23.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 19/29


DIRETTIVA 2008/121/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

dwar ismijiet tat-tessuti (tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ismijiet tat-tessuti (3) ġiet emendata diversi drabi (4) b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha fl-interess taċ-ċarezza, tiġi mfassla mill-ġdid.

(2)

Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-ismijiet, il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ prodotti tat-tessuti kellhom ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, dan kien joħloq tfixkil għal-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(3)

Dak it-tfixkil jista’ jiġi eliminat jekk it-tqegħid ta’ prodotti tat-tessut fis-suq fil-livell tal-Komunità jkun soġġett għal regoli uniformi. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu armonizzati l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u d-dettalji li jidhru fuq it-tikketti, l-immarkar u d-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti tat-tessut fil-fażijiet varji tal-produzzjoni, ipproċessar u d-distribuzzjoni tagħhom.

(4)

Għandha ssir dispożizzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li m’humiex magħmulin esklussivament minn materjal tat-tessut iżda li fihom kontenut ta’ tessut li jikkostitwixxi parti essenzjali tal-prodotti jew li l-fabbrikant, proċessur jew negozjant ikun ġibed l-attenzjoni għalih.

(5)

It-tolleranza fir-rigward ta’ “fibri oħra”, li diġà ġiet stabbilita għal prodotti puri, għandha tiġi applikata wkoll għal taħlitiet.

(6)

Sabiex jinkiseb l-għan li jsejjes id-dispożizzjonijiet nazzjonali f’dan il-qasam, l-ittikkettjar għandu jkun obbligatorju.

(7)

F’każijiet fejn huwa teknikament diffiċli biex tiġi speċifikata l-kompożizzjoni ta’ prodott fiż-żmien tal-fabbrikazzjoni, jistgħu jiġu dikjarati kwalunkwe fibri magħrufa f’dak iż-żmien fuq it-tikketta bil-kondizzjoni li jkunu jifformaw ċertu persentaġġ tal-prodott mitmum.

(8)

Huwa prattiku, sabiex jiġu evitati ċerti differenzi ta’ applikazzjoni fil-Komunità, li jiġu speċifikati l-metodi eżatti ta’ ittikkettjar ta’ ċerti prodotti tat-tessuti magħmulin minn żewġ komponenti jew aktar, u anke l-komponenti ta’ prodotti tat-tessut li m’hemmx għalfejn li jiġu kkunsidrati għall-iskop ta’ l-ittikkettjar u ta’ l-analiżi.

(9)

Prodotti tat-tessut soġġetti biss għar-rekwiżiti ta’ ittikkettjar inklussiv, u dawk mibjugħin bil-metru jew maqtugħin f’tulijiet, għandhom ikunu offruti għall-bejgħ b’tali mod li l-konsumatur jista’ jsir jaf tajjeb id-dettalji mwaħħlin mal-pakkett jew mar-romblu kollu. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati għal dan il-għan.

(10)

L-użu ta’ deskrizzjonijiet jew ismijiet li jgawdu prestiġju partikolari fost utenti u konsumaturi għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet.

(11)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodi għat-teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ tessuti sabiex tkun eskluża kwalunkwe possibilità ta’ oġġezzjoni għall-metodi wżati. Iżda, iż-żamma proviżorja tal-metodi nazzjonali fis-seħħ bħalissa ma timpedixxix l-applikazzjoni ta’ regoli uniformi.

(12)

L-Anness V, li jistabbilixxi l-konċessjonijiet li sar qbil fuqhom li għandhom jiġu applikati fuq il-piż anidru ta’ kull fibra waqt id-determinazzjoni bl-analiżi tal-kontenut tal-fibra tal-prodott tat-tessut, jagħti, fil-punti 1, 2 u 3, żewġ konċessjonijiet differenti li sar qbil fuqhom għall-kalkolazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ fibri mqardxa jew mimxuta li fihom is-suf u/jew il-pil ta’ l-annimali. Il-laboratorji mhux dejjem jistgħu jgħidu jekk prodott huwiex imqardex jew mimxut, u konsegwentement jista’ jkun hemm riżultati mhux konsistenti mill-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni waqt il-kontrolli tal-konformità ta’ prodotti tat-tessut mwettqa fil-Komunità. Għalhekk, il-laboratorji għandhom ikunu awtorizzati sabiex japplikaw konċessjoni waħdanija li fuqha kien sar qbil f’każijiet ta’ dubju.

(13)

M’huwiex kunsiljabbli, li d-dispożizzjonijiet kollha applikabbli għal prodotti bħal dawn jiġu armonizzati, f’Direttiva separata dwar prodotti tat-tessut.

(14)

L-Annessi III u IV, minħabba n-natura eċċezzjonali ta’ l-oġġetti li hemm referenza għalihom fihom, għandhom ikopru wkoll prodotti oħra eżenti minn ittikkjettar, b’mod partikolari prodotti “li jintremew wara l-użu” jew prodotti li għalihom huwa meħtieġ biss ittikkjettar inklussiv.

(15)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(16)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadattata l-Annessi I u V għall-progress tekniku u tadotta metodi ġodda ta’ analiżi kwantitativa għal taħlitiet binarji u tenarji. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissuplimentawha, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(17)

L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(18)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness VI, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti tat-tessut jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità, jew qabel jew wara l-ipproċessar industrijali tagħhom jew fi kwalunkwe fażi tad-distribuzzjoni, fejn prodotti bħal dawn jikkonformaw ma’ din id-Direttiva biss.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal prodotti tat-tessut li:

(a)

huma intenzjonati għal esportazzjoni għal pajjiżi barra l-Komunità;

(b)

jidħlu fi Stati Membri, taħt kontroll doganali, għal għanijiet ta’ transitu;

(c)

jiġu importati minn pajjiżi terzi għal ipproċessar għall-intern;

(d)

jiġu mogħtija b’kuntratt lil persuni li jaħdmu fi djarhom stess, jew lil ditti indipendenti li jwettqu xogħol minn materjali fornuti mingħajr ma l-karatteristici tagħhom jiġu ttrasferiti għal konsiderazzjoni.

