20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/89


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/127/KE

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva.

(2)

Bir-Regolament (KE) Nru 1095/2004 (4) ddaħħal Artikolu 24b ġdid fir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 biex jippermetti sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jkun mistenni li ma għandhomx effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin jew dik tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, biex jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma ntalab parir xjentifiku dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA).

(3)

Għas-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Direttiva l-Kummissjoni eżaminat skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-effetti fuq is-saħħa tal-bnedmin, l-annimali, l-ilma ta’ taħt l-art u l-ambjent għal użi varji proposti min-notifikanti, bil-konklużjoni li dawk is-sustanzi attivi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

(4)

Skont l-Artikolu 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ rapporti ta’ reviżjoni għal sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Direttiva lill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, biex jiġi eżaminat. Dawn ir-rapporti saritilhom reviżjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali u ġew finalizzati fit-28 ta’ Marzu 2008 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Kummissjoni se titlob lill-EFSA biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta’ reviżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Minn eżamijiet varji li saru deher li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġjonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jagħmlu reviżjoni ta’ awtorizzazjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk biex jiġu evitati aktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri ser jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanzi attivi sat-28 ta’ Frar 2010.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jiġu ssodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tirrigwarda dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet jkollhom, jew ikollhom aċċess għal, fajls li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sutanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2009, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III għal dik id-Direttiva u li jikkunsidra l-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih wieħed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanza attiva ewlenija, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala waħda minn ħafna sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Awwissu 2015 jew sad-data ffissata għal emenda bħal din jew l-irtirar tagħha fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/inkludew is-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, tkun liema tkun dik tal-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“224

Aċidu aċetiku

Nru CAS: 64-19-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Aċidu aċetiku

≥ 980 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċidu aċetiku (SANCO/2602/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

225

Sulfat tal-ammonju tal-aluminju

Nru CAS: 7784-26-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Sulfat tal-ammonju tal-aluminju

≥ 960 g/kg

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sulfat tal-ammonju tal-aluminju (SANCO/2985/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

226

Silikat tal-aluminju

Nru CAS: 1332-58-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux disponibbli

Isem kimiku: Il-kawlina

≥ 999,8 g/kg

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju (SANCO/2603/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

227

Aċetat tal-ammonju

Nru CAS: 631-61-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

Aċetat tal-ammonju

≥ 970 g/kg

Impurità rilevanti Metalli Tqal bħal Pb massimu 10 ppm

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċetat tal-ammonju (SANCO/2986/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

228

Smida tad-demm.

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux disponibbli

≥ 990 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Is-smida tad-demm trid tkun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-smida tad-demm (SANCO/2604/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

229

Calcium carbide

Nru CAS: 75-20-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Calcium carbide

Calcium acetylide

≥ 765 g/kg

Li fih 0,08-0,52 g/kg ta' Calcium Phosphide

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-calcium carbide (SANCO/2605/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

230

Karbonat tal-kalċju

Nru CAS: 471-34-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Calcium carbonate

≥ 995 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-karbonat tal-kalċju (SANCO/2606/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

231

Diossidu tal-karbonju

Nru CAS: 124-38-9

Diossidu tal-karbonju

≥ 99,9 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fumigant biss jista’ jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-diossidu tal-karbonju (SANCO/2987/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

232

Denathonium benzoate

Nru CAS: 3734-33-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Benzyldiethyl[[2,6-xylylcarbamoyl]methyl]ammonium benzoate

≥ 995 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-denathonium benzoate (SANCO/2607/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

233

Ethylene

Nru CAS: 74-85-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Ethene

≥ 99 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-ethylene (SANCO/2608/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

234

Estratt mis-siġra tat-te

Nru CAS: Żejt tas-Siġra tat-Te 68647-73-4

Komponenti ewlenin:

 

terpinen-4-ol 562-74-3

 

γ-terpinene 99-85-4

 

α-terpinene 99-86-5

 

