18.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 158/17 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/60/KE
tas-17 ta’ Ġunju 2008
li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (2) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità għas-sustanzi kollha li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-Ikel (4). |
(3) |
Huwa neċessarju li wieħed jikkunsidra l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif abbozzati mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA). |
(4) |
L-addittivi ta’ l-ikel, ippreparati b’metodi ta’ produzzjoni jew b’materjali tal-bidu li huma, b’mod sinifikanti, differenti minn dawk evalwati mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, jew differenti minn dawk imsemmija f’din id-Direttiva għandhom jiġu ppreżentati għal evalwazzjoni ta’ sigurtà mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel b’enfasi fuq il-kriterji tal-purità. |
(5) |
Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
(6) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-kriterji ta’ purità msemmija fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 89/107/KEE għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva 94/35/KE huma mogħtija fl-Anness I għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Id-Direttiva 95/31/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/128/KE (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 6).
(3) Ara l-Anness II, Parti A.
(4) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
ANNESS I
E 420 (i) – SORBITOL |
|||||
Sinonimi |
D-glucitol, D-sorbitol |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
D-glucitol |
||||
Einecs |
200-061-5 |
||||
Formula Kimika |
C6H14O6 |
||||
Piż molekulari relattiv |
182,17 |
||||
Analiżi |
Kontenut mhux inqas minn 97 % tal-glycitols totali u mhux inqas minn 91 % tad-D-sorbitol fuq bażi ta’ piż xott. Il-glycitols huma taħlitiet bil-formula strutturali CH2OH-(CHOH)n-CH2OH, fejn “n” huwa numru sħiħ |
||||
Deskrizzjoni |
Trab igroskopiku abjad, trab kristallin, laqx jew granuli li għandhom togħma helwa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemm kemm fl-etanol |
||||
|
Minn 88 sa 102 °C |
||||
|
Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benzaldehyde u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħallat u ħawwad f’shaker mekkaniku sakemm jidhru l-kristalli. Iffiltra bil-għajnuna ta’ ġbid ta’ l-arja, dewweb il-kristalli f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1 g ta’ bikarbonat tas-sodju, iffiltra sakemm ikun jaħraq, kessaħ il-filtrat, iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, aħsel b’taħlita ta’ 5 ml ta’ metanol u ilma (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli hekk miksuba jdubu f’temperatura ta’ bejn 173 u 179 °C. |
||||
Purità |
|||||
Kontenut ta’ ilma |
Mhux aktar minn 1 % (Metodu Karl Fischer) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Zokkor ta’ riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Zokkor totali |
Mhux aktar minn 1 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Kloruri |
Mhux aktar minn 50 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Sulfati |
Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bhala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
E 420 (ii) – ĠULEPP TAS-SORBITOL |
|||||
Sinonimi |
Ġulepp D-clucitol |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
Il-ġulepp tas-sorbitol iffurmat mill-idroġenizzazzjoni tal-ġulepp tal-glukosju huwa kompost minn D-sorbitol, D mannitol u saccharides. Il-parti tal-prodott li mhiex D-sorbitol hija komposta prinċipalment minn oligosaccharides idrogenizzati ffurmati mill-idroġenizzazzjoni tal-ġulepp tal-glukosju wżat bħala materjal mhux maħdum (f’liema każ il-Ġulepp ma jsirx kristallizzanti) jew mannitol. Fejn n ≤ 4, jistgħu jkunu preżenti kwantitajiet żgħar ta’ glycitols. Il-glycitols huma taħlitiet bil-formula strutturali CH2OH-(CHOH)n-CH2OH, fejn “n” huwa numru sħiħ. |
||||
Einecs |
270-337-8 |
||||
Analiżi |
Kontenut ta’ mhux inqas minn 69 % tas-solidi kollha u mhux inqas minn 50 % tad-D-sorbitol fuq bażi anidruża. |
||||
Deskrizzjoni |
Soluzzjoni ċara ta’ ilma mingħajr kulur u b’togħma ħelwa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jista’ jitħallat ma’ l-ilma, mal-glycerol, u mal-propane-1,2 diol |
||||
|
Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benzaldehyde u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħallat u ħawwad f’shaker mekkaniku sakemm jidhru l-kristalli. Iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, dewweb il-kristalli f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1g ta’ bikarbonat tas-sodju, iffiltra sakemm ikun jaħraq. Kessaħ il-filtrat, iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, aħsel b’taħlita ta’ 5 ml ta’ metanol u ilma (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli hekk miksuba jdubu f’temperatura ta’ bejn 173 u 179 °C. |
||||
Purità |
|||||
Kontenut ta’ ilma |
Mhux aktar minn 31 % (Metodu Karl Fischer) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Zokkor ta’ riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Kloruri |
Mhux aktar minn 50 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Sulfati |
Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
E 421 – MANNITOL |
|||||
I. MANNITOL |
|||||
Sinonimi |
D-mannitol |
||||
Definizzjoni |
Magħmul permezz ta' l-idroġenazzjoni katalitika ta' soluzzjonijiet karboidrati li jkun fihom il-glukożju u/jew il-fruttożju |
||||
Isem kimiku |
D-mannitol |
||||
Einecs |
200-711-8 |
||||
Formula Kimika |
C6H14O6 |
||||
Piż molekolari. |
182,2 |
||||
Analiżi |
Kontenut mhux anqas minn 96,0 % D-mannitol u mhux aktar minn 102 % fuq il-bażi xotta |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, mingħajr riħa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall fl-ilma, jinħall ftit ħafna fl-etanol, tista' tgħid ma jinħall xejn fl-eteru |
||||
|
Bejn 164 u 169 °C. |
||||
|
Jgħaddi mit-test |
||||
|
[α]20 D: + 23 ° sa + 25 ° (soluzzjoni ta' borate) |
||||
|
Bejn 5 u 8 Żid 0,5 ml ta' soluzzjoni saturata ta' klorju tal-potassju ma' 10 ml ta' 10 % ta' soluzzjoni w/v mill-kampjun, wara kejjel il-pH |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 0,3 % (105 °C, erba' sigħat) |
||||
Zokkor ta' riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % (bħala glukożju) |
||||
Zokkor totali: |
Mhux aktar minn 1 % (bħala glukożju) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Kloruri |
Mhux aktar minn 70 mg/kg |
||||
Sulfat |
Mhux aktar minn 100 mg/kg |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
||||
II. MANNITOL MAGĦMUL PERMEZZ TAL-FERMENTAZZJONI |
|||||
Sinonimi |
D-mannitol |
||||
Definizzjoni |
Magħmul permezz ta' fermentazzjoni diskontinwa taħt kundizzjonijiet aerobiċi bl-użu ta' razza konvenzjonali tal-ħmira Zygosaccharomyces rouxii |
||||
Isem kimiku |
D-mannitol |
||||
Einecs |
200–711–8 |
||||
Formula Kimika |
C6H14O6 |
||||
Piż molekolari. |
182,2 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 99 % fuq il-bażi xotta |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, mingħajr riħa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall fl-ilma, jinħall ftit ħafna fl-inetanol, tista' tgħid ma jinħall xejn fl-eteru |
||||
|
Bejn 164 u 169 °C. |
||||
|
Jgħaddi mit-test |
||||
|
[α]20 D: + 23 ° sa + 25 ° (soluzzjoni ta' borate) |
||||
|
Bejn 5 u 8 Żid 0,5 ml ta' soluzzjoni saturata ta' klorur tal-potassju ma' 10 ml ta' 10 % ta' soluzzjoni w/v mill-kampjun, wara kejjel il-pH |
||||
Purità |
|||||
Arabitol |
Mhux aktar minn 0,3 % |
||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 0,3 % (105 °C, erba' sigħat) |
||||
Zokkor ta' riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % (bħala glukożju) |
||||
Zokkor totali |
Mhux aktar minn 1 % (bħala glukożju) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Kloruri |
Mhux aktar minn 70 mg/kg |
||||
Sulfat |
Mhux aktar minn 100 mg/kg |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
||||
Batterji aerobiċi meżopi |
Mhux aktar minn 103/g |
||||
Coliforms |
Assenti f'10 g |
||||
Salmonella |
Assenti f'10 g |
||||
E. coli |
Assenti f'10 g |
||||
Staphylococcus aureus |
Assenti f'10 g |
||||
Pseudomonas aeruginosa |
Assenti f'10 g |
||||
Moffa |
Mhux aktar minn 100/g |
||||
Ħmira |
Mhux aktar minn 100/g |
||||
E 950 – ACESULFAME K |
|||||
Sinonimi |
Acesulfame potassium, melħ tal-potassju ta' 3,4-dihydro-6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4-one, 2,2-dioxide |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4(3H)-one-2,2-dioxide melħ tal-potassju |
||||
Einecs |
259–715–3 |
||||
Formula Kimika |
C4H4KNO4S |
||||
Piż molekolari. |
201,24 |
||||
Analiżi |
Kontenut mhux anqas minn 99 % ta' C4H4KNO4S tal-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, mingħajr riħa. Madwar 200 darba aktar ħelu mis-sukrosju |
||||
L-identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall ftit ħafna fl-etanol |
||||
|
Massimu ta' 227 ± 2 nm għal soluzzjoni ta' 10 mg f'1 000 ml ta' ilma |
||||
|
Jgħaddi mit-test (ittestja l-fdalijiet miksuba billi taħraq 2 g tal-kampjun) |
||||
|