Artikolu 2

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prodotti tat-tessut” tfisser kwalunkwe prodotti mhux maħdumin, nofshom maħdumin, maħdumin, nofshom iffabbrikati, iffabbrikati, nofshom lesti u lesti li jkunu esklussivament magħmulin minn fibri tat-tessut, irrispettivament mill-proċess ta’ taħlit jew ta’ assemblaġġ użat;

(b)

“fibra tat-tessut” tfisser:

(i)

unità ta’ materja kkaratterizzata mill-flessibilità, mill-irquqija u mill-proporzjon għoli ta’ tul għall-akbar dimensjoni trasversali tagħha, li tagħmilha xierqa għal applikazzjonijiet f’tessuti;

(ii)

strixxi jew tubi flessibbli, li l-wisa’ apparenti tagħhom ma jaqbiżx il-5 mm, inklużi strixxi maqtugħin minn strixxi jew films usa, prodotti minn sostanzi wżati għall-fabbrikazzjoni tal-fibri elenkati taħt il-punti 19 sa 47 fl-Anness I u xierqa għal applikazzjonijiet f’tessuti; il-wisa’ apparenti huwa l-wisa’ ta’ l-istrixxa jew tubu meta milwijin, iċċattjati, ikkompressati jew mibrumin, jew il-wisa’ medju fejn il-wisa’ mhuwiex uniformi.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod tal-prodotti tat-tessut u għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva:

(a)

prodotti li fihom għallinqas 80 % bil-piż ta’ fibri tat-tessut;

(b)

għata ta’ l-għamara, umbrelel u tined li jkun fihom għallinqas 80 % bil-piż ta’ komponenti tat-tessut; bl-istess mod, il-komponenti tat-tessut ta’ għata b’aktar minn saff wieħed ta’ pavimenti, saqqijiet u oġġetti ta’ l-ikkampjar, u kisi għax-xedd tas-saqajn, ingwanti, mittens u mitts, sakemm dawn il-partijiet jew dan il-kisi jkunu jikkostitwixxu għallinqas 80 % bil-piż ta’ l-oġġett sħiħ;

(c)

tessut inkorporat fi prodotti oħra u li jiffurmaw parti integrali minnhom, fejn il-kompożizzjoni tagħhom hija speċifikata.

Artikolu 3

1.   L-ismijiet u d-deskrizzjonijiet tal-fibri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 huma elenkati fl-Anness I.

2.   L-użu ta’ l-ismijiet li jidhru fit-tabella fl-Anness I għandu jkun riservat għal fibri li n-natura tagħhom hija speċifikata taħt l-istess oġġett ta’ dik it-tabella.

3.   Ebda wieħed minn dawn l-ismijiet ma jista’ jintuża għal kwalunkwe fibra oħra, kemm weħidhom bħala aġġettiv jew bħala għerq, fi kwalunkwe lingwa tkun xi tkun.

4.   Il-kelma “ħarir” ma tistax tintuża biex tindika figura jew preżentazzjoni partikolari fi ħjut kontinwu ta’ fibri tat-tessut.

Artikolu 4

1.   Ebda prodott tat-tessut ma jista’ jiġi deskritt bħala “100 %”, “pur” jew “kollu” sakemm ma jkunx esklussivament kompost mill-istess fibra; ebda terminu simili ma jista’ jintuża.

2.   Prodott tat-tessut jista’ jkun fih sa 2 % bil-piż ta’ fibri oħra, sakemm din il-kwantità tkun ġustifikata għal raġunijiet tekniċi u ma tkunx miżjuda bħala materja ta’ rutina. Din it-tolleranza għandha tiġi miżjuda sa 5 % fil-każ ta’ prodotti tat-tessut li jkunu għaddew minn proċess ta’ tqardix.

Artikolu 5

1.   Prodott tas-suf jista’ jkun deskritt b’wieħed mill-ismijiet msemmi fl-Anness II sakemm jkun kompost esklussivament minn fibra li ma kinitx ġiet inkorporata qabel fi prodott finalizzat, li ma kienx ġie soġġett għal kwalunkwe proċessi ta’ brim u/jew ta’ feltru għajr dawk meħtieġa fil-fabbrikazzjoni ta’ dak il-prodott, u li ma kienx ġie mħassar bi trattament jew b’użu.

2.   B’ deroga mill-paragrafu 1, l-ismijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness II jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu s-suf li jkun hemm f’taħlita ta’ fibra meta:

(a)

is-suf kollu li jkun hemm f’dik it-taħlita jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b)

dan is-suf ikun jagħmel mhux inqas minn 25 % mill-piż totali tat-taħlita;

(c)

fil-każ ta’ taħlita mħarrbxa, is-suf ikun imħallat ma’ fibra waħda oħra biss.

Fil-każ li hemm referenza għalih f’dan il-paragrafu, għandha tingħata il-kompożizzjoni tal-persentaġġ kollu.

3.   It-tolleranza ġustifikata għal raġunijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-fabbrikazzjoni għandha tkun ristretta għal 0,3 % ta’ l-impuritajiet fibrużi fil-każ tal-prodotti li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-prodotti tas-suf li jkunu għaddew minn proċess ta’ tqardix.

Artikolu 6

1.   Prodott tat-tessut magħmul minn żewġ fibri jew iktar, li waħda minnhom ikun fiha 85 % tal-piż totali, għandu jkun indikat b’waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

bl-isem tal-fibra ta’ l-aħħar segwit bil-persentaġġ tagħha bil-piż, jew

(b)

bl-isem tal-fibra ta’ l-aħħar segwit bil-kliem “minimu ta’ 85 %”, jew

(c)

bil-kompożizzjoni tal-persentaġġ sħiħ tal-prodott.

2.   Prodott tat-tessut magħmul minn żewġ fibri jew iktar, li l-ebda waħda minnhom ma tagħmel 85 % tal-piż totali, għandu jkun indikat bl-isem u l-persentaġġ bil-piż ta’ għallinqas ż-żewġ fibri prinċipali, segwiti bl-ismijiet tal-fibri kostitwenti l-oħra f’ordni dixxendenti tal-piż, bi jew mingħajr indikazzjoni tal-persentaġġi skond il-piż tagħhom. Madankollu:

(a)

fibri li separatament jagħmlu inqas minn 10 % tal-piż totali ta’ prodott jistgħu jiġu indikati kollettivament bit-terminu “fibri oħra”, segwiti bil-persentaġġ totali skond il-piż;

(b)

fejn l-isem tal-fibra li tagħmel inqas minn 10 % tal-piż totali ta’ prodott huwa speċifikat, trid tingħata l-kompożizzjoni tal-persentaġġ totali ta’ dak il-prodott.

3.   Prodotti li jkollhom medd ta’ qoton pur u tgħama ta’ qanneb pur, li l-persentaġġ ta’ qanneb fihom jagħmel għal mhux inqas minn 40 % tal-piż totali tat-tessut mhux imdaqqas jista’ jingħata l-isem ta’ “unjoni ta’ għażel u qoton” li għandha tkun akkumpanjata minn bl-ispeċifikazzjoni tal-kompożizzjoni “medd ta’ qoton pur - tgħama ta’ qanneb pur”.

4.   It-terminu “fibri mħallta” jew it-terminu “kompożizzjoni mhux speċifikata ta’ tessuti” jistgħu jintużaw għal kwalunkwe prodott li l-kompożizzjoni tiegħu ma tkunx tista’ tiġi mistqarra faċilment fil-ħin tal-fabbrikazzjoni.