1,8-cineol 470-82-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Iż-Żejt tas-Siġra tat-Te hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Komponenti ewlenin:

 

terpinen-4-ol ≥ 300 g/kg

 

γ-terpinene ≥ 100 g/kg

 

α-terpinene ≥ 50 g/kg

 

1,8-cineol traċċja

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt mis-siġra tat-te (SANCO/2609/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

235

Residw mid-distillazzjoni tax-xaħam

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

mhux disponibbli

≥ 40 % tal-aċidi grassi separati

Impurità rilevanti Ni massimu ta' 200 mg/Kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam li jiġi mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam (SANCO/2610/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

236

Aċidi grassi C7 to C20

Nru CAS: 112-05-0 (Aċidu Pelargoniku)

67701-09-1 (Aċidi grassi C7-C18 u C18 imluħ mhux saturati tal-potassju)

124-07-2 (Aċidu Kapriliku)

334-48-5 (Aċidu Kapriku)

143-07-7 (Aċidu Lawriku)

112-80-1 (Aċidu Olejku)

85566-26-3 (Aċidi grassi C8-C10 Esteri Me)

111-11-5 (Methyl octanoate)

110-42-9 (Methyl decanoate)

Nru CIPAC: mhux assenjat

Aċidu nonaoiku

Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f'kull każ)

Aċidu Oktanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu Oktadekanojku cis-9 (IUPAC f'kull każ)

Aċidi grassi, C7-C10, esteri Me

≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku)

≥ 838 g/kg aċidi grassi

≥ 99 % aċidi grassi methyl esters

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċida, akariċida, u erbiċida u bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċidi grassi (SANCO/2610/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

237

Estratt tat-tewm

Nru CAS: 8008-99-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Konċentrat ta' meraq tat-tewm bi grad ta' ikel

≥ 99,9 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent, insettiċida jew nematiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt tat-tewm (SANCO/2612/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

238

Gibberellic acid

Nru CAS: 77-06-5

Nru CIPAC: 307

(3S,3aS,4S,4aS,7S,9aR,9bR,12S)-7,12-dihydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-9b,3-propenol(1,2-b)furan-4-carboxylic acid

Alt: (3S,3aR,4S,4aS,6S,8aR,8bR,11S)- 6,11-dihydroxy-3-methyl-12-methylene-2-oxo-4a,6-methano-3,8b-prop-lenoperhydroindenol (1,2-b) furan-4-carboxylic acid

≥ 850 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-gibberellic acid (SANCO/2613/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

239

Gibberellins

Nru CAS: GA4: 468-44-0

GA7: 510-75-8

Taħlita ta' GA4A7: 8030-53-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

GA4:

(3S,3aR,4S,4aR,7R,9aR,9bR,12S)-12-hydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-3,9b-propanoazuleno[1,2-b]furan-4-carboxylic acid

GA7:

(3S,3aR,4S,4aR,7R,9aR,9bR,12S)-12-hydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-9b,3-propenoazuleno[1,2-b]furan-4-carboxylic acid

Rapport ta' reviżjoni (SANCO/2614/2008).

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-gibberellins (SANCO/2614/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

240

Proteini idrolizzati

Idrolisat tal-urea tal-ġulepp tal-pitravi

Idrolisat tal-proteina tal-kollaġni

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

mhux disponibbli

Idrolisat tal-urea tal-ġulepp tal-pitravi: Ekwivalenti ta' Proteina minima fi stat naturali 360 gr/kg 360 g/kg (36 % w/w)

Idrolisat tal-proteina tal-kollaġni: kontenut ta' nitroġenu organiku > 240 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. Proteini idrolizzati li ġejjin mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati (SANCO/2615/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

241

Sulfat tal-ħadid

Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 7720-78-7

Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 17375-41-6

Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 7782-63-0

Nru CIPAC: mhux assenjat

Sulfat tal-ħadid(II)

Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 367,5 g/kg

Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 300 g/kg

Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 180 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sulfat tal-ħadid (SANCO/2616/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

242

Kieselgur (Trab tad-dijatoma)

Nru CAS: 61790-53-2

Nru CIPAC: 647

Kieselgur (trab tad-dijatoma)

920 ± 20 g SiO2/kg DE

Massimu ta' 0.1 % ta' partiċelli ta' Silika Kristallina (b'dijametru anqas minn 50 um.)

