il-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira inkluza t-teknika, il-lingwaġġ u t-terminoloġija komuni. |
(g) |
Dixxiplina u responsabbiltajiet
|
(h) |
Il-Ġestjoni tar-Riżorsi ta’ l-Ekwipaġġ.
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1010
Taħriġ ta’ Adattament u fid-Differenzi
(a) |
Ġenerali: Operatur għandu jiżgura illi:
|
(b) |
Taħriġ fuq in-nar u d-duħħan: Operatur għandu jiżgura illi:
|
(ċ) |
Tħaddim tal-bibien u ta’ ħruġ: Operatur għandu jiżgura illi:
|
(d) |
Taħriġ ta’ evakwazzjoni permezz taż-żurżieqa: Operatur għandu jiżgura illi:
|
(e) |
Proċeduri ta’ evakwazzjoni u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza oħra: Operatur għandu jiżgura illi:
|
(f) |
Kontroll tal-folla. Operatur għandu jiżgura li jingħata taħriġ fuq aspetti prattiċi tal-kontroll ta’ folla f’sitwazzjonijiet varji ta’ emerġenza, kif applikabbli għat-tip ta’ ajruplan. |
(g) |
Inkapaċitazzjoni tal-pilota Operatur għandu jiżgura li, sakemm l-ekwipaġġ tat-titjir minimu hu aktar minn tnejn, kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina hu mħarreġ fil-proċedura għall-inkapaċità ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jħaddem il-mekkaniżmi tas-sit u l-qfil. It-taħriġ fl-użu tas-sistema ta’ l-ossiġnu tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira u l-użu tal-lista ta’ kontroll tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, fejn meħtieġa mill-SOP ta’ l-operatur, għandhom jitwettqu b’dimostrazzjoni prattika |
(h) |
Tagħmir tas-sigurtà. Operatur għandu jiżgura li kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jingħata taħriġ realistiku fuq, u wirja tal-post u l-użu ta’ tagħmir ta’ sigurtà inklużi li ġejjin:
|
(i) |
Wirjiet li jinfurmaw lill-passiġġiera fuq is-sigurtà. Operatur għandu jiżgura li t-taħriġ jingħata bi preparazzjoni tal-passiġġiera għal sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza skond l-OPS 1 285. |
(j) |
Il-Ġestjoni tar-Riżorsi ta’ l-Ekwipaġġ. Operatur għandu jiżgura illi:
|
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1015
Taħriġ rikorrenti
(a) |
Operatur għandu jiżgura li taħriġ rikorrenti jsir min persuni bi kwalifiki xierqa. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li kull 12-il xahar tal-kalendarju ta’ taħriġ prattiku jinkludi li ġej:
|
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura illi, f’intervalli li ma jaqbżux it-3 snin, it-taħriġ rikorrenti jinkludi ukoll:
|
(d) |
Operatur għandu jiżgura li r-rekwiżiti xierqa ta’ l-Anness III, OPS 1 huma nklużi fit-taħriġ tal-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1020
Taħriġ ta’ aġġornament
Operatur għandu jiżgura li t-taħriġ ta’ aġġornament jitmexxa minn persuni bi kwalifiki adatti u, għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina, jikludi mill-inqas dan li ġej:
1. |
Proċeduri ta’ emerġenza fosthom l-inkapaċitazzjoni tal-pilota; |
2. |
Proċeduri ta’ evakwazzjoni fosthom it-tekniki għall-kontroll tal-folla; |
3. |
Kull operazzjoni u ftuħ attwali ta’ kull tip jew varjant ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza, fosthom bin-nuqqas tas-sistemi power assisted fejn imwaħħla. Dan sabiex jinkludu l-azzjoni u l-forzi meħtieġa biex jiġu operati u wżati żrieżaq ta’ evakwazzjoni. Dan it-taħriġ għandu jsir f’ajruplan jew f’tagħmir ta’ taħriġ rappreżentattiv. |
4. |
Wirja ta’ l-operazzjoni ta’ kull ħruġ ieħor inkluż twieqi tal-gverta ta’ l-ajruplan; kif ukoll |
5. |
Il-post u l-immaniġġar tat-tagħmir ta’ emerġenza, inklużi sistemi ta’ ossiġinu, u l-ilbies tal-ġkieket ta’ salvataġġ, ossiġinu portabbli u tagħmir protettiv għat-teħid tan-nifs. |
Appendiċi 2 sa’ OPS 1.1005/1.1010/1.1015
Taħriġ
1. |
Is-sillabi tat-taħriġ CRM, flimkien mal-metodoloġija u t-terminoloġija CRM, għandhom ikunu nklużi fil-Manwal tat-Tħaddim. |
2. |
Tabella 1 turi liema elementi tas- CRM għandhom jkunu inklużi f’kull tip ta’ taħriġ. Tabella 1 Taħriġ CRM:
|
SUBPARTI P
MANWALI, ĠURNALI U REĠISTRI
OPS 1.1040
Regoli Ġenerali għall-Manwali tat-Tħaddim
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi l-Manwal tat-Tħaddim jkun fih l-istruzzjonijiet u t-tagħrif neċessarju kollu għall-persunal ta’ l-operazzjonijiet sabiex iwettqu x-xogħolijiet tagħhom. |
(b) |
Operatur għandu jiżgura li l-kontenut tal-Manwal tat-Tħaddim, inklużi l-emendi jew ir-reviżjonijiet kollha, ma jiksrux il-kondizzjonijiet li hemm fiċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru (AOC) jew kwalunkwe regolamenti applikabbli u li huma aċċetabbli għal, jew, fejn japplika, approvati mill-Awtorità. |
(ċ) |
Għajr jekk ikun approvat mod ieħor mill-Awtorità, jew preskritt mill-liġi nazzjonali, operatur għandu jipprepara l-Manwal tat-Tħaddim fil-lingwa Ingliża. Minbarra dan, operatur jista’ jagħmel traduzzjoni u juża dak il-manwal, jew parti minnu, f’lingwa oħra. |
(d) |
Jekk ikun neċessarju għal operatur li jipproduċi Manwali tat-Tħaddim ġodda jew l-akbar partijiet/volumi minnu, huwa għandu jagħmel dan skond is-Subparagrafu (c) hawn fuq. |
(e) |
Operatur jista’ joħroġ il-Manwal tat-Tħaddim f’volumi separati. |
(f) |
Operatur għandu jiżgura li l-persunal ta’ l-operazzjonijiet kollha għandhom aċċess faċli għall-kopja ta’ kull parti tal-Manwal tat-Tħaddim li huwa rilevanti għad-dmirijiet tagħhom. Minbarra dan, l-operatur għandu jagħti lill-membri ta’ l-ekwipaġġ b’kopja personali ta’, jew taqsimiet minn, Partijiet A u B tal-Manwal tat-Tħaddim kif huma rilevanti għall-istudju personali. |
(g) |
Operatur għandu jiżgura illi l-Manwal tat-Tħaddim huwa emendat jew rivedut sabiex illi l-istruzzjonijiet u t-tagħrif fih jinżammu aġġornati. L-operatur għandu jiżgura li l-persunal ta’ l-operazzjonijiet kollha ikunu jafu dwar dawk it-tibdiliet li huma rilevanti għad-dmirijiet tagħhom. |
(h) |
Kull detentur tal-Manwal tat-Tħaddim, jew partijiet xierqa tiegħu, għandu jżomm dan aġġornat ma’ l-emendi jew ir-reviżjonijiet mogħtija mill-operatur. |
(i) |
Operatur għandu jagħti lill-Awtorità b’emendi jew reviżjonijiet maħsuba ‘l quddiem mid-data effettiva. Meta l-emenda tikkonċerna kwalunkwe parti tal-Manwal tat-Tħaddim li għandu jkun approvat skond l-OPS, din l-approvazzjoni għandha tinkiseb qabel l-emenda ssir effettiva. Meta emendi jew reviżjonijiet immedjati huma meħtieġa fl-interess tas-sigurtà, jistgħu jkunu ppubblikati u applikati immedjatament, sakemm tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni meħtieġa. |
(j) |
Operatur għandu jinkorpora l-emendi u r-reviżjonijiet kollha mitluba mill-Awtorità. |
(k) |
Operatur għandu jiżgura li informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati, u kwalunkwe emenda ta’ din id-dokumentazzjoni approvata, tidher b’mod korrett fil-Manwal tat-Tħaddim u illi l-Manwal tat-Tħaddim ma fihx tagħrif kuntrarju għal kwalunkwe dokumentazzjoni approvata. Madankollu, din ir-rekwiżit ma jevitax lill-operatur milli juża data u proċeduri aktar konservativi. |
(l) |
Operatur għandu jiżgura li l-kontenuti tal-Manwal tat-Tħaddim huma preżentati f’forma li biha jistgħu jintużaw mingħajr diffikultà. Id-disinn tal-Manwal tat-Tħaddim għandu josserva l-prinċipji tal-Fatturi Umani. |
(m) |
Operatur jista’ jingħata l-permess mill-Awtorità li jippreżenta l-Manwal tat-Tħaddim jew partijiet minnu f’forma minbarra fuq karta stampata. F’dawn il-każijiet livelli aċċetabbli ta’ aċċessibilità, użabbilità u affidibilità għandhom ikunu żgurati. |
(n) |
L-użu ta’ forma mqassra tal-Manwal tat-Tħaddim ma jeżentax l-operatur mir-rekwiżit ta’ l-OPS 1 130. |
OPS 1.1045
Manwal tat- Tħaddim — struttura u kontenut
(Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1045)
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-istruttura prinċipali tal-Manwal tat-Tħaddim hija kif ġej:
|
(b) |
Operatur għandu jiżgura li l-kontenuti tal-Manwal tat-Tħaddim huma skond l-Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1045 u rilevanti għaż-żona u t-tip tal-ħidma. |
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura illi, l-istruttura dettaljata tal-Manwal tat-Tħaddim huwa aċċetabbli għall-Awtorità. |
OPS 1.1050
Manwal tat-Titjir ta’ l-ajruplan
Operatur għandu jżomm Manwal tat-Titjir ta’ l-ajruplan approvat u aġġornat jew dokument ekwivalenti għal kull ajruplan li huwa jħaddem.
OPS 1.1055
Ġurnal tal-Vjaġġ
(a) |
Operatur għandu jżomm it-tagħrif li ġej għal kull titjira fil-forma ta’ Ġurnal tal-Vjaġġ:
|
(b) |
Operatur jista’ jkun permess li ma jżommx ġurnal tal-vjaġġ ta’ l-ajruplan, jew partijiet minnu, mill-Awtorità jekk it-tagħrif rilevanti huwa disponibbli f’dokumentazzjoni oħra. |
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura li d-daħliet kollha jsiru fl-istess ħin u li huma ta’ natura permanenti. |
OPS 1.1060
Pjan operattiv tat-titjira
(a) |
Operatur għandu jiżgura li l-pjan operattiv tat-titjira użat u d-daħliet li saru matul it-titjira jkun fihom dawn li ġejjin:
|
(b) |
Oġġetti li huma disponibbli minnufih f’dokumentazzjoni oħra jew minn sors aċċetabbli ieħor jew li huma rrilevanti għat-tip ta’ ħidma jistgħu jitħallew barra mill-pjan operattiv tat-titjira. |
(ċ) |
Operatur għandu jiżgura illi l-pjan operattiv tat-titjira u l-użu tagħha huwa spjegat fil-Manwal tat-Tħaddim. |
(d) |
Operatur għandu jiżgura li d-daħliet kollha fuq il-pjan operattiv tat-titjira jsiru fl-istess ħin u illi huma ta’ natura permanenti. |
OPS 1.1065
Perjodi tal-ħażna tad-dokument
Operatur għandu jiżgura li r-reġistri kollha u t-tagħrif tal-ħidma u tekniku rilevanti kollu għal kull titjira individwali, jinħażnu għall-perjodi preskritti fl-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1065.