5.   Fil-każ tal-prodotti tat-tessut intenzjonati għall-konsumatur aħħari, fil-komposizzjonijiet tal-persentaġġi speċifikati fil-paragrafi 1 sa 4:

(a)

għandha tkun tollerata kwantità ta’ fibri estraneji sa 2 % tal-piż totali tal-prodott tat-tessut, sakemm dik il-kwantità tkun ġustifikata fuq bażi teknika u ma tkunx miżjuda bħala materja ta’ rutina; din it-tolleranza għandha tiżdied sa 5 % fil-każ ta’ prodotti li jkunu għaddew minn proċess ta’ tqardix u għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-tolleranza li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(3);

(b)

għandha tkun permessa tolleranza ta’ fabbrikazzjoni ta’ 3 % bejn il-persentaġġi tal-fibra mistqarra u l-persentaġġi miksuba mill-analiżi, fir-rigward tal-piż totali tal-fibri muri fuq it-tikketta; tolleranza bħal din għandha tiġi applikata wkoll għal fibri li, skond il-paragrafu 2, huma elenkati f’ordni dixxendenti tal-piż mingħajr indikazzjoni tal-persentaġġi tagħhom. Din it-tolleranza għandha tapplika wkoll għall-għanijiet ta’ Artikolu 5(2)(b).

Fl-analiżi, it-tolleranzi għandhom jiġu kkalkulati separatament. Il-piż totali li għandu jitqies fil-kalkolu tat-tolleranza li għaliha hemm referenza f’punt (b) jkun dak tal-fibri tal-prodott lest bil-piż ta’ xi fibri estranji misjuba meta tkun applikata t-tolleranza li hemm referenza għaliha f’punt (a) imnaqqas.

Iż-żieda tat-tolleranzi li hemm referenza għalihom f’punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tkun permessa biss jekk xi fibri estranji misjuba b’analiżi, meta tiġi applikata t-tolleranza li hemm referenza għaliha f’punt (a), tinzerta tkun ta’ l-istess tip kimiku bħala waħda jew iktar mill-fibri murija fuq it-tikketta.

Fil-każ ta’ prodotti partikolari li għalihom il-proċess tal-fabbrikazzjoni jitlob tolleranzi ogħla minn dawk mogħtija f’punt (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, tolleranzi ogħla jistgħu jiġu awtorizzati meta l-konformità tal-prodotti tiġi kontrollata bi qbil ma’ l-Artikolu 13(1) biss f’każijiet eċċezzjonali u fejn tkun ipprovduta ġustifikazzjoni adekwata mill-fabbrikant. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(5), fibri viżibbli, iżolabbli li huma purament dekorattivi u li ma jeċċedux is-7 % tal-piż tal-prodott lest m’hemmx għalfejn jissemmgħu fil-kompożizzjoniijiet tal-fibri kif hemm provdut għalihom fl-Artikoli 4 u 6. L-istess japplika għal fibri, bħal fibri metalliċi li jiġu inkorporati sabiex jinkiseb effett antistatiku u li ma jeċċedux it-2 % tal-piż tal-prodott lest. Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3), persentaġġi bħal dawn għandhom jiġu kkalkolati mhux fuq il-piż tad-drapp iżda fuq il-piż tal-medd u dak tat-tgħama separatament.

Artikolu 8

1.   Prodotti tat-tessut fis-sens ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu ittikkettjati u mmarkati kull meta jitpoġġew fis-suq għal produzzjoni jew skopijiet kummerċjali. Dan l-ittikkettjar jew immarkar jista’ jiġi sostitwit jew issupplimentat b’dokumenti kummerċjali li jakkumpanjawhom meta l-prodotti ma jkunux qegħdin jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari, jew meta jkunu qegħdin jitwasslu għal ordni poġġuta mill-Istat jew minn xi persuna legali oħra rregolata mil-liġi pubblika jew, f’dawk l-Istati Membri fejn dan il-kunċett mhuwiex magħruf, minn entità ekwivalenti.

2.   L-ismijiet, id-deskrizzjonijiet u d-dettalji dwar il-kontenut tal-fibra tat-tessut li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 3 sa 6 u fl-Annessi I u II għandhom ikunu indikati b’mod ċar fuq id-dokumenti kummerċjali. Din il-kondizzjoni, timpedixxi b’mod partikolari, l-użu ta’ taqsiriet fil-kuntratti tal-bejgħ, kontijiet u fatturi. Iżda, jista’ jintuża kodiċi ta’ pproċessar mekkanizzat, sakemm dik il-kodiċi tiġi spjegata fl-istess dokument.

3.   L-ismijiet, id-deskrizzjonijiet u d-dettalji dwar il-kontenut tal-fibra tat-tessut li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 3 sa 6 u fl-Annessi I u II għandhom ikunu indikati b’tipa ċara, leġibbli u uniformi meta l-prodotti tat-tessuti jkunu offruti għall-bejgħ jew mibjugħin lill-konsumatur, u b’mod partikolari f’katalgi u f’letteratura tal-kummerċ, fuq l-imballaġġ, fuq tikketti u fuq l-immarkar.

Dettalji u informazzjoni oħra għajr dawk li hemm ipprovdut għalihom f’din id-Direttiva għandhom ikunu separati. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal marka tal-kummerċ jew għall-isem ta’ l-intrapriża li tista’ tingħata minnufih qabel jew wara d-dettalji li hemm ipprovdut għalihom b’din id-Direttiva.

Jekk, madankollu, meta prodott tat-tessut ikun offrut għall-bejgħ jew ikun mibjugħ lill-konsumatur kif hemm referenza fl-ewwel sub-paragrafu, għandha tkun indikata l-marka tal-kummerċ jew l-isem ta’ l-intrapriża u din għandha jkun fiha, jew għalih jew inkella bħala aġġettiv jew bħala għerq, wieħed mill-ismijiet elenkati fl-Anness I jew isem li jista’ jiġi mitfixkel miegħu, il-marka tal-kummerċ jew l-isem ta’ l-intrapriża għandhom ikunu immedjatament preċeduti jew segwiti minn ismijiet, deskrizzjonijiet u dettalji dwar il-kontenut tal-fibra tat-tessuti li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 3 sa 6 u fl-Annessi I u II, b’tipa ċara, leġibbli u uniformi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu li, fejn prodotti tat-tessuti jkunu offruti għall-bejgħ jew mibjugħin lill-konsumatur aħħari fit-territorju tagħhom, il-lingwi nazzjonali tagħhom għandhom jiġu wżati wkoll għall-ittikkettjar u l-immarkar mitlub minn dan l-Artikolu.

Fil-każ ta’ mkebba, irkiekel, marelli u kobob jew kwalunkwe kwantità żgħira oħra ta’ ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u ta’ l-irrakkmar, l-għażla li hemm ipprovdut għaliha fl-ewwel sub-paragrafu tista’ tiġi eżerċitata mill-Istati Membri biss fil-każ ta’ ittikkettjar inklussiv fuq pakketti jew wirjiet. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punt 18 ta’ l-Anness IV, oġġetti individwali jistgħu jiġu ttikkettjati bi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Komunità.

5.   L-Istati Membri jistgħu ma jipprojbixxux l-użu ta’ deskrizzjonijiet jew dettalji oħra għajr dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 3, 4 u 5 li għandhom x’jaqsmu ma’ karatteristiċi ta’ prodotti fejn deskrizzjonijiet u dettalji bħal dawn huma konsistenti mal-prattika tal-kummerċ ġust tagħhom.

