29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 319/68 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/109/KE
tat-28 ta' Novembru 2008
li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
(1) |
Hemm rekwiżiti speċjali għall-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam u l-injam użat bħala feles jew biex jerfa' merkanzija mhux tal-injam introdott fil-Komunità stipulati fl-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE. Huma bbażati fuq l-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) Nru 15 tal-FAO dwar “Linji gwida għar-regolamentazzjoni tal-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali” (2). |
(2) |
Flimkien mal-miżuri approvati skond l-ISPM Nru 15, l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE jinkludi rekwiżit li l-materjal għall-ippakkjar impurtat magħmul mill-injam għandu jsir minn injam li tneħħietlu l-qoxra. L-applikazzjoni ta' dak ir-rekwiżit ta' tneħħija tal-qoxra ġiet posposta darbtejn. |
(3) |
Il-Komunità talbet ukoll li l-ISPM Nru 15 jiġi rivedut biex jinkludi rekwiżit li jindirizza t-tħassib tal-Komunità dwar ir-riskju li jinħoloq bil-preżenza tal-qoxra fuq ippakkjar bħal dan magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali. |
(4) |
Il-Bord Tekniku dwar il-Kwarantina tal-Foresti (TPFQ), imwaqqaf taħt l-awspiċji tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) u magħmul minn esperti rikonoxxuti internazzjonalment tal-forestrija, issa analizza d-dejta disponibbli tar-riċerka dwar ir-riskju fitosanitarju li jinħoloq mill-qoxra tas-siġra fil-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam. It-TPFQ ikkonkluda li hemm ġustifikazzjoni teknika li tobbliga li materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali għandu jkun ħieles mill-qoxra tas-siġra b'livell ta' tolleranza ddefinit b'mod preċiż għall-preżenza ta' biċċiet żgħar ta' qoxra biex jiġi żgurat li r-riskju fitosanitarju jinżamm f'livell aċċettabbli u li rekwiżit bħal dan għandu jiġi inkluż fl-ISPM Nru 15 rivedut. |
(5) |
Sabiex it-territorju tal-Komunità jitħares mill-introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara r-rekwiżiti tal-Komunità għall-preżenza tal-qoxra tas-siġar fil-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam u mil-bċejjeċ tal-injam għandhom jikkonformaw mal-konklużjonijiet tekniċi tat-TPFQ mingħajr l-istennija tal-adozzjoni ta' ISPM Nru 15 mill-Kummissjoni tal-IPPC dwar Miżuri Fitosanitarji. |
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li r-rekwiżit ta' tneħħija tal-qoxra jiġi adattat għal dak il-livell ta' toleranza teknikament iġġustifikat għall-preżenza ta' qoxra tas-siġar. |
(7) |
Għalhekk l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandu jiġi emendat skond dan. |
(8) |
Ir-rekwiżit li l-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam ikun magħmul minn injam tond li tneħħietlu l-qoxra introdott permezz tad-Direttiva 2006/14/KE (3) li temenda l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009. Għalhekk huwa meħtieġ li l-miżuri previsti f'din id-Direttiva japplikaw ukoll mill-1 ta' Jannar 2009. Minkejja dan, sabiex ikun possibbli għall-pajjiżi terzi biex jagħmlu l-adattamenti meħtieġa huwa xieraq li jiġi previst li r-rekwiżit tal-qoxra tas-siġar għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2009. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih mal-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabelli ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ISPM Nru 15, Marzu 2002, FAO, Ruma.
ANNESS
Fl-Anness IV, il-Parti A, it-Taqsima I għad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:
|