OPS 1.1070
L-Espożizzjoni tal-ġestjoni ta’ l-operatur taż-żamma ta’ l-adegwatezza għat-titjir
Operatur għandu jżomm espożizzjoni kurrenti u approvata tal-ġestjoni taż-żamma ta’ l-adegwatezza għat-titjir kif preskritt fil-Parti M, paragrafu M.A.704. L-Issoktar ta’ l-Espożizzjoni dwar il-Ġestjoni ta’ l-Adegwatezza għat-Titjir
OPS 1.1071
Ġurnal Tekniku ta’ l-ajruplan;
Kull operatur għandu jżomm ġurnal tekniku ta’ l-ajruplan kif preskritt f’Parti M, paragrafu M.A.306, sistema ta’ ġurnal tekniku ta’ l-Operatur.
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1045
Kontenut tal-Manwal tat-Tħaddim
Operatur għandu jiżgura li l-Manwal tat-Tħaddim ikun fih dan li ġej:
A. |
ĠENERALI/BAŻIKA |
0. |
AMMINISTRAZZJONI U KONTROLL TAL-MANWAL TAT-TĦADDIM |
0.1. |
Introduzzjoni
|
0.2. |
Sistema ta’ emenda u reviżjoni
|
1. |
ORGANIZZAZZJONI U RESPONSABBILTAJIET |
1.1. |
Struttura ta’ l-organizzazzjoni. Deskrizzjoni ta’ l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni inkluż l-organigramma tal-kumpanija ġenerali u l-organigramma tad-dipartimenti tal-ħidmiet. L-organigramma għandha turi r-relazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Ħidmiet u d-Dipartimenti l-oħra tal-kumpannija. B’mod partikolari, is-subordinazzjoni u l-linji tar-rappurtar tad-Diviżjonijiet, id-Dipartimenti eċċ kollha, li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tal-ħidmiet tat-titjir, għandhom jintwerew. |
1.2. |
Persuna maħtura f’kariga. L-isem ta’ kull persuna maħtura f’kariga għall-ħidmiet tat-titjira, is-sistema tal-manutenzjoni, it-taħriġ ta’ l-ekwipaġġ u l-ħidmiet fl-art, kif preskritti fl-OPS 1 175(i). Għandha tkun inkluża deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
1.3. |
Responsabbiltajiet u dmirijiet tal-persunal tal-ġestjoni tal-ħidmiet. Deskrizzjoni tad-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet u l-awtorità tal-persunal tal-ġestjoni tal-ħidmiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tat-titjira u l-konformità mar-regolamenti applikabbli. |
1.4. |
Awtorità, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-kmandant. Dikjarazzjonijiet li tispjega l-awtorità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-kmandant. |
1.5. |
Dmirijiet u responsabbiltajiet tal-membri ta’ l-ekwipaġġ minbarra l-kmandant. |
2. |
KONTROLL U SORVELJANZA TAL-ĦIDMA |
2.1. |
Sorveljanza tal-ħidma mill-operatur. Spjegazzjoni tas-sistema għas-sorveljanza tal-ħidma mill-operatur (ara OPS 1 175(g)). Din għandha turi kif is-sigurtà tal-ħidmiet tat-titjir u l-kwalifiki tal-persunal għandhom ikunu sorveljati. B’mod partikolari, il-proċeduri relatati mas-suġġetti li ġejjin għandhom ikunu spjegati:
|
2.2. |
Sistema ta’ promulgazzjoni ta’ struzzjonijiet u informazzjoni tal-ħidma addizzjonali. Spjegazzjoni ta’ kwalunkwe sistema għall-promulgazzjoni tat-tagħrif li jista’ jkun ta’ natura operattiva iżda huwa supplimentari għal dak fil-Manwal tat-Tħaddim. L-applikabbilità ta’ dan it-tagħrif u r-responsabbiltajiet għall-promulgazzjoni tiegħu għandha tkun inkluża. |
2.3. |
Programm ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti u ta’ sigurtà tat-titjir Spjegazzjoni ta’ l-aspetti prinċipali tal-programm tas-sigurtà tat-titjira. |
2.4. |
Kontroll tat-tħaddim Spjegazzjoni tal-proċeduri u r-responsabbiltajiet neċessarji sabiex jintuża l-kontroll tal-ħidma fir-rigward tas-sigurtà tat-titjira. |
2.5. |
Setgħat ta’ l-Awtorità Spjegazzjoni tas-setgħat ta’ l-Awtorità, u gwida lill-istaff ta’ kif iħaffu l-ispezzjonijiet mill-persunal ta’ l-Awtorità. |
3. |
IS-SISTEMA TAL-KWALITÀ Spjegazzjoni tas-sistema ta’ kwalità adottata tinkludi ta’ l-inqas:
|
4. |
KOMPOŻIZZJONI TA’ L-EKWIPAĠĠ |
4.1. |
Kompożizzjoni Ta’ L-Ekwipaġġ Spjegazzjoni tal-metodu sabiex jiġu stabbiliti l-kompożizzjonijiet ta’ l-ekwipaġġ filwaqt li jittieħed kont ta’ dan li ġej:
|
4.2. |
L-Awtorità tal-kmandant Ir-regoli applikabbli għall-ħatra tal-kmandant. |
4.3. |
Inkapaċità ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira. Struzzjonijiet dwar is-suċċessjoni tal-kmand f’każ ta’ inkapaċità ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira. |
4.4. |
Ħidma ta’ aktar minn tip wieħed. Dikjarazzjoni li turi liema ajruplan jitqiesu bħala tip wieħed għall-iskop ta’:
|
5. |
REKWIŻITI TAL-KWALIFIKI |
5.1. |
Deskrizzjoni tal-liċenzja, klassifikata(i), kwalifika/kompetenza (eż. għar-rotot u l-ajrudromi), esperjenza, taħriġ, ikkontrollar u l-attività riċenti għall-persunal tal-ħidmiet sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Għandha tingħata konsiderazzjoni għat-tip ta’ l-ajruplan, it-tip tal-ħidma u l-kompożizzjoni ta’ l-ekwipaġġ. |
5.2. |
L-Ekwipaġġ tat-Titjira
|
5.3. |
L-Ekwipaġġ tal-Kabina
|
5.4. |
Persunal tat-taħriġ, ikkontrollar u s-sorveljanza.
|
5.5. |
Persunal ta’ l-operazzjonijiet oħra |
6. |
PREKAWZZJONIJIET GĦAS-SAĦĦA TA’ L-EKWIPAĠĠ |
6.1. |
Prekawzzjonijiet Għas-Saħħa Ta’ L-Ekwipaġġ Ir-regolamenti u l-gwida rilevanti għall-membri ta’ l-ekwipaġġ dwar is-saħħa jinkludu:
|
7. |
LIMITAZZJONIJIET TAL-ĦIN TAT-TITJIR |
7.1. |
Il-limitazzjonijiet tat-titjira u tal-ћin tas-servizz u l-kriterji tas-serћan L-iskema żviluppata mill-operatur skond il-ħtiġiet applikabbli. |
7.2. |
Qabżiet tal-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir u tax-xogħol u/jew tnaqqis tal-perjodi tal-mistrieħ. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-ħin tat-titjir u tax-xogħol jista’ jinqabeż jew il-perjodi tal-mistrieħ jistgħu jitnaqqsu u l-proċeduri użati sabiex jirrapurtaw dawn il-bidliet. |
8. |
PROĊEDURI TAL-ĦIDMA |
8.1. |
Istruzzjonijiet tal-Preparazzjoni tat-Titjira Kif japplika għall-ħidma: |
8.1.1. |
L-Altitudni minima tat-titjira Deskrizzjoni tal-metodu ta’ għarfien u applikazzjoni ta’ l-altitudni minimi jinkludu:
|
8.1.2. |
Il-kriterji u r-responsabbiltajiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ ajrudromi filwaqt li jittieħed kont tar-rekwiżiti applikabbli ta’ Subpartijiet D, E, F, G, H, I u J. |
8.1.3. |
Metodi għat-twaqqif tal-valuri minimi operattivi ta’ ajrudrom. Il-metodu sabiex jiġu stabbiliti l-valuri minimi operattivi ta’ ajrudrom għal titjiriet IFR skond l-OPS 1 Subparti E. Għandha ssir riferenza għall-proċeduri sabiex tiġi stabbilita l-viżibilità u/jew l-limitu viżwali tar-runway u għall-applikabbilità tal-viżibbilità effettiva osservata mill-piloti, il-viżibbilità rappurtata u l-limitu viżwali tar-runway rappurtat. |
8.1.4. |
Valuri minimi Operattivi matul ir-rotta għat-Titjiriet VFR jew porzjonijiet ta’ titjiriet VFR u, fejn jintużaw ajruplan b’magna waħda, struzzjonijiet għall-għażla tar-rotta fir-rigward għad-disponibbilità ta’ uċuħ lli jippermettu inżul furzat mingħajr periklu. |
8.1.5. |
Preżentazzjoni u Applikazzjoni ta’ Ajrudrom u Valuri Minimi operattivi matul ir-rotta |
8.1.6. |
Interpretazzjoni tat-tagħrif meterjoloġiku. Materjal ta’ spjegazzjoni dwar id-dekowdjar ta’ tbassiriet ta’ l-MET u rapporti MET rilevanti għaż-żona tal-ħidma, inkluża l-interpretazzjoni ta’ l-espressjoni kondizzjonali. |
8.1.7. |
Id-Deċiżjoni dwar il-kwantitajiet tal-fjuwil, żejt u metanol ta’ l-ilma li jinġarru. Il-metodi li bihom il-kwantitajiet tal-fjuwil, iż-żejt, u l-metanol ta’ l-ilma għandhom jinġarru huma stabbiliti u mħarsa matul it-titjira. Din it-taqsima għandha tinkludi ukoll struzzjonijiet dwar il-kejl u t-tqassim tal-fluwidu li jinġarr abbord. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jieħdu kont taċ-ċirkustanzi kollha li x’aktarx jiltaqgħu magħhom matul it-titjira, inkluż il-possibilità ta’ ppjanar mill-ġdid u ħsara ta’ waħda jew aktar mill-impjanti tal-qawwa ta’ l-ajruplan matul it-titjira. Is-sistema sabiex jinżammu r-reġistri tal-fjuwil u taż-żejt għandhom ikunu deskritti wkoll. |