Artikolu 9

1.   Kwalunkwe prodott tat-tessut magħmul minn żewġ komponenti jew iktar li għandhom kontenut ta’ fibra differenti għandhom ikollhom tikketta li tesprimi l-kontenut ta’ fibra ta’ kull komponent. Ittikkettjar bhal dan m’għandux ikun obbligatorju għall-komponenti li jirrappreżentaw inqas minn 30 % tal-piż totali tal-prodott eskluż it-tberfil ewlieni.

2.   Fejn żewġ prodotti tat-tessut jew aktar għandhom l-istess kontenut ta’ fibra u normalment jifformaw unità waħdanija, dawn jeħtieġu li jkollhom tikketta waħda biss.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12:

(a)

il-kompożizzjoni tal-fibra ta’ l-oġġetti tal-kriepet li ġejjin għandha tkun indikata billi tiġi dikjarata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew dik tal-komponenti elenkati taħt jew b’mod inklussiv jew b’mod separat:

(i)

għal riċipetti: id-drapp ta’ ġewwa u ta’ barra tal-boroż u d-dahar;

(ii)

għal kriepet: il-panewijiet webbiesa ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġnub;

(iii)

għal korsaletti: id-drapp ta’ barra u ta’ ġewwa tal-boroż, il-panewijiet webbiesa ta’ quddiem u ta’ wara u l-panewijiet tal-ġnub.

Il-kompożizzjoni tal-fibra ta’ l-oġġetti tal-kriepet oħra għajr dawk elenkati fl-ewwel sub-paragrafu għandha tiġi ndikata billi tiġi ddikjarata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, jew b’mod inklussiv jew b’mod separat, il-kompożizzjoni tal-bosta komponenti ta’ l-oġġetti; ittikkettjar bħal dan m’għandux ikun obbligatorju għal komponenti li jirrapreżentaw inqas minn 10 % tal-piż totali tal-prodott.

L-ittikkettjar separat tal-partijiet varji ta’ l-oġġetti tal-kriepet imsemmija għandu jsir b’tali mod li l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem b’mod faċli għal liema parti tal-prodott jirreferu d-dettalji tat-tikketta;

(b)

il-kompożizzjoni tal-fibra ta’ tessuti stampati b’inċiżjoni għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi, il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-partijiet inċiżi jiġu ddikjarati separatament. Dawn il-komponenti għandhom jiġu msemmija b’isimhom;

(c)

il-kompożizzjoni tal-fibra tat-tessuti rrakkmati għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi jiġu ddikjarati, separatament, il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-ħajt tar-rakkmu; dawn il-komponenti jistgħu jissemmgħu b’isimhom, jekk il-partijiet irrakkmati jagħmlu inqas minn 10 % ta’ l-arja tal-wiċċ tal-prodott, ikun hemm bżonn li tissemma’ biss il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku;

(d)

il-kompożizzjoni tal-fibra tal-ħjut magħmula minn qalba u għata magħmula minn fibri differenti, u offruti għall-bejgħ bħala tali lill-konsumatur, għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi tiġi ddikjarata l-kompożizzjoni tal-qalba u ta’ l-għata separatament; dawn il-komponenti għandhom jiġu msemmija b’isimhom;

(e)

il-kompożizzjoni tal-fibra tat-tessut tal-bellus u tal-filpa, jew ta’ tessuti li jixbħu lill-bellus jew lill-filpa, għandha tingħata għall-prodott sħiħ u, fejn il-prodott ikun fih dahar distint u wiċċ ta’ l-użu magħmul minn fibri differenti, din tista’ tiġi ddikjarata separatament għal dawk iż-żewġ partijiet, li għandhom jiġu msemmija b’isimhom;

(f)

il-kompożizzjoni tal-kisi ta’ l-art u tat-twapet li d-dahar u l-wiċċ ta’ l-użu tagħhom huma magħmulin minn fibri differenti tista’ tiġi ddikjarata għall-wiċċ ta’ l-użu biss, li għandu jiġi msemmi b’ismu.

Artikolu 10

1.   B’ deroga mill-Artikoli 8 u 9:

(a)

fil-każ ta’ prodotti tat-tessut elenkati fl-Anness III li jinsabu f’waħda mill-fażijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1), punt (a), l-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu l-ittikkettjar jew l-immarkar li jindika l-isem jew il-kompożizzjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8 u 9 għandhom japplikaw fejn prodotti bħal dawn juru tikketta jew immarkar li jagħti l-isem jew il-kompożizzjoni, il-marka tan-negozju jew l-isem ta’ intrapriża li tinkorpora, weħidha jew bħala aġġettiv jew bħala għerq, kwalunkwe wieħed mill-ismijiet elenkati fl-Anness I jew isem li jista’ jiġi mitfixkel magħha;

(b)

fejn prodotti tat-tessut elenkati fl-Anness IV huma ta’ l-istess tip u kompożizzjoni, dawn jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ flimkien taħt tikketta inklussiva li tagħti d-dettalji tal-kompożizzjoni stabbiliti b’din id-Direttiva;

(c)

il-kompożizzjoni ta’ prodotti tat-tessuti mibjugħin bil-metru għandha tiġi murijha biss fuq it-tul tar-romblu offrut għall-bejgħ.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-prodotti li hemm referenza għalihom f’punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 jiġu offruti għall-bejgħ b’tali mod li l-konsumatur aħħari jkun jista’ jinforma ruħu sewwa dwar il-kompożizzjoni ta’ dawn il-prodotti.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni mogħtija meta prodotti tat-tessut jitpoġġew fis-suq ma jkunux jistgħu jiġu mitfixkla ma’ l-ismijiet u d-dettalji stabbiliti b’din id-Direttiva.

Artikolu 12

Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(1) u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ittikkettjar ta’ prodotti tat-tessut, il-persentaġġi ta’ fibra li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ma jittieħed kont tal-punti li ġejjin:

(a)

għall-prodotti tat-tessut kollha: partijiet mhux tessut, ċmusa, tikketti, badges, borduri u tirqim li ma jiffurmawx parti integrali mill-prodott, buttuni u bokkli miksijin bil-materjal tat-tessut, aċċessorji, dekorazzjonijiet, żigarelli mhux tal-lastiku, ħjut elastiċi u ċineg miżjuda f’punti speċifiċi u limitati tal-prodott u, soġġetti għall-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 7, fibri viżibbli, iżolabbli li huma purament fibri dekorattivi u antistatiċi;

(b)

għall-kisi ta’ l-art u twapet: il-komponenti l-oħra kollha għajr tal-wiċċ ta’ l-użu;

(ċ)

għal drappijiet tal-kisi: meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li ma jiffurmawx parti mill-wiċċ ta’ l-użu;

(d)

għad-dendil u l-purtieri: meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li mhumiex parti min-naħa t-tajba tad-drapp;