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-kieselgur (SANCO/2617/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

243

Ġebla tal-ġir

Nru CAS: 1317-65-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

mhux disponibbli

≥ 980 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-ġebla tal-ġir (SANCO/2618/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

244

Methyl nonyl ketone

Nru CAS: 112-12-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Undecan-2-one

≥ 975 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-methylnonyl ketone (SANCO/2619/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

245

Bżar

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Bżar iswed - Piper nigrum

Hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi, il-komponent piperin bħala indikatur għandu jkun ta' 4 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-bżar (SANCO/2620/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

246

Żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella

Nru CAS: 8000-29-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Iż-Żejt taċ-Ċitronella hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Il-komponenti ewlenin huma:

 

Citronellal (3,7-dimethyl-6-octenal).

 

Geraniol ((E)-3,7-dimethyl-2,6-octadien-1-ol).

 

Citronellol (3,7-dimethyl-6-octan-2-ol).

 

Geranyl acetate (3,7-dimethyl-6-octen-1yl acetate).

Impuritajiet rilevanti methyl eugenol u methyl-isoeugenol massimu ta' 0,1 %.

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt taċ-ċitronella (SANCO/2621/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

247

Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol

Nru CAS: 94961-50-2 (essenza tal-qronfol)

97-53-0 (Eugenol – Komponent ewlieni)

Nru CIPAC: mhux assenjat

L-Essenza tal-Qronfol hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Il-komponent ewlieni huwa l-eugenol

≥ 800 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użu bħala funġiċida u batteriċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-essenza tal-qronfol (SANCO/2622/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

248

Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza

Nru CAS: 8002-13-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt tal-kolza

Iż-żejt tal-kolza hija taħlita kumplessa ta' aċidi grassi

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tal-kolza (SANCO/2623/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

249

Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ

Nru CAS: 8008-79-5

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt tan-nagħniegħ

≥ 550 g/kg as L-Carvone

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tan-nagħniegħ (SANCO/2624/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

250

Karbonat idroġenu tal-Potassju

Nru CAS: 298-14-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Karbonat idroġenu tal-Potassju

≥ 99,5 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-karbonat idroġenu tal-potassju (SANCO/2625/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

251

Putrescin (1,4-Diaminobutane)

Nru CAS: 110-60-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Butane-1,4-diamine

≥ 990 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-putrescin (SANCO/2626/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

252

Piretrini

Nru CAS: (A) u (B):

Piretrini: 8003-34-7

Estratt A: estrattivi tal-Chrysanthemum cinerariaefolium: 89997-63-7

piretrin 1: CAS121-21-1

piretrin 2: CAS121-29-9

ċinerin 1 CAS25402-06-6

ċinerin 2 CAS121-20-0

jasmolin 1: CAS4466-14-2

jasmolin 2: CAS1172-63-0

Estratt B: piretrin 1: CAS121-21-1

piretrin 2: CAS121-29-9

ċinerin 1 CAS25402-06-6

ċinerin 2 CAS121-20-0

jasmolin 1: CAS4466-14-2

jasmolin 2: CAS1172-63-0

Nru CIPAC 32

Il-Piretrini huma taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Estratt A: ≥ 500 g/kg Piretrin

Estratt B: ≥ 480 g/kg Piretrini

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-piretrini (SANCO/2627/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

253

Ramel tal-kwarz

Nru CAS: 14808-60-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kwarz, Kwartz, Siliciumdioxid, Silika, diossidu tas-Silikun, SiO2

≥ 915 g/kg

Massimu ta' 0,1 % ta' partiċelli ta' Silika Kristallina (b'dijametru anqas minn 50 um.)