8.1.8. |
Massa u ċ-Ċentru ta’ Gravità. Il-prinċipji ġenerali tal-massa u ċ-ċentru ta’ gravità jinkludu:
|
8.1.9. |
Pjan Operattiv tat-Titjira ATS Proċeduri u responsabbiltajiet għall-preparazzjoni u l-għoti tal-pjan tat-titjira tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru. Fatturi li għandhom jitqiesu jinkludu l-mezzi ta’ l-għoti kemm għall-pjanijiet tat-titjira individwali kif ukoll repettitivi. |
8.1.10. |
Pjan Operattiv tat-Titjira Il-proċeduri u r-responsabbiltajiet għall-preparazzjoni u l-aċċetazzjoni tal-pjan operattiv tat-titjira. L-użu tal-pjan operattiv tat-titjira għandu jkun deskritt inkluż il-kampjuni tal-format tal-pjan operattiv tat-titjira li qed jintuża. |
8.1.11. |
Il-Ġurnal Tekniku ta’ l-Ajruplan ta’ l-Operatur. Ir-responsabbiltajiet u l-użu tal--Ġurnal Tekniku ta’ l-ajruplan ta’ l-operatur għandhom ikunu deskritti, inklużi l-kampjuni tal-format użat. |
8.1.12. |
Lista ta’ dokumenti, forom u tagħrif addizzjonali li għandu jinġarr. |
8.2. |
Struzzjonijiet ta’ l-Immaniġġar fl-art |
8.2.1. |
Proċeduri għall-għoti tal-fjuwil. Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-fjuwil, inkluż:
|
8.2.2. |
Proċeduri fir-rigward ta’ l-ajruplan, il-passiġiera u l-immaniġġar relatati mas-sigurtà. Deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ l-ijmmaniġġar li għandhom jintużaw meta jkunu allokati postijiet ta’ bilqiegħda u t-tluq u l-inżul tal-passiġiera u meta jitgħabba jew jinħatt l-ajruplan. Proċeduri oħrajn, intiżi sabiex tintlaħaq is-sigurtà filwaqt li l-ajruplan huwa fuq ir-rampa, għandhom jingħataw ukoll. Il-proċeduri ta’ l-immaniġġar għandhom jinkludu:
|
8.2.3. |
Proċeduri għar-rifjut ta’ l-imbarkazzjoni. Proċeduri sabiex jiżguraw illi persuni li jidhru fis-sakra jew li juru b’indikazzjonijiet tal-kompartament tagħhom jew permezz ta’ l-indikazzjonijiet fiżiċi illi huma taħt l-influwenza ta’ drogi, għajr pazjenti taħt mediċina taħt il-kura xierqa, ma jitħallewx jitilgħu. Dan ma japplikax għall-pazjenti taħt mediċina taħt il-kura xierqa. |
8.2.4. |
Tneħħija u prevenzjoni tal-formazzjoni tas-silġ fl-art. Deskrizzjoni tal-politika u l-proċeduri għat-tneħħija u l-prevenzjoni tal-formazzjoni tas-silġ għall-ajruplan fuq l-art. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tat-tipi u effetti tal-formazzjoni tas-silġ u kontaminanti oħrajn fuq l-ajruplan waqt li jkunu wieqfa, matul il-movimenti fl-art u matul it-tluq. Minbarra dan, għandha tingħata deskrizzjoni tat-tipi ta’ fluwidu użati li għandha tinkludi:
|
8.3. |
Il-proċeduri tat-titjira |
8.3.1. |
Politika VFR/IFR. Deskrizzjoni tal-politika sabiex titjiriet jitħallew isiru taħt VFR, jew li titlob li titjiriet isiru taħt IFR, jew li jinbidlu minn wieħed għall-ieħor. |
8.3.2. |
Proċeduri tan-navigazzjoni Deskrizzjoni tal-proċeduri tan-navigazzjoni kollha rilevanti għat-tip(i) u ż-żona(i) ta’ l-operazzjoni. Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-:
|
8.3.3. |
Proċeduri ta’ l-isettjar ta’ l-altimetru inkluż l-użu, fejn xieraq, ta’
|
8.3.4. |
Is-Sistema ta’ twissija ta’ l-altitudni |
8.3.5. |
Sistema ta’ Twissija Qrubija lejn l-Art/Sistema ta’ Twissija biex tiġi evitata l-Art. Proċeduri u struzzjonijiet meħtieġa għall-evitar ta’ impatt ta’ titjira kkontrollata fl-art, inkluż il-limitazzjonijiet dwar ir-rata għolja ta’ l-inżul viċin il-wiċċ (ir-rekwiżiti tat-taħriġ relatati huma koperti f’D.2.1). |
8.3.6. |
Politika u proċeduri għall-użu ta’ TCAS/ACAS |
8.3.7. |
Politika u proċeduri għal ġestjoni tal-fjuwil matul it-titjira |
8.3.8. |
Kondizzjonijiet atmosferiċi mhux favorevoli u potenzjalment perikolużi. Proċeduri għall-ħidma fi, u/jew l-evitar ta’ kondizzjonijiet atmosferiċi mhux favorevoli u potenzjalment perikolużi inklużi:
|
8.3.9. |
Turbulenza tar-radda. Kriterji ta’ separazzjoni tat-turbulenza tar-radda ta’ ajruplan, filwaqt li jittieħed kont tat-tipi ta’ l-ajruplan, kondizzjonijiet tar-riħ u l-pożizzjoni tar-runway. |
8.3.10. |
Il-Membri ta’ l-Ekwipaġġ fil-postijiet tagћhom Ir-rekwiżiti għall-membri ta’ l-ekwipaġġ sabiex jokkuppaw l-istazzjonijiet assenjati jew is-sitijiet mogħtija lilhom matul il-fażijiet differenti tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sigurtà u jinkludi wkoll proċeduri għall-mistrieħ ikkontrollat fil-gverta ta’ l-ajruplan. |
8.3.11. |
Użu taċ-ċintorini tas-sigurtà għall-ekwipaġġ u l-passiġiera. Ir-rekwiżiti għall-membri ta’ l-ekwipaġġ u l-passiġiera sabiex jużaw iċ-ċintorini tas-sigurtà u/jew qfil matul il-fażijiet differenti tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sigurtà. |
8.3.12. |
L-Ammissjoni fuq il-gverta tat-titjira ta’ l-ajruplan Il-kondizzjonijiet għad-dħul fil-gverta ta’ l-ajruplan minn persuni minbarra l-ekwipaġġ tat-titjira. Il-politika dwar id-dħul ta’ l-ispetturi mill-Awtorità għandha tkun inkluża ukoll. |
8.3.13. |
Użu ta’ sitijiet ta’ l-ekwipaġġ vojta. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-użu tas-sitijiet ta’ l-ekwipaġġ vojta. |
8.3.14. |
Inkapaċità tal-membri ta’ l-ekwipaġġ. Il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti f’każ ta’ inkapaċità tal-membri ta’ l-ekwipaġġ matul it-titjira. Eżempji tat-tipi ta’ inkapaċità u l-mezzi sabiex jingħarfu għandhom ikunu inklużi. |
8.3.15. |
Rekwiżiti ta’ Sigurtà fil-Kabina. Proċeduri li jkopru:
|
8.3.16. |
L-għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri Il-kontenut, il-meżżi u l-ħinijiet għall-għoti ta’ informazzjoni lill-passiġiera skond l-OPS 1 285. |
8.3.17. |
Proċeduri għall-ajruplan li jitħaddmu kull meta jinġarr tagħmir tas-sejbien tar-radjazzjoni kożmika jew solari meħtieġa. Il-proċeduri għall-użu tat-tagħmir tas-sejbien tar-radjazzjoni kożmika jew solari u għar-reġistrar tal-qari tiegħu inklużi azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ illi l-valuri massimi speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim jinqabżu. Minbarra dan, il-proċeduri, inklużi l-proċeduri ATS, li għandhom ikunu segwiti f’każ illi tittieħed deċiżjoni li l-ajruplan jitniżel jew jieħu rotta ġdida. |
8.3.18. |
Politika dwar l-użu ta’ Awtopilota u Awtokontroll tat-taħlita tal-fjuwil. |
8.4. |
Ħidmiet ta’ kull temp Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ħidma assoċjati mal-ħidmiet fil-kondizzjonijiet ta’ temp kollha (Ara ukoll l-OPS Subparti D u E). |
8.5. |
ETOPS. Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ħidma ta’ l-ETOPS. |
8.6. |
Użu tal-Lista(i) tat-Tagħmir Minimu u tad-Devjazzjoni tal-Konfigurazzjoni |
8.7. |
Titjiriet mhux għall-qliegħ. Proċeduri u limitazzjonijiet għal:
|
8.8. |
Rekwiżiti ta’ Ossiġnu |
8.8.1. |
Spjegazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom l-ossiġnu għandu jkun mogħti u użat. |
8.8.2. |
Ir-rekwiżiti ta’ l-ossiġnu speċifikat għal:
|
9. |
OĠĠETTI U ARMI PERIKOLUŻI |
9.1. |
Tagħrif, struzzjonijiet u gwida ġenerali dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi jinkludu:
|
9.2. |
Il-kondizzjonijiet li taħthom l-armi, il-munizzjonijiet tal-gwerra u l-armi li jintużaw fl-isport jistgħu jinġarru. |
10. |
SIGURTÀ |
10.1. |
L-istruzzjonijiet u l-gwida tas-sigurtà ta’ natura mhux kunfidenzjali li għandhom jinkludu l-awtorità u r-responsabbiltajiet tal-persunal tal-ħidma. Il-politika u l-proċeduri għall-immaniġġar u r-rappurtar ta’ reati abbord bħall-interferenza mhux legali, sabutaġġ, theddid ta’ bombi, u ħtif għandhom ikunu imdaħħla ukoll. |
10.2. |
Deskrizzjoni ta’ miżuri u taħriġ ta’ sigurtà preventiva. Nota: Partijiet ta’ l-istruzzjonijiet u l-gwida tas-sigurtà jistgħu jinżammu kunfidenzjali. |
11. |
IMMANIĠĠAR, NOTIFIKAR U RAPPURTAR TA’ ĠRAJJIET Proċeduri għall-immaniġġar, notifikar u rappurtar ta’ ġrajjiet. Din it-taqsima għandha tinkludi:
|
12. |
REGOLI TA’ L-AJRU Ir-Regoli ta’ l-Ajru jinkludu:
|
13. |
KIRI Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti tat-twillija, proċeduri assoċjati u responsabbiltajiet tal-ġestjoni. |
B. |
KWISTJONIJIET TAL-ĦIDMA TA’ AJRUPLAN — RELATATI MAT-TIP Filwaqt li jittieħed kont tad-differenzi bejn it-tipi, u l-varjanti tat-tipi, taħt l-intestaturi li ġejjin: |
0. |
TAGĦRIF ĠENERALI U UNITAJIET TAL-KEJL |
0.1. |
Tagħrif ġenerali (eż. daqsijiet ta’ l-ajruplan), inkluż deskrizzjoni ta’ l-unitajiet tal-kejl użat għall-ħidma tat-tip ta’ ajruplan ikkonċernat u t-tabelli ta’ konverżjoni. |
1. |
LIMITAZZJONIJIET |
1.1. |
Deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet ċertifikati u l-limitazzjonijiet tal-ħidma applikabbli inkluż:
|
2. |
PROĊEDURI NORMALI |
2.1. |
Il-proċeduri normali u d-dmirijiet assenjati lill-ekwipaġġ, iċ-checklistsxierqa, is-sistema għall-użu taċ-checklistsu dikjarazzjoni li tkopri l-proċeduri tal-koordinazzjoni neċessarja bejn it-titjira u l-ekwipaġġ tal-kabina. Il-proċeduri u d-dmirijiet normali li ġejjin għandhom ikunu nklużi:
|
3. |
PROĊEDURI MHUX NORMALI U TA’ EMERĠENZA |
3.1. |
Il-proċeduri u d-dmirijiet mhux normali u ta’ emerġenza assenjati lill-ekwipaġġ, iċ-checklists xierqa, is-sistema għall-użu taċ-checklists u dikjarazzjoni li tkopri l-proċeduri ta’ koordinazzjoni neċessarja bejn l-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina. Il-proċeduri mhux normali u ta’ emerġenza li ġejjin għandhom ikunu nklużi:
|
4. |
PRESTAZZJONI |
4.0. |
Id-data ta’ l-eżekuzzjoni għandha tkun provduta fil-forma li fiha tista’ tintuża mingħajr diffikultà. |
4.1. |
Id-data ta’ l-eżekuzzjoni Materjal ta’ l-eżekuzzjoni li joffri d-data neċessarja għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-eżekuzzjonipreskritti fl-OPS 1 Subpartijiet F, G, H u I għandhom ikunu nklużi sabiex jippermettu t-twaqqif tal-:
|
4.1.1. |
Data supplimentari li tkopri titjir f’kondizzjonijiet ta’ formazzjoni ta’ silġ. Kwalunkwe eżekuzzjoni ċertifikata relatata ma’ konfigurazzjoni permissibbli, jew devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, bħall-istrument ta’ kontra l-iskiddjar ma jaħdimx, għandhom jiddaħħlu. |
4.1.2. |
Jekk Data ta’ l-eżekuzzjoni, kif meħtieġ għall-klassi ta’ l-eżekuzzjoni xierqa, ma tkunx disponibbli fl-AFM approvat, imbagħad data oħra aċċetabbli lill-Awtorità għandha tiddaħħal. Alternattivament, il-Manwal tat-Tħaddim jista’ jkun fih referenza għad-data approvata li tkun fl-AFM fejn din id-Data x’aktarx ma tintużax ta’ spiss jew f’emerġenza. |
4.2. |
Aktar Data ta’ l-eżekuzzjoni Data ta’ l-Eżekuzzjoni addizzjonali ta’ l-eżekuzzjoni addizzjonali fejn tapplika tinkludi:
|
5. |
PJANAR TA’ TITJIRA: |
5.1. |
Data u struzzjonijiet necessarji għall-ippjanar ta’ qabel it-titjira u ta’ matul it-titjira inkluż fatturi bħall-iskedi tal-veloċità u l-arranġamenti tal-qawwa. Fejn ikun applikabbli, il-proċeduri għall-ħidmiet bil-magna(i) mitfija, ETOPS (partikolarment il-veloċità moderata ta’ magna waħda ma taħdimx u d-distanza massima sa’ ajrudrom adegwat stabbilit skond l- OPS 1 245) u titjiriet lejn ajrudromi iżolati għandhom ikunu nklużi. |
5.2. |
Il-metodu tal-kalkolazzjoni tal-fjuwil meħtieġ għad-diversi stadji tat-titjira, skond l-OPS 1 255. |
6. |
MASSA U BILANĊ Struzzjonijiet u data għall-kalkolu tal-massa u l-bilanċ jinkludu:
|
7. |
TAGĦBIJA Proċeduri u dispożizzjonijiet għat-tagħbija u l-qafla tat-tagħbija fl-ajruplan. |
8. |
LISTA TAD-DEVJAZZJONI TAL-KONFIGURAZZJONI Il-Lista (i) tad-Devjazzjoni tal-Konfigurazzjoni (CDL), jekk provduti mill-fabbrikant, filwaqt li jittieħed kont tat-tipi u l-varjanti ta’ l-ajruplan li jitħaddmu inkluż il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta ajruplan jintbagħat taħt it-termini tas-CDL tiegħu. |
9. |
LISTA TA’ TAGĦMIR MINIMU Il-lista ta’ ta’ TagħmirMinimu (MEL) li tieħu kont tat-tipi u l-varjanti ta’ l-ajruplan li jitħaddmu u t-tip(i)/żona(i) tal-ħidma. L-MEL għandha tinkludi t-tagħmir tan-navigazzjoni u tieħu kont ta’ l-eżekuzzjoni meħtieġa għar-rotta u ż-żona tal-ħidma. |
10. |
TAGĦMIR TA’ SOPPRAVIVENZA U TA’ L-EMERĠENZA INKLUŻ L-OSSIĠNU |
10.1. |
Lista ta’ Tagħmir ta’ soppravivenza li għandu jinġarr għar-rotot li għandhom jittajjru u l-proċeduri għall-ikkontrollar tal-manutenzjoni ta’ dan it-tagħmir qabel it-tluq. L-istruzzjonijiet dwar il-post, l-aċċessibilità u l-użu tat-tagħmir ta’ soppravivenza u ta’ emerġenza u ċ-checklist(s)assoċjati għandhom ikunu nklużi ukoll. |
10.2. |
Il-proċedura sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ ossiġnu meħtieġ u l-kwantità li hija disponibbli. Il-profil tat-titjira, in-numru ta’ l-okkupanti u d-dikompressjoni tal-kabina possibbli għandhom jitqiesu. It-tagħrif provdut għandu jkun fil-forma li fiha jista’ jintuża mingħajr diffikultà. |
11. |
PROĊEDURI TA’ EVAKWAZZJONI TA’ EMERĠENZA |
11.1. |
Struzzjonijiet għall-preparazzjoni ta’ l-evakwazzjoni ta’ emerġenza inkluż il-koordinazzjoni ta’ l-ekwipaġġ u l-pożizzjoni ta’ l-istazzjoni ta’ l-emerġenza. |
11.2. |
Proċeduri Ta’ Evakwazzjoni Ta’ Emerġenza Deskrizzjoni tad-dmirijiet tal-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ għall-evakwazzjoni rapida ta’ l-ajruplan u l-immaniġġartal-passiġiera f’każ ta’ inżul furzat, inżul ta’ emerġenza u emerġenza oħra. |
12. |
IS-SISTEMI TA’ L-AJRUPLAN; Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ l-ajruplan, kontrolli relatati u indikazzjonijiet u struzzjonijiet tal-ħidma. |
C. |
STRUZZJONIJIET U TAGĦRIF DWAR IR-ROTTA U L-AJRUDROM |
1. |
Struzzjonijiet u tagħrif relatat mal-komunikazzjonijiet, in-navigazzjoni u l-ajrudromi inkluż livelli tat-titjira u altitudni minima għal kull rotta li għandha tittajjar u l-valuri minimi tal-ħidma għal kull ajrudrom ippjanat li sejjer jintuża, inkluż:
|
D. |
TAĦRIĠ |
1. |
Sillabi ta’ taħriġ u programmi ta’ kontroll għall-persunall tal-ħidma kollha assenjati dmirijiet ta’ ħidma b’konnessjoni mal-preparazzjoni u/jew il-kondotta tat-titjira. |
2. |
Sillabi ta’ taħriġ u programmi ta’ kontroll għandhom jinkludu: |
2.1. |
L-ekwipaġġ tat-titjira; L-oġġetti rilevanti kollha preskritti fis-Subparti E u N; |
2.2. |
Għall-Ekwipaġġ tal-Kabina L-oġġetti rilevanti kollha preskritti fis-Subparti O; |
2.3. |
Għall-persunal tal-ħidmiet ikkonċernat, inkluż il-membri ta’ l-ekwipaġġ:
|
2.4. |
Għall-persunal tal-ħidmiet minbarra l-membri ta’ l-ekwipaġġ (eż. dispaċċer, persunal ta’ l-immaniġġar, eċċ.). L-oġġetti rilevanti l-oħra kollha preskritti fl-OPS li għandhom x’jaqsmu max-xogħolijiet tagħhom. |
3. |
Proċeduri |
3.1. |
Proċeduri ta’ taħriġ u kontroll. |
3.2. |
Proċeduri li għandhom ikunu applikati f’każ illi l-persunal ma jilħaqx jew ma jżommx l-istandards meħtieġa. |
3.3. |
Proċeduri sabiex ikun żgurat illi s-sitwazzjonijiet mhux normali jew ta’ emerġenza li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ parti jew il-proċeduri mhux normali jew ta’ emerġenza kolha u s-simulazzjoni ta’ IMC permezz ta’ mezzi artifiċjali, mhumiex simulati matul titjiriet ta’ trasport kummerċjali bl-ajru. |
4. |
Deskrizzjoni tad-dokumentazzjoni li għandha tinħażen u l-perjodi tal-ħażna. (Ara l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1065). |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1065
Perjodi tal-ħażna tad-dokument
Operatur għandu jiżgura illi l-informazzjoni/dokumentazzjoni li ġejja tinħażen f’forma aċċetabbli, aċċessibbli għall-Awtorità, għall-perjodi murija fit-Tabelli hawn taħt.
Nota: Informazzjoni addizzjonali dwar iż-żamma tar-reġistri hija preskritta f’Parti M, paragrafu M.A.306(c) sistema ta’ ġurnal tekniku ta’ l-Operatur.