(e)

għal prodotti oħra tat-tessut: id-drapp bażiku jew ta’ taħt, fursetti u rinforzamenti, inter-linings u backings għall-kanvas, ħjut tal-ħjata u ta’ l-assemblaġġ sakemm ma jissostitwixxux il-medd jew/u t-tgħama tad-drapp, mili li m’għandux funzjoni ta’ iżolazzjoni u, soġġetta għall-Artikolu 9(1), inforra.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt:

(i)

il-bażi tal-materjal ta’ taħt ta’ prodotti tat-tessut li jservu bħala qiegħ għall-wiċċ ta’ l-użu, b’mod partikolari fi gvieret u drappijiet doppji, u bħala qiegħ għal drappijiet tal-bellus u tal-filpa u prodotti simili m’għandhomx jitqiesu bħala qigħan li għandhom jitwarrbu;

(ii)

“fursetti u rinforzamenti” jfissru ħajt jew materjali miżjuda f’punti speċifiċi u limitati tal-prodotti tat-tessut sabiex isaħħuhom jew jagħtuhom riġidità jew ħxuna;

(f)

sostanzi grassi, tberfil, piżijiet, daqsijiet u dressings, prodotti li ma jgħaddix l-ilma minnhom, żebgħa addizzjonali u prodotti oħra ta’ l-ipproċessar tat-tessuti. Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn l-oġġetti ma jkunux preżenti fil-kwantitaijiet li jistgħu jiżgwidaw lill-konsumatur.

Artikolu 13

1.   Kontrolli dwar jekk il-kompożizzjoni ta’ prodotti tat-tessut hijiex f’konformità ma’ l-informazzjoni fornuta skond din id-Direttiva għandhom isiru bil-metodi ta’analiżi speċifikati fid-Direttivi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

Għal dan il-għan, il-persentaġġi tal-fibra fl-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni tal-konċessjoni miftehma xierqa għall-massa anidra ta’ kull fibra stabbilita fl-Anness V, wara li jkunu tneħħew il-punti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12.

2.   Direttivi separati għandhom jispeċifikaw il-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li għandhom jintużaw fl-Istati Membri biex jistabbilixxu l-kompożizzjoni tal-fibra ta’ prodotti koperti b’din id-Direttiva.

Artikolu 14

1.   Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ismijiet jew speċifikazzjonijiet ta’ kompożizzjoni, jipprojbixxi jew jimpedixxi it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tessut li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’kull Stat Membru dwar il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali, dwar indikazzjonijiet ta’ provenjenza, marki ta’ oriġini u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni mhux ġusta.

Artikolu 15

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta ż-żidiet għall-Anness I u ż-żidiet u l-emendi għall-Anness V li huma meħtieġa sabiex dawk l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-metodi l-ġodda ta’ analiżi kwantitattiva għal taħlitiet binarji u ternarji għajr dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE tas-26 ta’ Frar 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ tlett fibri (7).

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragarafu 1 u 2, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 16

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għad-Direttivi li jirrigwardaw Ismijiet u Tikkettjar ta’ Tessuti stabbilit skond id-Direttiva 96/73/KE.

2.   Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Id-Direttiva 96/74/KE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness VI, Parti A hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness VI, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strażburgu, 14 ta’ Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 40.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008.

(3)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 38.

(4)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

(7)  ĠU L 83, 30.3.1973, p. 1.


ANNESS I

TABELLA TAL-FIBRI TAT-TESSUTI

(imsemmija fl-Artikolu 3)

Nru

Isem

Deskrizzjoni tal-fibra

1

Suf (1)

fibra mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief (Ovis aries)

2

alpaca, llama, ġemel, kashmir, mohair, angora, vicuna, yak, guanaco, cashgora, kastur, lontra, segwiti jew le bl-isem “suf” jew “xagħar” (1)

xagħar ta’ l-annimali segwenti: alpaca, llama, ġemel, mogħża tal-kashmir, mogħża ta’ l-angora, fenek ta’ l-angora, vicuna, yak, mogħża cashgora (taħlita bejn il-mogħża tal-kashmir u l-mogħża ta’ l-angora), kastur, lontra

3

annimal jew xagħar taż-żiemel, bi jew mingħajr indikazzjoni tat-tip ta’ annimal (eż. xagħar tal-merħla, xagħar tal-mogħża komuni, xagħar taż-żiemel)

xagħar ta’ annimali varji mhux imsemmija f’1 u 2

4

Ħarir

fibra miksuba esklussivament minn insetti li jobżqu l-ħarir

5

Qoton

fibra miksuba mill-ifsdqa tal-pjanta tal-qoton (Gossypium)

6

Kapok

fibra miksuba mill-intern tal-frotta tal-kapok (Ceiba pentandra)

7

Kittien

fibra miksuba mill-qalba tal-pjanta tal-kittien (Linum usitatissimum)

8

Qanneb

fibra miksuba mill-qalba tal-qanneb (Cannabis sativa)

9

Ġuta

fibra miksuba mill-qalba tal-Corchorus olitorius u Corchorus capsularis. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, fibri tal-qalba minn l-ispeċi segwenti jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-ġuta: Hibiscus cannabinus, Hibiscus sabdariffa, Bultilon avicennae, Urena lobata, Urena sinuata

10

abaka (Qanneb ta’ Manila)

fibra miksuba mill-weraq ta’ barra tal-Musa textilis

11

alfa

fibra miksuba mill-weraq ta’ l-Istipa tenacissima

12

kajjar (ġewż ta’ l-Indi)

fibra miksuba mill-Cocos nucifera

13

ġummar

fibra miksuba mill-qalba tal-Cytisus scoparius u/jew Spartium junceum

14

rami

fibra miksuba mill-qalba tal-Boehmeria nivea u Boehmeria tenacissima

15

sisal

fibra miksuba mill-weraq ta’ l-Agave sisalana

16

Sunn

fibra mill-qalba tal-Crotalaria juncea

17

sabbara

fibra mill-qalba ta’ l-Agave fourcroydes

18

Maguey

fibra mill-qalba ta’ l-Agave cantala

19

aċetat

fibra ta’ l-aċetat taċ-ċelluloża fejn inqas minn 92 % imma għallinqas 74 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilatati

20

alġinat

fibra miksuba minn imluħa metalliċi u l-aċidu alġiniku

21

cupro (cuprammonium rayon)

fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba bil-proċess cuprammonium

22

modal

fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba minn proċess viskuż modifikat li għandu saħħa qawwija li jkisser u modulu għoli ta’ tixrib. Is-saħħa biex tkisser (BC) fl-istat ikkundizzjonat u l-forza (BM) meħtieġa biex tipproduċi titwil ta’ 5 % fi stat imxarrab huma:

BC (CN) ≥ 1,3 √T + 2 T

BM (CN) ≥ 0,5 √T

fejn T hija d-densità lineari medja f’decitex

23

Proteini

fibra miksuba minn sostanzi ta’ proteini naturali riġenerati u stabbilizzati permezz ta’ azzjoni ta’ aġenti kimiċi

24

triaċetat

fibra ta’ l-aċetat taċ-ċelluloża fejn għallinqas 92 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilatati

25

Viskuża

fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess viskuż għal fibra tal-filament u fibro diskontinwa

26

Akriliku

fibra ffurmata minn makromolekoli lineari li jinkludu għallinqas 85 % (bil-piż) fil-katina tal-mudell akrilonitriliku

27

kolorofibra

fibra ffurmata minn makromolekoli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom iktar minn 50 % bil-piż ta’ unitajiet monomeriċi ta’ klorur tal-vinil u klorul tal-vinilat

28

flwofibra

fibra ffurmata minn makromolekoli lineari magħmula minn monomeri alifitiċi tal-flworokarbonju

29

Modacrylic

fibra ffurmata minn makromolekoli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom iktar minn 50 % u inqas minn 85 % (bil-piż) tal-mudell akrilonitriliku

30

poliamidu jew nylon

fibri magħmula minn makromolekoli sintetiċi u lineari li jkollhom fil-katina rabtiet rikorrenti ma’ amidu li minnu mill-inqas 85 % huwa magħqud ma’ unitajiet alifatiċi jew ċikloalifatiċi

31

Aramid

fibri magħmulin minn makromolekoli lineari sintetiċi magħmula minn gruppi aromatiċi magħqudin b’rabtiet ta’ amide jew imide, li minnhom mill-inqas 85 % huma magħqudin direttament ma’ żewġ ċrieki aromatiċi u bin-numru ta’ konnessjonijiet ta’ imide, jekk dawn ta’ l-aħħar ikunu preżenti, ma jaqbiżx in-numru ta’ konnessjonijiet ta’ amide

32

poliimidu

fibri ffurmati minn makromolekoli sintetiċi lineari li fit-taħlita fihom unitajiet ripetuti ta’ imidu

33

lyocell (2)

fibra taċ-ċelluloża riġenerata magħmula miksuba mit-tidwib, u proċess ta’ solvent organiku b’tidwir mingħajr ma jifforma derivati

34

Poliaktidu

fibra magħmula minn makromolekoli lineari jkollhom fil-katina mill-inqas 85 % (f’massa) ta’ unitajiet ta’ esteri ta’ aċidu lattiku derivati minn zokkor naturali, u li jkollhom temperatura li fiha jinħallu ta’ 135 °C

35

Poliester

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jkun fihom għallinqas 85 % (bil-piż) fil-katina ta’ ester ta’ diol u ta’ aċidu tereftaliku

36

Polietilen

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari ta’ idrokarbonju saturizzat allifatiku mhux sostitwit

37

Polipropilen

fibra ffurmata minn makromolekoli lineari ta’ idrokarbonju saturizzat alifatiku fejn atomu wieħed tal-karbonju minn kull tnejn iġorr methyl side chain fid-dispożizzjoni isotattika u mingħajr iktar sostituzzjoni

38

Polikarbamidu

fibra ffurmuta minn makromollikuli linejari li jkollhom fil-katina l-grupp funzjonali ta’ l-urilen rikorrenti (NH-CO-NH)

39

Poliuretan

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari komposti minn ktajjen bil-grupp funzjonali tal-uretan rikorrenti

40

Vinylal

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li l-katina tagħhom hija magħmula bil-poli(alkol viniliku) b’livelli differenti ta’ aċetalizzazzjoni

41

Trivinil

fibra ffurmata minn terpolimeru tal-akrilonitril, monomeru tal-kolrur tal-vinil u t-tielet monomeru tal-vinil, li l-ebda wieħed minnhom ma jirrapreżenta daqs 50 % tal-piż totali

42

Elastodiene

elastofibre kompost minn polyiisopren naturali jew sintetiku, jew kompost minn wieħed jew aktar dienes polimerizzati ma’ jew mingħajr waħda jew aktar minn monomeri tal-vinil, u liema, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u jintelaq, jirkupra minnufih u b’mod sostanzjali it-tul inizjali tiegħu

43

elastane

elastofibre kompost minn għallinqas 85 % (bil-piż) poliuretan segmentat u liema, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u jintelaq, jirkupra minnufih u b’mod sostanzjali it-tul inizjali tiegħu

44

fibra tal-ħġieġ

fibra magħmula mill-ħġieġ

45

isem li jikkorrispondi għall-materjali li minnhom huma komposti l-fibri, eż. metall (metalliku, metallizzat), asbestos, karta, segwiti jew le mill-kelma “ħjut” jew “fibra”

fibri miksubin minn materjali ġodda jew mixxellanji mhux elenkati fl-Anness

46

elastomultiester

fibri ffurmati b’azzjoni bejn makromolekoli lineari kimikament distinti f’żewġ fażijiet jew aktar (li minnhom l-ebda ma jiskorri l-85 % bħala piż) u li, wara trattamemt adatt meta miġbud għal darba u nofs it-tul oriġinali u jintelaq, jirkupra malajr u b’mod sostanzjali it-tul oriġinali tiegħu

47

Elastolefin

fibri magħmulin minn mill-inqas 95 % (bħala piż) tal-makromolekoli immaljati salib parzjalment, magħmulin mill-ethylene u mill-inqas olefin ieħor u li, meta miġbudin darba u nofs it-tul oriġinali tagħhom u jintelqu, jirkupraw malajr u b’mod sostanzjali it-tul oriġinali tagħhom


(1)  L-isem “suf” fil-punt 1 ta’ dan l-Anness jista’ jintuża wkoll sabiex jindika taħlita ta’ fibri mis-suf tan-nagħaġ u ħrief u x-xagħar elenkat fit-tielet kolonna tal-punt 2.

Din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-prodotti tat-tessut elenkati fl-Artikoli 4 u 5 u għal dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6, sakemm li dawn ta’ l-aħħar ikunu parzjalment komposti mill-fibri elenkati fil-punti 1 u 2.

(2)  Huwa mifhum illi “solvent organiku” ifisser essenzjalment taħlita ta’ kimiċi organiċi u ilma.


ANNESS II

Ismijiet li jidrhu f’Artikolu 5(1)

:

bil-Bulgaru

:

“необработена вълна”,

:

bl-Ispanjol

:

“lana virgen” jew “lana de esquilado”,

:

biċ-Ċek

:

“střižní vlna”,

:

bid-Daniż

:

“ren, ny uld”,

:

bil-Ġermaniż

:

“Schurwolle”,

:

bl-Estonjan

:

“uus vill”,

:

bil-Grieg

:

“παρθένο μαλλί”,

:

bl-Ingliż

:

“virgin wool” jew “fleece wool”,

:

bil-Franċiż

:

“laine vierge” jew “laine de tonte”,

:

bit-Taljan

:

“lana vergine” jew “lana di tosa”,

:

bil-Latvijan

:

“pirmlietojuma vilna” jew “jaunvilna”,

:

bil-Litwan

:

“natūralioji vilna”,

:

bl-Ungeriż

:

“élőgyapjú”,

:

bil-Malti

:

“suf verġni”,

:

bl-Olandiż

:

“scheerwol”,

:

bil-Pollakk

:

“żywa wełna”,

:

bil-Portugiż

:

“lã virgem”,

:

bir-Rumen

:

“lână virgină”,

:

bis-Slovakk

:

“strižná vlna”,

:

bis-Sloven

:

“runska volna”,

:

bil-Finladiż

:

“uusi villa”,

:

bl-Isvediż

:

“ren ull”.