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-ramel tal-kwarz (SANCO/2628/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

254

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt mill-ħut

Nru CAS: 100085-40-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt mill-Ħut

≥ 99 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Iż-żejt mill-ħut irid ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt mill-ħut (SANCO/2629/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

255

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ

Nru CAS: 98999-15-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Xaħam tan-nagħaġ

Xaħam tan-nagħaġ pur li fih massimu ta' 0,18 % w/w/ilma.

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Ix-xaħam tan-nagħaġ irid ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ix-xaħam tan-nagħaġ (SANCO/2630/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

256

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat CAS Nru: 8002-26-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt tat-Tall mhux raffinat

Iż-żejt tat-Tall mhux raffinat huwa taħlita kumplessa ta' raża tat-tall u aċidi grassi

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tat-tall mhux raffinat (SANCO/2631/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

257

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall Nru CAS: 8016-81-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żift taż-Żejt tat-Tall

Taħlita kumplessa ta' esteri ta' aċidi grassi, raża u ammonti żgħar ta' dimeri u trimeri ta' aċidi tar-raża u aċidi grassi.

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żift taż-żejt tat-tall (SANCO/2632/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

258

Estratt mill-alka tal-baħar (magħruf qabel bħala estratt mill-alka tal-baħar u ħaxix tal-baħar)

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Estratt mill-alka tal-baħar

L-estratt mill-alka tal-baħar hija taħlita kumplessa. Komponenti ewlenin bħala indikaturi: mannitol, fucoidans u alġinati. Rapport ta' reviżjoni SANCO/2634/2008

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt tal-alka tal-baħar (SANCO/2634/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

259

Silikat tal-aluminju tas-sodju

Nru CAS: 1344-00-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Silikat tal-aluminju tas-sodju: Nax[(AlO2)x(SiO2)y] × zH2O

1 000 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju tas-sodju (SANCO/2635/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

260

Ipoklorit tas-Sodju

Nru CAS: 7681-52-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Ipoklorit tas-Sodju

10 % (w/w) espress bħala klorin

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala diżinfettant biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-ipoklorit tas-sodju (SANCO/2988/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

261

Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta

Grupp ta' aċetat:

Rapport ta' reviżjoni (SANCO/2633/2008)

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attiranti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-feromoni tal-lepidopterani ta' katina dritta (SANCO/2633/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

(E)-5-decen-1-yl acetate

CAS No: 38421-90-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E)-5-decen-1-yl acetate

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 38363-29-0

Nru CIPAC:

mhux assenjat

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: mhux disponibbli

Nru CIPAC: mhux disponibbli

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate bħala iżomeri individwali

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 28079-04-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 16974-11-1

Nru CIPAC: 422

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 54364-62-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

(E)-11-tetradecen-1-yl acetate

Nru CAS: 33189-72-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E)-11-tetradecen-1-yl acetate

(Z)-9-tetradecen-1-yl acetate

Nru CAS: 16725-53-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-9-tetradecen-1-yl acetate

(Z)-11-tetradecen-1-yl acetate

Nru CAS: 20711-10-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-11-tetradecen-1-yl acetate

(Z, E)-9, 12-tetradecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 31654-77-0

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z, E)-9, 12-tetradecadien-1-yl acetate

Z-11-hexadecen-1-yl acetate

Nru CAS: 34010-21-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

Z-11-hexadecen-1-yl acetate

(Z, E)-7, 11-hexadecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 51606-94-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

Z, E)-7, 11-hexadecadien-1-yl acetate

(E, Z)-2, 13-octadecadien-1-yl acetate.

Nru CAS: 86252-65-5

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E, Z)-2, 13-octadecadien-1-yl acetate.