Tabella 1
Tagħrif użat għall-preparazzjoni u t-twettieq tat-titjira
Tagħrif użat għall-preparazzjoni u t-twettieqtat-titjira kif deskritt fl-OPS 1 135 |
|
Pjan operattiv tat-titjira |
3 xhur |
Ġurnal Tekniku ta’ l-ajruplan; |
36 xahar wara d-data ta’ l-aħħar dħul, skond Parti M M.A.306(c) |
Dokumentazzjoni ta’ l-għoti ta’ tagħrif NOTAM/AIS speċifiku għar-rotta jekk editjat mill-operatur |
3 xahar |
Id-Dokumenti tal-Massa u l-Bilanċ |
3 xahar |
Notifika ta’ tagћbijiet speċjali inklużi oġġetti perikolużi fosthom ukoll l-informazzjoni bil-miktub lill-kmandant |
3 xhur |
Tabella 2
Rapporti
Rapporti |
|
Ġurnal tal-Vjaġġ |
3 xhur |
Rapport(i) tat-titjira għar-reġistrar ta’ dettalji tar-reġistrar ta’ kwalunkwe ġrajja, kif imniżżel fl-OPS 1 420, jew kwalunkwe ġrajja li l-kmandant iqis neċessarju li jirraporta/jirreġistra |
3 xhur |
Rapporti dwar l-eċċess ta’ xogħol u/jew it-tnaqqis tal-perjodi tal-mistrieħ |
3 xhur |
Tabella 3
Ir-reġistri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira
Ir-reġistri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira |
|
Ħin tat-Titjira, tax-xogħol u tal-mistrieħ |
15 xhur |
Liċenzja |
Sakemm il-membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira juża l-privileġġi tal-liċenzja ta’ l-operatur |
Taħriġ ta’ Adattament u kontroll |
3 snin |
Kors tal-kmandant (inkluż l-ikkontrollar) |
3 snin |
Taħriġ u Ikkontrollar Rikorrenti |
3 snin |
Taħriġ u kkontrollar sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-pilota |
3 snin |
Esperjenza riċenti (riferenza OPS 1 970) |
15 xhur |
Kompetenza tar-rotta u ta’ l-ajrudrom (riferenza għall-OPS1 975) |
3 snin |
Taħriġ u kwalifika għall-ħidmiet speċifiċi meta meħtieġa mill-OPS (eż. ħidmiet ETOPS CATII/III) |
3 snin |
Taħriġ ta’ l-Oġġetti Perikolużi kif xieraq |
3 snin |
Tabella 4
Reġistri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina
Reġistri ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina |
|
Ħin tat-Titjira, tax-xogħol u tal-mistrieħ |
15 xhur |
Taħriġ tal-bidu, taħriġ ta’ adattament u fid-differenzi (inkluż l-ikkontrollar) |
Sakemm il-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina huwa impjegat mill-operatur |
Taħriġ rikorrenti u ta’ aġġornament (inkluż l-ikkontrollar) |
Sa’ 12-il xahar wara li l-membru ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina ikun telaq l-impjieg ta’ l-operatur |
Taħriġ ta’ l-Oġġetti Perikolużi kif xieraq |
3 snin |
Tabella 5
Reġistri għall-persunal ta’ ħidmiet oħra
Reġistri għall-persunal ta’ ħidmiet oħra |
|
Reġistri tat-taħriġ/kwalifika tal-persunal l-ieħor li għalihom ikun hemm il-ħtieġa ta’ programm ta’ taħriġ approvat mill-OPS |
L-aħħar 2 reġistri tat-taħriġ |
Tabella 6
Reġistri oħra
Reġistri oħra |
|
Reġistri dwar id-doża ta’ radjazzjoni kożmika u solari |
Sa’ 12-il xahar wara li l-membru ta’ l-ekwipaġġ ikun ħalla l-impjieg ta’ l-operatur |
Reġistri tas-Sistema tal-Kwalità |
5 snin |
Dokument tat-Trasport ta’ l-Oġġetti Perikolużi |
3 xhur wara t-tlestija tat-titjira |
Checklist ta’ l-Aċċetazzjoni ta’ l-Oġġetti Perikolużi |
3 xhur wara t-tlestija tat-titjira |
SUBPARTI Q
LIMITAZZJONIJIET FUQ IL-ĦIN TAT-TITJIRIET U DMIRIJIET U L-ĦTIĠIET TA’ MISTRIEĦ
OPS 1.1090
Għanijiet u ambitu
1. |
Operatur għandu jistabblilixxi l-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjiriet u d-dmirijiet u skemi ta’ mistrieħ (FTL) għall-membri ta’ l-ekwipaġġ. |
2. |
Operatur għandu jiżgura li għat-titjiriet kollha tiegħu: |
2.1. |
Il-limitazzjonijiet fil-ħin tat-titjiriet u d-dmirijiet u l-iskemi ta’ mistrieħ hu skond dawn it-tnejn:
|
2.2. |
It-titjiriet huma ppjanati sabiex jiġu mitmuma, meta jitqies iż-żmien meħtieġ għad-dmirijiet ta’ qabel it-titjira, it-titjira u l-ħinijiet sat-titjira lura, fil-ħin permess għad-dmirijiet fl-ajru. |
2.3. |
Ir-rosters tax-xogħol għandhom jkunu ppreparati u ppubblikati biżżejjed bil-quddiem biex jipprovdu l-opportunità għall-membri ta’ l-ekwipaġġ biex jippjanaw mistrieħ xieraq. |
3. |
Resposabbiltajiet ta’ l-Operatur |
3.1. |
Operatur għandu jinnomina bażi ta’ residenza għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ. |
3.2. |
L-Operaturi huma mistennija japprezzaw ir-relazzjoni bejn il-frekwenzi u l-mudell tad-dmirijiet waqt il-perjodi tat-titjira u perjodi ta’ mistrieħ u tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-effetti kumulattivi ta’ sigħat twal ta’ xogħol b’intervall ta’ mistrieħ minimu. |
3.3. |
Operaturi għandhom jallokaw il-mudelli tad-dmirijiet li jevitaw tali prattika mhux mixtieqa bħall-alternazzjoni bejn dmirijiet matul il-ġurnata/il-lejl jew iż-żamma mit-titjir tal-membri ta’ l-ekwipaġġ sabiex isseħħ firda bejn il-mudelli ta’ l-irqad/tax-xogħol. |
3.4. |
Operaturi għandhom jippjanaw il-ġranet lokali ħielsa mid-dmirijiet u javżaw lill-membri ta’ l-ekwipaġġ bil-quddiem. |
3.5. |
Operaturi għandhom jiżguraw li l-perjodi ta’ mistrieħ jipprovdu ħin suffiċjenti biex iħalli l-ekwipaġġ jirkupra mill-effetti ta’ dmirijiet preċedenti u li jkunu mistrieħa sew fil-bidu tal-perjodu tad-dmirijiet matul it- titjira ta’ wara. |
3.6. |
Operaturi għandhom jiżguraw li l-perjodi tad-dmirijiet waqt it-titjira huma ppjanati biex jippermettu li l-membri ta’ l-ekwipaġġ jibqgħu ħielsa biżejjed mill-għejja biex jkunu jistgħu joperaw għall-livell sodisfaċenti ta’ sigurta taħt iċ-ċirkostanzi kollha. |
4. |
Ir-Responsabbiltajiet ta’ l-ekwipaġġ |
4.1. |
Membru ta’ l-ekwipaġġ m’ għandux jopera ajruplan jekk hu/hi jaf/taf li hu qed ibati minn għejja jew ma jħossux tajjeb, tant li t-titjira tista’ tiġi pperikolata. |
4.2. |
Membri ta’ l-ekwipaġġ għandhom jagħmlu użu tajjeb ta’ l-opportunitajiet u l-faċilitajiet ipprovduti għall-mistrieħ, u għandhom jippjanaw u jużaw il-perjodi ta’ mistrieħ tagħhom tajjeb. |
5. |
Responsabiltajiet ta’ l-Awtoritajiet ta’ l-Avjazzjoni Ċivili |
5.1. |
Varjazzjoni |
5.1.1. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, l-Awtorità tista’ tippermetti varjazzjonijiet għar-rekwiżiti ta’ din is-Subparti skond il-liġijiet applikabbli u l-proċeduri fl-Istati Membri konċernati u b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati. |
5.1.2. |
Kull operatur irid juri lill-Awtorità, bl-użu ta’ l-esperjenza operazzjonali u waqt li jieħu kont tal-fatturi rilevanti oħra bħall-għarfien xjentifiku kurrenti, li l-varjazzjoni mitluba tipproduċi l-istess livell ta’ sigurtà. Varjazzjonijiet bħal dawn għandhom jkunu akkumpanjati fejn jixraq b’miżuri adatti biex ipattu. |
OPS 1.1095
Id-Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.1. |
L-ekwipaġġ tat-titjira; Ekwipaġġ ta’ titjira li jinkludi iktar minn numru minimu mitlub għall-operazzjoni ta’ l-ajruplan u li fih kull membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jista’ jħalli/tħalli postu/ha u jiġi sostitut minn membru ieħor ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira bi kwalifiki xierqa. |
1.2. |
Block Time: Iż-żmien bejn meta l-ajruplan l-ewwel jiċċaqlaq mill-post fejn hu pparkjat għall-iskop li jitlaq, sa meta jieqaf fil-post ippjanat għal l-ipparkjar u l-magni u l-iskrejjen jitwaqqfu. |
1.3. |
Brejk Perjodu liberu mid-dmirijiet kollha, li jiswa bħala ħin ta’ dmir, li hu inqas minn perjodu ta’ mistrieħ. |
1.4. |
Dazju Kull xogħol marbut ma’ l-attivita’ ta’ min għandu l-AOC li membru ta’ l-ekwipaġġ hu mitlub li jagħmel. Sakemm regoli speċifiċi huma pprovduti minn dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tfisser jekk u sa liema limitu, li wieħed ikun lest għal meta jiġi msejjaħ, huwa meqjus bħala dmir. |
1.5. |
Perjodu tax-xogħol: Perjodu li jibda’ meta l-membru ta’ l-ekwipaġġ hu mitlub minn operatur biex jibda’ ix-xogħol u jispiċċa meta l-membru ta’ l-ekwipaġġ hu liberu min kull xogħol. |
1.6. |
Perjodu tax-xogħol it-titjira Perjodu ta’ Xogħol fuq Titjira (PDT) huwa ż-żmien kollu waqt li l-istess persuna topera f’inġenju ta’ l-ajru bħala membru ta’ l-ekwipaġġ tiegħu. Il-PDT jibda’ meta l-membru ta’ l-ekwipaġġ huwa mitlub minn operatur biex jirraporta għat-titjira jew sensiela ta’ titjiriet; jispiċċa fit-tmiem ta’ l-aħħar titjira li fuqa hu/hi huwa membru operattiv ta’ l-ekwipaġġ. |
1.7. |
Bażi ta’ residenza: Il-post nominat mill-operatur lill-membru ta’ l-ekwipaġġ li minnu l-membru ta’ l-ekwipaġġ normalment jibda’ u jispiċċa perjodu ta’ dmir jew sensiela ta’ perjodi ta’ dmir u fejn, taħt kondizzjonijiet normali, l-operatur mhux responabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru ta’ l-ekwipaġġ konċernat. |
1.8. |
Jum Lokali: Perjodu ta’ 24 siegħa li jibda’ fil- 00:00 ħin lokali. |
1.9. |
Lejl Lokali: Perjodu ta’ 8 sigħat li jseħħ bejn it-22:00 siegħa u t-08:00 siegħa tal-ħin lokali. |
1.10. |
Jum wieħed liberu mid-dmir: Jum wieħed liberu mid-dmir għandu jinkludi żewġt iljieli lokali. Perjodu ta’ mistrieħ jista’ jiġi nkluż bħala parti mill-ġurnata ta’ mistrieħ. |
1.11. |
Membru ta’ l-ekwipaġġ; Membru ta’ l-ekwipaġġ li jaqdi/taqdi id-dmirijiet tiegħu/tagħha f’inġenju ta’ l-ajru waqt titjira jew waqt parti minn titjira. |
1.12. |
Pożizzjonament It-trasferiment ta’ membru li mhux operattiv minn post għall-post, fuq talba ta’ l-operatur bit-tħollija barra taż-żmien ta’ l-ivjaġġar. Żmien ta’ l-ivjaġġar hu imfisser bħal:
|
1.13. |
Perjodi ta’ serħan Perjodu mhux interrott u definit ta’ żmien meta l-membru ta’ l-ekwipaġġ hu ħieles mid-dmirijiet kollha u stad ta’ l-ajruport. |
1.14. |
Stennija għas-sejħa tax-xogħol (Standby) Perjodu ta’ żmien definit li waqtu membru ta’ l-ekwipaġġ hu mitlub mill-operatur biex jkun disponibbli sabiex jirċievi assenjazzjoni għaltitjira, pożizzjonament jew dmirijiet oħra mingħajr ma jidħol f’perjodu ta’ mistrieħ. |
1.15. |
“Window of Circadian Low” (WOCL): Il-Window of Circadian Low (WOCL) hu perjodu bejn it-02:00 siegħa u l-05:59 siegħa. Fi tliet żoni ta’ ħin il-WOCL jirreferi għall-ħin tad-dar. Il-barra minn dawn it-tlett żoni ta’ ħin il-WOCL jirreferi għal ħin tal-bażi tar-residenza għall-ewwel 48 siegħa wara t-tluq miż-żona tal-ħin mill-bażi tar-residenza, u l-ħin lokali li jiġi wara. |
OPS 1.1100
Limitazzjonijiet tal-ħinijiet tat-titjir u tad-dmirijiet
1.1. |
Sigħat kumulattivi ta’ xogħol Operatur għandu jiżgura li l-perjodu totali ta’ dmirijiet li għalihom membru ta’ l-ekwipaġġ hu assenjat ma jkunux aktar minn:
|
1.2. |
Limitu fuq it-total ta’ “block times” Operatur għandu jiżgura li t-total tal- block times tat-titjiriet li fuqhom membru individwali ta’ l-ekwipaġġ jiġi assenjat bħala membru ta’ l-ekwipaġġ operattiv ma jinqabiżx:
|
OPS 1.1105
Il-perjodu massimu kuljum ta’ ħin ta’ xogħol fuq titjira (FDP)
1.1. |
Dan l-OPS ma japplikax għall-operazzjonijiet b’pilota wieħed jew għall-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza. |
1.2. |
Operatur għandu jispeċifika l-ħinijiet ta’ rapportar li jirriflettu b’mod realistiku l-ħin ta’ dmirijiet fl-art marbuta mas-sigurtà kif approvati mill-Awtorità. |
1.3. |
Il-perjodu massimu kuljum ta’ ħin FDP huwa ta’ 13-il siegħa. |
1.4. |
Dawn it-13-il siegħa għandhom jitnaqqsu bi 30 minuta għal kull settur mit-tielet settur il-quddiem bi tnaqqis massimu totali ta’ sagħtejn. |
1.5. |
Meta l-FDP jibda’ fil-WOCL, il-perjodu massimu msemmi fil-punt 1.3 u l-punt 1.4 għandu jitnaqqas bil 100 % ta’ meta ħin jidħol fl-ieħor sa massimu ta’ sagħtejn. Meta l-FDP jispiċċa jew jinkludi kompletament il-WOCL, il-perjodu massimu FDP iddikjarat fil-punt 1.3 u fil-punt 1.4 għandu jitnaqqas bil-50 % tad-dħul tiegħu fuq l-ieħor. |
2. |
Estensjonijiet: |
2.1. |
Il-perjodu massimu kuljum ta’ ħin FDP jista’ jiġi estiż sa’ siegħa aktar. |
2.2. |
Mhux permessi li jsiru estensjonijiet għal FDP bażiku ta’ sitt setturi jew aktar. |
2.3. |
Fejn FDP jidħol fuq il-WOCL b’ estensjonijiet sa’ medda ta sagħtejn l-estensjonijiet huma limitati sa erba’ setturi. |
2.4. |
Fejn FDP jidħol fuq il-WOCL b’aktar minn sagħtejn l-estensjonijiet huma limitati sa’ żewġ setturi. |
2.5. |
In-numru massimu ta’ estensjonijiet hu ta’ tnejn fi kwalunkwe 7 t’ijiem konsekuttivi. |
2.6. |
Fejn FDP hu ppjanat biex juża estensjoni qabel u wara l-ħin minimu ta’ mistrieħ mit-titjira jiżdied b’sagħtejn jew inkella wara l-ħin ta’ mistrieħ mit-titjira biss jiżdied b’erba’ sigħat. Meta l-estensjonijiet jiġu użati għall-FDP b’mod konsekuttivi l-ħin ta’ mistrieħ ta’ qabel u wara bejn iż-żewġ operazzjonijiet għandu jittieħed jgħaddi konsekutivament. |
2.7. |
Meta l-FDP b’estensjoni jibda’ fil-perjodu ta’ bejn it-22:00 sa l-04:59 l-operatur għandu jillimita l-FDP għal 11.45 sigħat. |
3. |
L-Ekwipaġġ tal-Kabina |
3.1. |
Biex ekwipaġġ tal-kabina jiġi assenjat titjira jew sensiela ta’ titjiriet, l-FDP ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina jista’ jigi estiż bid-differenza fil-ħin ta’ rappurtar bejn l-ekwipaġġ tal kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm id-differenza ma tkunx ta’ aktar minn siegħa. |
4. |
Saħħa fl-Operazzjonijiet |
4.1. |
L-iskedi ppjanati jridu jipprovdu biex it-titjiriet jintemmu fl-itwal perjodu ta’ dmir ta’ titjira. Biex jgħinu sabiex jinkiseb dan l-operaturi għandhom jieħdu azzjoni sabiex jibdlu l-iskeda jew l-arranġament ta’ l-ekwipaġġ sa mhux aktar tard ikun fejn l-operazzjoni effettiva taqbeż l-FDP massimu fuq aktar min 33 % tat-titjiriet f’dik l-skeda matul il-perjodu ta’ l-istaġun ta’ dik l-iskeda. |
5. |
Pożizzjonament |
5.1. |
Iż-żmien kollu mqatta’ fuq il-pożizzjonament jingħadd bħala dmir. |
5.2. |
Pożizzjonamnet wara li jirraportaw imma qabel ma joperaw għandu jiġi nkluż bħala parti mill-FDP imma ma għandux jgħodd bħala settur. |
5.3. |
Settur ta’ pożizzjonament immedjatament wara settur operattiv jitqies għall-kalkolazzjoni tal-ħin massimu ta’ mistrieħ minimu kif imfisser fl-OPS 1.1110 punti 1.1 u 1.2 hawn taħt. |
6. |
FDP Estiż (Dmir Maqsum) |
6.1. |
L-Awtorità tista’, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, tagħti l-kunsens għal operazzjoni bbażata fuq FDP estiż li jinkludi intervall. |
6.2. |
Kull operatur irid juri lill-Awtorità, bl-użu ta’ l-esperjenza operattiva u waqt li jqis fatturi oħra rilevanti, bħat-tagħrif xjentifiku kurrenti, li t-talba tiegħu għal FDP estiż tipproduċi l-istess livell ta’ sigurtà. |
OPS 1.1110
Serħan
1. |
Ħin minimu ta’ mistrieħ |
1.1. |
Il-ħin minimu ta’ mistrieħ li jrid jiġi pprovdut qabel ma jwettaq perjodu ta’ dmir waqt titjira li tibda mill-bażi ta’ residenza jkun twil ta’ l-inqas daqs il-perjodu ta’ dmir preċedenti jew 12 il-siegħa liema wieħed ikun l-itwal; |
1.2. |
Il-ħin minimu ta’ mistrieħ li jrid jiġi pprovdut qabel ma jwettaq perjodu ta’ dmir waqt titjira li tibda il-bogħod mill-bażi ta’ residenza għandu jkun twil ta’ l-inqas daqs il-perjodu ta’ dmir jew 10 sigħat liema wieħed ikun l-itwal; fil-każ ta’ ħin minimu ta’ mistrieħ l-bogħod mill-bażi ta’ residenza, l-operatur, waqt li jagħti kont tal-bżonnijiet tal-ivvjaġġar u oħrajn fiżjoloġiċi, irid jipprovdi għall-opportunità ta’ raqda ta’ 8 sigħat; |
1.3. |
Kif irregolat mill-Awtorità bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, l-operatur għandu jiżgura li l-effetti tad-differenzi fiż-żoni tal-ħin fuq il-membri ta’ l-ekwipaġġ ikunu kompensati b’mistrieħ miżjud. |
1.4.1. |
Minkejja 1.1 u 1.2 u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, l-Awtorità tista’ tħalli arranġamenti ta’ mistrieħ imnaqqsa. |
1.4.2. |
Kull operatur irid juri lill-Awtorità, bl-użu ta’ l-esperjenza operattiva u waqt li jqis fatturi oħra rilevanti, bħat-tgħarif xjentifiku kurrenti, li t-talba tiegħu għal arranġamenti ta’ mistrieħ imnaqqsa tipproduċi l-istess livell ta’ sigurtà. |
2. |
Perjodi ta’ mistrieħ |
2.1. |
Operatur għandu jiżgura li l-perjodu ta’ mistrieħ pprovdut hekk kif spjegat hawn fuq jiġi miżjud perjodikament, għal perjodu ta’ mistrieħ fil-gimgħa, ta’ 36 siegħa inklużi żewġt iljieli lokali, biex ma jkun hemm qatt iktar min 168 siegħa bejn it-tmiem ta’ perjodu ta’ mistrieħ ta’ ġimgħa u l-bidu ta’ dak li jmiss. Bħala eċċezzjoni għall-OPS 1.1095 punt 1.9, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li t-tieni taż-żewġ t’iljieli jista’ jibda’ mill-20:00 siegħa jekk il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jkollu dewmien ta’ mill-inqas 40 siegħa. |
OPS 1.1115
Estensjoni tal-perjodu ta’ dmir fuq titjira minħabba mistrieħ meħud matul it-titjira
1. |
Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 hu pprovdut li kull operatur juri lill-Awtorità, bl-użu ta’ l-esperjenża operattiva, u waqt li jqis fatturi oħra rilevanti bħall-għarfien xjentifiku kurrenti, li t-talbiet tiegħu jipproduċu l-istess livell ta’ sigurtà: |
1.1. |
Żieda fl-Ekwipaġġ tat-Titjira l-Awtorità għandha toħloq rekwiżiti fir-rigward taż-żieda fl-ekwipaġġ bażiku tat-titjira għall-iskop li jiġi estiż il-perjodu ta’ dmir fuqtitjira aktar mill-limiti fl-OPS 1.1105 hawn fuq; |
1.2. |
L-Ekwipaġġ tal-Kabina l-Awtorità għandha toħloq rekwiżiti fir-rigward tal-ħin minimu ta’ mistrieħ ta’ membru(i) ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina fuq titjira meta l-FDP jmur lil hinn mill-limiti fl-OPS 1.1105 hawn fuq; |
OPS 1.1120
Ċirkostanzi mhux mistennija f’ operazzjonijiet effettivi ta’ titjir — id-diskrezzjoni tal-kmandant
1. |
Meta jitqies il-bżonn ta’ kontroll attent ta’ dawn l-istanzi msemmija hawn taħt, matul l-operazzjoni effettiva tat-titjira, li tibda mill-ħin tar-rapport, il-limiti ta’ ħin ta’ dmir fuq titjira, il-perjodi ta’ dmir u ta’ mistrieħ imfassla f’din is-Subparti jistgħu jiġu emendati fil-każ ta’ ċirkostanżi mhux mistennija. Kull tali bidla trid tkun aċċettabbli għall-kmandant wara konsultazzjoni mal-membri l-oħra kollha ta’ l-ekwipaġġ u jridu, fiċ-ċirkostanzi kollha, jimxu ma’ dan li ġej: |
1.1. |
L-FDP massimu mmsemmi fl-OPS 1.1105 punt 1.3 hawn fuq ma jistax jiżdied b’aktar minn sagħtejn sakemm ma kienx hemm żieda fl-ekwipaġġ tal-kabina, fl-liema każ il-perjodu ta’ dmir fuq titjira ma jistax jiżdied b’aktar minn 3 sigħat; |
1.1.2. |
Jekk fl-aħħar settur f’FDP wara it-tluq iseħħu ċirkostanzi mhux mistennija li jirriżultaw fiż-żieda permessa tinqabeż, it-titjira tista’ tkompli lejn id-destinazzjoni ppjanata jew alternattiva; |
1.1.3. |
Fil-każ li jseħħu dawn iċ-ċirkostanzi l-perjodu ta’ mistrieħ wara l-FDP jista’ jitnaqqas imma qatt taħt il-ħin minimu ta’ mistrieħ mfisser fl-OPS 1.1110 punt 1.2 ta’ din is-Subparti; |