ANNESS III

Prodotti li ma jistgħux ikunu magħmulin soggetti għall-ittikkettjar jew immarkar obbligatorju

(imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a))

1.

Faxex tal-kmiem

2.

Ċineg ta’ l-arloġġi magħmulin minn materjali tat-tessut

3.

Tikketti u badges

4.

Ingwanti imbottiti li bihom tista’ żżomm affarijiet sħan magħmulin minn materjali tat-tessut

5.

Għata tal-kafè

6.

Għata tat-te

7.

Protezzjoni tal-kmiem

8.

Manxò (muffs) għajr dawk magħmulin mid-drapp tal-pil

9.

Fjuri artifiċjali

10.

Kuxxinetti tal-labar

11.

Kanvas miżbugħ

12.

Prodotti tat-tessut bħala bażi jew drappijiet minn taħt jew fursetti

13.

Feltri

14.

Prodotti antiki tat-tessut iffabbrikati, fejn mistqarr a tali b’mod espliċitu

15.

Takkalji

16.

Imballaġġ, mhux ġdid u mibjugħ bħala tali

17.

Kpiepel tal-feltru

18.

Reċipjenti li huma rotob u mingħajr bażi, partijiet magħmulin minn sarraġ, jew minn materjali tat-tessut

19.

Oġġetti tal-vjaġġi magħmulin minn materjal tat-tessut

20.

Tapezzeriji rrakkmati bl-idejn, lesti jew mhux lesti, u materjali għall-produzzjoni tagħhom, li jinkludu ħjut ta’ l-irrakkmar, mibjugħin separatament mill-kanvas u ppreżentati b’mod speċjali sabiex jintużaw f’tapezzeriji bħal dawn

21.

Żippijiet

22.

Buttuni u bokkli miksija b’materjali tat-tessut

23.

Kisi tal-kotba magħmulin minn materjal tat-tessut

24.

Ġugarelli

25.

Partijiet tat-tessut ta’ xedd tas-saqajn, bl-eċċezzjoni ta’ kisi li jsaħħan

26.

Sottoplatti li jkollhom bosta komponenti u arja tal-wiċċ ta’ mhux iktar minn 500 ċm2

27.

Ingwanti u ċraret tal-forn

28.

Għata tal-bajd

29.

Kaxex tal-make-up

30.

Boroż tat-tabakk magħmulin minn materjal tat-tessut

31.

Kaxex magħmulin minn materjal tat-tessut tan-nuċċalijiet, sigarretti u sigarri, lighters u pettnijiet

32.

Tagħmir ta’ protezzjoni wżat fl-isports bl-eċċezzjoni ta’ l-ingwanti

33.

Kaxex tat-twaletta

34.

Kaxex għat-tindif taż-żraben

35.

Oġġetti tal-funerali

36.

Oġġetti li jintremew wara l-użu, bl-eċċezzjoni tat-tajjar

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, oġġetti tat-tessut iddisinjati biex jintużaw darba biss jew għal żmien limitat, u li l-użu normali tagħhom jimpedixxi kwalunkwe ristorazzjoni għal użu sussegwenti għall-istess skop jew simili, għandhom jitqiesu bħala oġġetti li jintremew wara l-użu.

37.

Oġġetti tat-tessut soġġetti għar-regoli tal-Farmakopija Ewropea u koperti b’referenza għal dawk ir-regoli, faxex għal użu mediku u ortopediku li ma jintremewx wara l-użu u oġġetti ortopediċi tat-tessut ġenerali

38.

Oġġetti tat-tessuti inklużi spag, ħbula u qfula, soġġetti għal punt 12 ta’ l-Anness IV normalment intenzjonati:

(a)

għal użu bħala komponenti ta’ apparat fil-fabbrikazzjoni u fl-ipproċessar ta’ oġġetti;

(b)

għal inkorporazzjoni f’magni, installazzjonijiet domestiċi (eż. tisħin, arja kondizzjonata jew dawl) u apparat ieħor, vetturi u mezzi oħra tat-trasport jew għat-tħaddim, manutenzjoni jew apparat tagħhom għajr għata ta’ tarpolin u aċċessorji tat-tessut ta’ vetturi b’makna mibjugħin separatament mill-vettura

39.

Oġġetti tat-tessuti għal għanijiet ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà bħal ċintorini tas-siguirtà, paraxutijiet, ġkieket tas-salvataġġ, siġġijiet ta’ emerġenza, apparat ta’ kontra n-nar, ġkieket bullet proof u lbies protettiv speċjali (eż: dawk li jipprovdu protezzjoni kontra n-nar, sostanzi kimiċi u perikoli oħra għas-sigurtà)

40.

Strutturi mirfudin fl-arja (eż: swali ta’ l-isport, stands tal-wirjiet jew faċilitajiet ta’ ħżin), sakemm jiġu pprovduti d-dettalji tar-rendimenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawn l-oġġetti

41.

Qlugħ

42.

Għata ta’ l-annimali

43.

Bnadar u bandalori


ANNESS IV

Prodotti li għalihom l-ittikkettjar u l-immarkar inklussiv biss huwa obbligatorju

(imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b))

1.

Ċraret ta’ l-art

2.

Ċraret tat-tindif

3.

Tberfil u Tirqim

4.

Passementerie

5.

Ċintorini

6.

Ċineg

7.

Takkalji u ġarrettieri

8.

Lazzijiet taż-żraben

9.

Żigarelli

10.

Lastiku

11.

Imballaġġ ġdid mibjugħ bħala tali

12.

Spag ta’ l-ippakkjar u spag, qfieli, ċwiemi u ħbula agrikoli għajr dawk li jaqgħu taħt il-punt 38 ta’ l-Anness III (1)

13.

Mattijiet ta’ taħt il-platti

14.

Imkatar

15.

Xbieki tax-xagħar

16.

Ingravajjet u ċfuf għat-tfal

17.

Vavalori, ingwanti tal-ħasil u flanelli tal-wiċċ

18.

Ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet żgħar b’piż nett ta’ gramma jew inqas

19.

Tejp għall-purtieri u blinds u shutters


(1)  Għall-prodotti li jaqgħu taħt dan il-punt u mibjugħin f’tulijiet maqtugħin, l-ittikkettjar inklussiv għandu jkun dak tar-rukkell. Iċ-ċwiemi u l-ħbula li jaqgħu taħt dan il-punt inklużi dawk użati għall-isport tal-muntanji u ta’ l-ilma.