Grupp ta' alkoħol:

Grupp ta' alkoħol:

(E)-5-decen-1-ol

Nru CAS: 56578-18-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E)-5-decen-1-ol

(Z)-8-dodecen-1-ol

Nru CAS: 40642-40-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-8-dodecen-1-ol

(E,E)-8,10-dodecadien-1-ol

Nru CAS: 33956-49-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E,E)-8,10-dodecadien-1-ol

tetradecan-1-ol

Nru CAS: 112-72-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

tetradecan-1-ol

(Z)-11-hexadecen-1-ol

Nru CAS: 56683-54-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-11-hexadecen-1-ol

Grupp ta' aldeidi:

Grupp ta' aldeidi:

(Z)-7-tetradecenal

Nru CAS: 65128-96-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-7-tetradecenal

(Z)-9-hexadecenal

Nru CAS: 56219-04-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-9-hexadecenal

(Z)-11-hexadecenal

Nru CAS: 53939-28-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-11-hexadecenal

(Z)-13-octadecenal

Nru CAS: 58594-45-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-13-octadecenal

Taħlit ta' aċetati:

Taħlit ta' aċetati:

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 28079-04-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

u ii) Dodecyl acetate

Nru CAS: 112-66-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

u ii) Dodecyl acetate;

i)

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 16974-11-1

Nru CIPAC: 422

Kif ukoll

i)

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

ii)

Dodecyl acetate

Nru CAS: 112-66-3

Nru CIPAC: 422;

ii)

Dodecyl acetate;

i)

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 55774-32-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kif ukoll

i)

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate,

kif ukoll

ii)

(E,E)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 54364-63-5

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(E,E)-7,9-dodecadien-1-yl acetate;

i)

(Z,Z)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate

kif ukoll

i)

(Z,Z)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate

kif ukoll

ii)

(Z,E)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate

Nru CAS: i) & ii) 53042-79-8

Nru CAS: i) 52207-99-5

Nru CAS: ii) 51606-94-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(Z,E)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate;

Taħlit ta' aldeidi:

Taħlit ta' aldeidi:

i)

(Z)-9-hexadecenal

Nru CAS: 56219-04-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kif ukoll

i)

(Z)-9-hexadecenal

Kif ukoll

ii)

(Z)-11-hexadecenal

Nru CAS: 53939-28-9

CIPAC mhux assenjat

Kif ukoll

ii)

(Z)-11-hexadecenal

Kif ukoll

iii)

(Z)-13-octadecenal

Nru CAS: 58594-45-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

iii)

(Z)-13-octadecenal;

Taħlit ta' taħlit:

Taħlit ta' taħlit:

i)

(E)-5-decen-1-yl acetate

Nru CAS: 38421-90-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kif ukoll

i)

(E)-5-decen-1-yl acetate u

ii)

(E)-5-decen-1-ol

Nru CAS: 56578-18-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(E)-5-decen-1-ol;

i)

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: Bħala iżomeri individwali

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

i)

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: (E) 38363-29-0

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: (Z) 28079-04-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

ii)

(Z)-8-dodecen-1-ol

Nru CAS: ii) 40642-40-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(Z)-8-dodecen-1-ol;

i)

(Z)-11-hexadecenal

Nru CAS: 53939-28-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(Z)-11-hexadecenal

kif ukoll

ii)

(Z)-11-hexadecen-1-yl acetate

Nru CAS: 34010-21-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(Z)-11-hexadecen-1-yl acetate

262

Idroklorur tat-trimetilamin

Nru CAS: 593-81-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Idroklorur tat-trimetilamin

≥ 988 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-idroklorur tat-trimetilamin (SANCO/2636/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

263

Urea

Nru CAS: 57-13-6

Nru CIPAC: 8352

Urea

≥ 98 % w/w

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attirant u funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-urea (SANCO/2637/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

264

Z-13-hexadecen-11-yn-1-yl acetate

Nru CAS: 78617-58-0

CIPAC mhux assenjat

Z-13-hexadecen-11-yn-1-yl acetate

≥ 75 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Z- 13- hexadecen-11-yn-1-yl acetate (SANCO/2649/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

265

Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate

Nru CAS 135459-81-3

CIPAC mhux assenjat

Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate

≥ 90 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate (SANCO/2650/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta’ reviżjoni.