1.2. |
Il-Kmandant, fil-każ ta’ ċirkostanzi speċjali, li jkunu jistgħu jwasslu għall-għajja gravi, u wara konsultazzjoni mal-membri ta’ l-ekwipaġġ milquta, għandu jnaqqas il-ħin tad-dmir fuq titjira u/jew iżid il-ħin ta’ mistrieħ biex jelimina kull effett ħażin fuq is-sigurtà tat-titjira; |
1.3. |
Operatur għandu jiżgura illi: |
1.3.1. |
Il-Kmandant jagħmel rapport lill-operatur kull meta l-FDP jiġi miżjud b’diskrezzjoni tiegħu/tagħha jew meta perjodu ta’ mistrieħ jitnaqqas waqt l-operazzjoni effettiva u. |
1.3.2. |
Fejn żieda ta’ l-FDP jew tnaqqis ta’ perjodu ta’ mistrieħ jkun ta’ aktar minn siegħa, kopja tar-rapport, li miegħu l-operatur għandu jżid il-kummenti tiegħu, jintbagħat lill-Awtorità mhux aktar tard minn 28 ġurnata wara l-ġrajja. |
OPS 1.1125
Stennija għas-sejħa tax-xogħol (Standby)
1. |
Standby Fl-Ajruport |
1.1. |
Membru ta’ l-ekwipaġġ qiegħed fuq standby fl-ajruport minn meta jirraporta fil-punt normali ta’ rapport sat-tmiem tal-perjodu notifikat ta’ standby. |
1.2. |
Standby fl-ajruport għandu jgħodd kollu għar-raġunijiet ta’ sigħat ta’ dmiri kumulattivi. |
1.3. |
Meta immedjatament wara standby fl-ajruport jiġi dmir fuq titjira, ir-rabta bejn tali standby fl-ajruport u d-dmir fuq titjira assenjata għandha titfisser mill-Awtorità. F’tali każ, l-istennija għas-standby fl-ajruport għandha tiżdied mal-perjodu ta’ dmir imsemmi fl-OPS 1.1110 taħt il-punti 1.1 u 1.2 għall-iskopijiet li jiġi kkalkulat il-ħin minimu ta’ mistrieħ. |
1.4. |
Meta l-istandby fl-ajruport ma twassalx għall-assenjament ta’ dmir fuq titjira, din għandha tiġi segwita ta’ l-inqas b’perjodu ta’ mistrieħ kif regolat mill-Awtorità. |
1.5. |
Waqt l-istandby fl-ajruport l-operatur għandu jipprovdi lill-membri ta’ l-ekwipaġġ post kwiet u komdu mhux miftuħ għall-pubbliku. |
2. |
Tipi oħra ta’ standby (inkluż standby f’lukanda) |
2.1. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, il-forom kollha ta’ standby għandhom ikunu rregolati mill-Awtorità, li għandha tqis dan li ġej: |
2.1.1. |
L-attivitajiet kollha għadhom ikunu fuq bażi ta’ roster/jew b’notifika bil-quddiem. |
2.1.2. |
Il-bidu u t-tmiem tal-ħin ta’ standby għandhom jiġu mfissra u notifikati bil-quddiem. |
2.1.3. |
It-tul massimu ta’ kwalunkwe standby f’post barra l-punt ta’ rapport speċifikat għandu jiġi ddeterminat. |
2.1.4. |
Meta jittieħdu in konsiderazzjoni il-faċilitajiet disponibbli għall-membri ta’ l-ekwipaġġ biex jistrieħu u fatturi oħra rilevanti, ir-relazzjoni bejn l-istandby u kwalunkwe dmir fuq titjira assenjat li jirriżulta mill-istandby għandu jiġi stabbilit. |
2.1.5. |
L-għadd tal-ħinijiet ta’ standby għall-iskopijiet ta’ sigħat kumulattivi tad-dmirijiet għandu jiġi stabbilit. |
OPS 1.1130
Nutriment
Opportunità ta’ ikla u xarba trid iseħħ biex tiġi evitata ħsara fil-ħidma tal-membri ta’ l-ekwipaġġ, speċjalment meta l-FDP jaqbeż is-sitt sigħat.
OPS 1.1135
Reġistri tad-dmirijiet fuq titjira, u perjodi ta’ dmir u ta’ mistrieħ
1. |
Operatur għandu jiżgura li r-reġistri tal-membri ta’ l-ekwipaġġ jinkludu:
u huma miżmuma biex jiżguraw qbil mar-rekwiżiti ta’ din is-Subparti; kopji ta’ dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għall-membri ta’ l-ekwipaġġ fuq talba tagħhom. |
2. |
Jekk ir-reġistri miżmuma mill-operatur taħt il-paragrafu 1 ma tkoprix id-dmirijiet fuq titjira, perjodi ta’ dmir u ta’ mistrieħ kollha tiegħu/tagħha, il-membru ta’ l-ekwipaġġ konċernat għandu jżomm reġistriindividwali tal-
|
3. |
Membru ta’ l-ekwipaġġ għandu jippreżenta r-reġistritiegħu/tagħha fuq talba ta’ kwalunkwe operatur li juża s-servizzi tiegħu/tagħha qabel ma hu/hi jibda’ perjodu ta’ dmir fuq titjira. |
4. |
Ir-reġistri għandhom jiġu ppreservati għal ta’ l-inqas 15-il xahar tal-kalendarju mid-data ta’ l-aħħar daħla rilevanti mdaħħla jew iktar jekk ikun meħtieġ skond il-liġijiet nazzjonali. |
5. |
Minbarra, operaturi għandhom iżommu separatament ir-rapporti tal-kmandant ta’ l-inġenju ta’ l-ajru fuq il-perjodi ta’ dmir fuq titjira estiżi, l-estensjoni tas-sigħat ta’ titjir u t-tnaqqis tal-perjodi ta’ mistrieħ, ta’ l-inqas għal sitt xhur wara il-ġrajja. |
SUBPARTI R
IT-TRASPORT TA’ OĠĠETTI PERIKOLUŻI BL-AJRU
OPS 1.1145
Ġenerali
Operatur għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli li hemm fl-Istruzzjonijiet Tekniċi, irrispettivament minn jekk:
(a) |
it-titjira hijiex totalment jew parzjalment barra mit-territorju ta’ l-Istat; jew |
(b) |
hemmx approvazzjoni li jinġarru oġġetti perikolużi skond OPS 1.1155. |
OPS 1.1150
Terminoloġija
(a) |
It-termini użati f’din is-Subparti gћandhom it-tifsira li ġejja:
|
OPS 1.1155
Approvazzjoni għat-Trasport ta’ l-Oġġetti Perikolużi
(a) |
Operatur ma għandux jittrasporta oġġetti perikolużi għajr jekk ikun approvat li jagħmel dan mill-Awtorità. |
(b) |
Qabel il-ħruġ ta’ l-approvazzjoni għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi, l-operatur għandu juri għas-sodisfazzjoni ta’ l-Awtorità li ngħata taħriġ xieraq, li d-dokumenti rilevanti kollha (eż l-immaniġġjar fuq l-art, l-immaniġġġjar fuq l-ajruplan, taħriġ) ikun fihom l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar oġġetti perikolużi, u li jeżistu proċeduri li jiżguraw l-immaniġġjar bla periklu ta’ l-oġġetti perikolużi f’kull stadju tat-trasport bl-ajru. |
Nota: L-eżenzjoni jew l-approvazjoni imsemmija fl-OPS 1.1165(b)(1) jew (2) hija addizzjonali għal dak li ntqal aktar kmieni u l-kundizzjonijiet f’(b) mhux bilfors japplikaw.
OPS 1.1160
Skop
Oġġetti u sustanzi li kieku jkunu klassifikati bħala oġġetti perikolużi iżda li mhumiex suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skond Parti 1 u 8 ta’ dawk l-istruzzjonijiet huma esklużi mid-dispożizzjonijiet ta’ din is-Subparti sakemm:
(a) |
meta jitpoġġew abbord bl-approvazzjoni ta’ l-operatur biex jipprovdu, waqt it-titijira, għajnuna medika lill-pazjent, huma:
|
(b) |
meta hemm bżonn li jkunu abbord l-ajruplan u huma skond ir-rekwiżiti jew għal raġunijiet ta’ operat, għalkemm oġġetti u sustanzi intenzjonati għall-bdil jew li jkunu tneħħew biex jinbidlu jridu jinġarru fuq ajruplan kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
(ċ) |
ikunu f’bagalji:
|
OPS 1.1165
Limitazzjonijiet fuq it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi l-oġġetti u s-sustanzi u affarijiet oħra dikjarati bħala oġġetti perikolużi li huma speċifikament identifikati bl-isem jew ġeneralment deskritti fl-Istruzzjonijiet Tekniċi bħala mhux permessi għat-trasport taħt kwalunkwe ċirkostanza ma jinġarru fuq l-ebda ajruplan. |
(b) |
operatur ma għandux iġorr oġġetti jew sustanzi jew oġġetti oħra li huma identifikati fl-Istruzzjonijiet Tekniċi bħala projbiti għat-trasport f’ċirkustanzi normali sakemm ma jintlaħqux ir-rekwiżiti li ġejjin ta’ dawk l-istruzzjonijiet:
|
OPS 1.1190
Intenzjonalment vojt
OPS 1.1195
Aċċetazzjoni ta’ Oġġetti Perikolużi
(a) |
Operatur ma għandux jaċċetta oġġetti perikolużi sakemm:
Minbarra rekwiżiti ta’ lingwi oħrajn. |
(b) |
Operatur għandu juża ċ-check list ta’ l-aċċetazzjoni li għandha tippermetti li d-dettalji rilevanti kollha jkunu kkontrollati u għandha tkun fit-tali forma li tippermetti r-reġistrar tar-riżultati ta’ l-aċċetazzjoni b’mezzi manwali, mekkaniċi jew kompjutterizzati. |
OPS 1.1200
Spezzjoni għall-Ħsara, Telf ta’ likwidu jew ta’ gass jew Kontaminazzjoni
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
OPS 1.1205
It-Tneħħija tal-Kontaminazzjoni
(a) |
Operatur għandu jiżgura illi:
|
(b) |
Fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi limitu ta’ l-Istruzzjonijiet Tekniċi applikabbli għall-livell ta’ radjazzjoni jew kontaminazzjoni,
|
OPS 1.1210
Restrizzjonijiet għat-Tagħbija
(a) |
Il-kabina tal-passiġiera u l-Gverta ta’ l-Ajruplan. Operatur għandu jiżgura li l-oġġetti perikolużi ma jinġarrux fil-kabina ta’ l-ajruplan okkupata mill-passiġiera jew fil-gverta ta’ l-ajruplan, għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor fl-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
(b) |
Kompartimenti tat-Tagħbija. Operatur għandu jiżgura li l-oġġetti perikolużi jitgħabbew, jinfirdu, jintrefgħu u jkunu mħarsa fuq l-ajruplan kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
(ċ) |
Oġġetti Perikolużi Ntiżi għall-Ġarr Biss fuq Inġenju ta’ l-Ajru għat-Tagħbija. Operatur għandu jiżgura li l-pakketti ta’ l-oġġetti perikolużi li jkollhom it-tikketta “inġenju ta’ l-ajru għat-Tagħbija Biss” jinġarru fuq inġenju ta’ l-ajru għat-tagħbija u mogħbbija kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
OPS 1.1215
Għoti ta’ informazzjoni
(a) |
Informazzjoni lill-persunal. Operatur għandu jipprovdi din l-informazzjoni fil-manwal tat-tħaddim u/jew manwali oħra li jippermettu lil persunal li jwettqu r-resposabbiltajiet tagħhom fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi, kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi, fosthom l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu oġġetti perikolużi. Fejn applikabbli, din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-aġent ta’ l-immaniġġjar tiegħu. |
(b) |
Tagħrif lill-Passiġiera u Persuni Oħra.