ANNESS V

Konċessjonijiet miftiehma biex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ fibri kontenuti fil-prodott tat-tessut

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Nru tal-Fibra

Fibri

Persentaġġi

1-2

Suf u xagħar ta’ l-annimali:

 

fibri mimxuta

18,25

fibri mqardxa

17,00  (1)

3

Xagħar ta’ l-annimali:

 

fibri mimxuta

18,25

fibri mqardxa

17,00  (1)

Xagħar taż-żiemel:

 

fibri mimxuta

16,00

fibri mqardxa

15,00

4

Ħarir

11,00

5

Qoton:

 

fibri normali

8,50

fibri ta’ leqqa

10,50

6

Kapok

10,90

7

Kittien

12,00

8

Qanneb

12,00

9

Ġuta

17,00

10

Abaca

14,00

11

Alfa

14,00

12

Kajjar

13,00

13

Ġammar

14,00

14

Ramie (fibra bbliċjata)

8,50

15

Sisal

14,00

16

Sunn

12,00

17

Sabbara

14,00

18

Maguey

14,00

19

Aċeta

9,00

20

Alġinat

20,00

21

Cupro

13,00

22

Modal

13,00

23

Proteini

17,00

24

Triaċetat

7,00

25

Viskuż

13,00

26

Akriliku

2,00

27

Chlorofibre

2,00

28

Fluorofibre

0,00

29

Modacrylic

2,00

30

Polyamide jew nylon:

 

fibra diskontinwa

6,25

filament

5,75

31

Aramid

8,00

32

Polyimide

3,50

33

Lyocell

13,00

34

Polylactide

1,50

35

Polyester:

 

fibra mhux kontinwa

1,50

filament

1,50

36

Polyethylene

1,50

37

Polypropylene

2,00

38

Polycarbamide

2,00

39

Polyurethane

 

fibra mhux kontinwa

3,50

filament

3,00

40

Vinylal

5,00

41

Trivinyl

3,00

42

Elastodiene

1,00

43

Elastane

1,50

44

Fibra tal-ħġieġ

 

b’dijametru medju ta’ iktar minn 5 μm

2,00

b’dijametru medju ta’ 5 μm jew inqas

3,00

45

Fibra tal-metall

2,00

Fibra metallizzata

2,00

Asbestos

2,00

Ħjut tal-karta

13,75

46

Elastomultiester

1,50

47

Elastolefin

1,50


(1)  Il-gratifikazzjonijiet miftiehma ta’ 17,00 % għandhom jiġu applikati wkoll fejn huwa impossibbli li jiġi aċċertat jekk il-prodott tat-tessut li fih is-suf jew/u x-xagħar ta’ l-annimali huwiex mimxut jew imqardex.


ANNESS VI

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 18)

Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 32, 3.2.1997, p. 38)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 97/37/KE

(ĠU L 169, 27.6.1997, p. 74)

 

Punt 1.F.2 ta’ Anness II ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 66)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/34/KE

(ĠU L 89, 26.3.2004, p. 35)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/3/KE

(ĠU L 5, 10.1.2006, p. 14)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Anness, punt D 2 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/3/KE

(ĠU L 28, 3.2.2007, p. 12)

 


PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 18)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

96/74/KE

97/37/KE

fl-1 ta’ Ġunju 1998.

2004/34/KE

fl-1 ta’ Marzu 2005.

2006/3/KE

fid-9 ta’ Jannar 2007.

2006/96/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.

2007/3/KE

fit-2 ta’ Frar 2008.


ANNESS VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 96/74/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(2), kliem tal-bidu

Artikolu 2(1)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(b)(i)

Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)(ii)

Artikolu 2(3), kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), kliem tal-bidu

Artikolu 2(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(3), it-tieni inċiż

Artikolu 2(2)(b)

Artikolu 2(3), it-tielet inċiż

Artikolu 2(2)(ċ)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1), kliem ieħor minbarra l-inċiżi

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1), inċiżi

Anness II

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(1), kliem tal-bidu

Artikolu 6(1), kliem tal-bidu

Artikolu 6(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 6(1), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 6(1), it-tielet inċiż

Artikolu 6(1)(ċ)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)(b)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(2)(ċ)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(2)(d)

Artikolu 8(5)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3), kliem tal-bidu

Artikolu 9(3), kliem tal-bidu

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, (i)

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, (ii)

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 9(3)(a), l-ewwel subparagrafu, (iii)

Artikolu 9(3)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(3)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(3)(a), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(3)(a), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(3)(b) sa (f)

Artikolu 9(3)(b) sa (f)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12, kliem tal-bidu

Artikolu 12, kliem tal-bidu

Artikolu 12, Nru 1

Artikolu 12(a)

Artikolu 12, Nru 2 (a)

Artikolu 12(b)

Artikolu 12, Nru 2 (b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(ċ)

Artikolu 12, Nru 2 (b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(d)

Artikolu 12, Nru 2 (ċ), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(e), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12, Nru 2 (ċ), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 12(e), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 12, Nru 2 (ċ), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 12(e), it-tieni subparagrafu, (i)

Artikolu 12, Nru 2 (ċ), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 12(e), it-tieni subparagrafu, (ii)

Artikolu 12, Nru 3

Artikolu 12(f)

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15, kliem tal-bidu

Artikolu 1(2), kliem tal-bidu

Artikolu 15, Nru 1

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 15, Nru 2

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 15, Nru 3

Artikolu 1(2)(ċ)

Artikolu 15, Nru 4

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 16

Artikolus 15 u 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19, l-ewwel paragrafu

Artikolu 20

Artikolu 19, it-tieni paragrafu

Artikolu 19

Anness I, Nru 1 sa 33

Anness I, Nru 1 sa 33

Anness I, Nru 33a

Anness I, Nru 34

Anness I, Nru 34

Anness I, Nru 35

Anness I, Nru 35

Anness I, Nru 36

Anness I, Nru 36

Anness I, Nru 37

Anness I, Nru 37

Anness I, Nru 38

Anness I, Nru 38

Anness I, Nru 39

Anness I, Nru 39

Anness I, Nru 40

Anness I, Nru 40

Anness I, Nru 41

Anness I, Nru 41

Anness I, Nru 42

Anness I, Nru 42

Anness I, Nru 43

Anness I, Nru 43

Anness I, Nru 44

Anness I, Nru 44

Anness I, Nru 45

Anness I, Nru 45

Anness I, Nru 46

Anness I, Nru 46

Anness I, Nru 47

Anness II, Nru 1 sa 33

Anness V, Nru 1 sa 33

Anness II, Nru 33a

Anness V, Nru 34

Anness II, Nru 34

Anness V, Nru 35

Anness II, Nru 35

Anness V, Nru 36

Anness II, Nru 36

Anness V, Nru 37

Anness II, Nru 37

Anness V, Nru 38

Anness II, Nru 38

Anness V, Nru 39

Anness II, Nru 39

Anness V, Nru 40

Anness II, Nru 40

Anness V, Nru 41

Anness II, Nru 41

Anness V, Nru 42

Anness II, Nru 42

Anness V, Nru 43

Anness II, Nru 43

Anness V, Nru 44

Anness II, Nru 44

Anness V, Nru 45

Anness II, Nru 45

Anness V, Nru 46

Anness II, Nru 46

Anness V, Nru 47

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness VI

Anness VII