|
(ċ) |
Informazzjoni għall-Kmadant. Operatur għandu jiżgura illi:
(Ara t-Tabella 1 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-OPS 1.1065 għall-perjodu tal-ħażna tad-dokument). |
(d) |
Tagħrif f’każ ta’ Inċident jew Aċċident ta’ Ajruplan.
|
(e) |
Tagħrif f’każ ta’ Emerġenza waqt titjira.
|
OPS 1.1220
Programmi ta’ taħriġ.
(a) |
Operatur għandu jistabbilixxi u jżomm programmi ta’ taħriġ ta’ l-istaff, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi, li għandu jkun approvat mill-Awtorità. |
(b) |
Operatur gћandu jiżgura li l-ekwipaġġ jitħarreġ skond ir-rekwiżiti tar-responsabbiltajiet tagħhom. |
(ċ) |
Operatur gћandu jiżgura li jkun hemm taħriġ jew ikun hemm verifika malli tkun impjegata persuna f’pożizzjoni li tinvovli t-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru. |
(d) |
Operatur għandu jiżgura illi l-istaff kollu li jkun irċieva taħriġ jgħaddi minn test sabiex jivverifika li jifhmu r-responsabbiltajiet tagħhom. |
(e) |
Operatur għandu jiżgura illi l-istaff kollu li jeħtieġ taħriġ f’oġġetti perikolużi jirċievu taħriġ rikurrenti f’intervalli ta’ mhux itwal minn sentejn. |
(f) |
Operatur għandu jiżgura li r-reġistri tat-taħriġ ta’ l-oġġetti perikolużi jinżammu għall-persunal kollu kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
(g) |
Operatur għandu jiżgura li l-persunal ta’ l-aġent ta’ l-immaniġġjar tiegħu huwa mħarreġġ kif mitlub mill-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
OPS 1.1225
Rapporti ta’ l-Aċċidenti u l-Inċidenti ta’ Oġġetti Perikolużi
(a) |
Operatur għandu jirrapporta inċidenti u aċċidenti minħabba oġġetti perikolużi lill-Awtorità u lill Awtorità reponsabbli ta’ l-Istat fejn iseħħ l-inċident jew l-aċċident, kif pprovdut fl-Appendiċi 1 għal OPS 1.1225. L-ewwel rapport għandu jintbagħat fi żmien 72 siegħa mis-seħħ, sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba xi ċirkostanzi eċċezzjonali u għandu jinkludi d-dettalji magħrufa f’dak il-mument. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jsir rapport sussegwenti mill-aktar fis li jagħti kull informazzjoni addizzjonali li tkun ġiet stabbilita. |
(b) |
Operatur għandu jirraporta wkoll lill-Awtorità u lill-Awtorità responsabbli fl-Istat fejn ikun seħħ l-avveniment, is-sejba ta’ oġġetti perikolużi mhux dikjarati jew iddikjarati ħażin li jinstabu fit-tagħbija jew fil-bagalja tal-passiġiera kif provdut f’appendiċi 1 għall-OPS 1.1225. L-ewwel rapport għandu jintbagħat fi żmien 72 siegħa mis-sejba sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba xi ċirkostanzi eċċezzjonali u għandu jinkludi d-dettalji magħrufa f’dak il-mument. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jsir rapport sussegwenti mill-aktar fis li jagħti kull informazzjoni addizzjonali li tkun ġiet stabbilita. |
Appendiċi 1 sa’ OPS 1.1225
Rapporti ta’ l-Aċċidenti u l-Inċidenti ta’ Oġġetti Perikolużi
1. |
Operatur gћandu jiżgura li kull aċċident jew inċident li jinvolvi kull tip ta’ oġġetti perikolużi jkun rappurtat, irrispettivament jekk l-oġġetti perikolużi jkunux fit-tagħbija, fil-posta jew fil-bagalji tal-passiġġieri jew ta’ l-ekwipaġġ. Is-sejba ta’ oġġetti perikolużi fit-tagħbija, fil-posta jew fil-bagalji mhux dikjarati jew dikjarati ħażin għandhom ukoll jiġu rrappurtati. |
2. |
Ir-rapport tal-bidu għandu jintbagħat fi żmien 72 siegħa sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba xi ċirkostanzi eċċezzjonali. Dan jista’ jintbagħat b’kull mezz, fosthom bil-posta elettronika, bit-telefon jew bil-feks. Dan ir-rapport għandu jinkludi d-dettalji magħrufa f’dak il-mument, taħt it-titoli identifikati fil-paragrafu 3. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jsir rapport sussegwenti mill-aktar fis possibbli li jagħti d-dettalji kollha li ma kienux magħrufa fil-ħin li ntbagħat l-ewwel rapport. Jekk rapport ikun sar verbalment, għandha tintbagħat konferma bil-miktub mill-aktar fis possibbli. |
3. |
L-ewwel rapport u kull rapport sussegwenti għandu kemm jista’ jkun ikun preċiż u jinkludi id-data li ġejja li tkun rilevanti:
|
4. |
Kopji ta’ dokumenti relevanti u kull ritratt li ttieħed għandu jiġi mehmuż mar-rapport. |
SUBPARTI S
GARANZIJA
OPS 1.1235
Rekwiżiti ta’ sigurtà
Operatur għandu jiżgura illi l-persunal xieraq kollhu huwa familjari, u jikkonforma, mar-rekwiżiti rilevanti tal-programmi tas-sigurtà nazzjonali ta’ l-Istat ta’ l-operatur.
OPS 1.1240
Programmi ta’ taħriġ.
Operatur għandu jistabilixxi, iżomm u jmexxi programmi ta’ taħriġ approvati li li jgħinu lill-membri ta’ l-ekwipaġġ ta’ l-operatur li jieħdu azzjoni xierqa sabiex jevitaw atti ta’ interferenza mhux legali bħal sabotaġġ jew ħatfa mhux legali ta’ ajruplani u li jnaqqsu l-konsegwenzi ta’ dawn il-ġrajjiet jekk dawn iseħħu. Il-programm ta’ taħriġ għandu jkun kompatibbi mal-programm tas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Nazzjonali. Il-membru ta’ l-ekwipaġġ individwali għandu jkollu għarfien u l-kompetenza ta’ l-elementi rilevanti kollha tal-programm ta’ taħriġ.
OPS 1.1245
Rappurtar ta’ atti ta’ interferenza mhux legali
Wara att ta’ interferenza mhux legali abbord ajruplan il-kmandant jew, fin-nuqqas tiegħu/tagħha l-operatur, għandu jibgħat, mingħajr dewmien, rapport ta’ att bħal dan lill-awtorità lokali disinnjata u l-Awtorità fl-Istat ta’ l-operatur.
OPS1.1250
Checklist tal-proċedura tat-tfittxija ta’ l-ajruplan
Operatur għandu jiżgura illi hemm abbord checklist tal-proċeduri li għandhom jintużaw fit-tfittxija ta’ bombi jew ta’ Apparat Splussiv Improvviżat (IED) f’każ ta’ sabotaġġ suspettat u għall-ispezzjoni ta’ l-ajruplani għall-armi, splussivi jew apparat perikoluż ieħor moħbi fejn ikun jeżisti suspett raġonevoli li l-ajruplan jista’ jkun is-suġġett ta’ att ta’ interferenza mhux legali. Iċ-checklist għandha tkun imsaħħa minn gwida dwar il-kors xieraq ta’ azzjoni li għandu jitieħed jekk il-bomba jew l-oġġett suspettuż jinstabu u t-tagħrif dwar il-post tal-bomba ta’ l-inqas riskju speċifiku għall-ajruplan fejn provdut mid-detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip.
OPS 1.1255
Is-sigurtà tal-kompartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira
(a) |
Fl-ajruplani kollha li huma mgħammra b’bieb tal-kompartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, dan il-bieb għandu jkun jista’ jissakkar, u mezzi jew proċeduri aċċetabbli lill-Awtorità għandhom ikunu provduti jew stabbiliti li permezz tagħhom l-ekwipaġġ tal-kabina jista’ javża l-ekwipaġġ tat-titjira f’każ ta’ attività suspettuża jew ksur tas-sigurtà fil-kabina. |
(b) |
L-ajruplani kollha li jġorru l-passiġiera b’massa tat-tluq ċertifikata massima li taqbeż 45 500 kg jew b’konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta’ bilqiegħda tal-passiġiera akbar minn 60 għandhom ikunu mgħammra b’bieb tal-kompartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira approvat illi jista’ jissakkar u jinfetaħ mill-istazzjon ta’ kull pilota u ddisinnjat b’mod li jilħaq ir-rekwiżiti tal-ħidma ta’ l-adegwatezza għat-titjir retroattivi applikabbli. Id-disinn ta’ dan il-bieb ma għandux ifixkel l-ħidmiet ta’ emerġenza, kif meħtieġ fir-rekwiżiti tal-ħidma ta’ l-adegwatezza għat-titjir retroattivi applikabbli. |
(ċ) |
Fl-ajruplani kollha li huma mgħammra bil-bieb tal-kompartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira skond is-subparagrafu (b):
|
(1) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.