Żid ftit qtar ta' soluzzjoni ta' 10 % ta' kobaltnitrat tas-sodju ma' soluzzjoni ta' 0,2 g tal-kampjun f'2 ml ta' aċidu aċetiku u 2 ml ta' ilma Tifforma liega safra |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 1 % (105 °C, sagħtejn) |
||||
Impuritajiet organiċi |
Jgħaddi mit-test għal 20 mg/kg ta' komponenti attivi UV |
||||
Flworu |
Mhux aktar minn 3 mg/kg |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
||||
E 951 – ASPARTAME |
|||||
Sinonimi |
Ester ta’ l-aspartyl phylalanine methyl |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
Ester N-L-α-(Aspartyl-L-phenylalanine-1-methyl ester, 3 amino-N-(α-carbomethoxy-phenethyl)-succinamic acid N-methyl |
||||
Einecs |
245-261-3 |
||||
Formula Kimika |
C14H18N2O5 |
||||
Piż molekulari relattiv |
294,31 |
||||
Analiżi |
Kontenut ta’ mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta’ C14H18N2O5 fuq bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, mingħajr riħa u li għandu togħma ħelwa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 200 darba daqs is-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall kemm kemm fl-ilma u fl-ethanol |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 4,5 % (105 °C, erba’ sighat) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
pH |
Bejn 4,5 u 6,0 (soluzzjoni ta’ 1 f’250) |
||||
Trasmissjoni |
It-trasmissjoni ta’ soluzzjoni ta’ 1 % f’aċidu idrokloriku 2N, ikkalkolata f’ċellula ta’ 1-cm f’430 nm bi spettrofotometru addattat, bl-użu ta’ aċidu idrokloriku 2N bħala referenza, mhiex inqas minn 0,95, l-ekwivalenti għal assorbenza ta’ mhux aktar minn, bejn wieħed u ieħor, 0,022. |
||||
Rotazzjoni speċifika |
(α)D 20: + 14,5 sa + 16,5 ° Ikkalkolata f’soluzzjoni ta’ aċidu formiku ta’ 4 f’100/15 N fi żmien 30 minuta wara l-preparazzjoni tas-soluzzjoni kampjun. |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli Tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Aċidu 5-Benzyl-3,6-dioxo- 2-piperazineacetic |
Mhux aktar minn 1,5 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
E 952 – AĊIDU ĊIKLAMIKU U L-IMLUĦA TIEGĦU Na U Ca |
|||||
(I) AĊIDU ĊIKLAMIKU |
|||||
Sinonimi |
Aċidu cyclohexylsulphamic, ċiklamat |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
Aċidu cyclohexanesulphamic, aċidu cyclohexylaminosulphonic |
||||
Einecs |
202-898-1 |
||||
Formula Kimika |
C6H13NO3S |
||||
Piż molekulari relattiv |
179,24 |
||||
Analiżi |
L-aċidu cyclohexylsulphamic fih mhux inqas minn 98 % u mhux iktar mill-ekwivalenti ta’ 102 % ta’ C6H13NO3S ikkalkulat fuq bażi anidruża. |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, prattikament mingħajr kulur ta’ togħma ħelwa qarsa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 40 darba daqs is-sukrosju. |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall fl-ilma u fl-ethanol |
||||
|
Agħmel soluzzjoni ta’ 2 % aċiduża bl-aċidu idrokloriku, żid 1 ml ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-barju fl-ilma u iffiltra jekk jifforma xi ċpar jew xi materja solida. Mas-soluzzjoni ċara żid 1 ml ta’ soluzzjoni ta’ 10 % ta’ nitrat tas-sodju. Għandha tifforma materja solida bajda. |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 1 % (105 °C, siegħa) |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Cyclohexylamine |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Dicyclohexylamine |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Anilina |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
(II) ĊIKLAMAT TAS-SODJU |
|||||
Sinonimi |
Ċiklamat, melħ tas-sodju ta’ l-aċidu ċiklamiku |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
Cyclohexanesulphamate tas-sodju, cyclohexylsulphamate tas-sodju |
||||
Einecs |
205-348-9 |
||||
Formula Kimika |
C6H12NNaO3S u l-forma deidrata C6H12NNaO3S·2H2O |
||||
Piż molekulari relattiv |
201,22 ikkalkulata fuq il-forma anidruża 237,22 ikkalkulata fuq il-forma idrata |
||||
Analiżi |
Mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % fuq il-bażi niexfa. Forma diidrata: mhux inqas minn 84 % fuq il-bażi niexfa |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa. Bejn wieħed u iehor ħelwin 30 darba daqs is-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall fl-ilma u kważi ma jinħall xejn fl-ethanol |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 1 % (105 °C, siegħa) Mhux aktar minn 15,2 % (150 °C, sagħtejn) għall-forma diidrata |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Cyclohexylamine |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Dicyclohexylamine |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Anilina |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
(III) ĊIKLAMAT TAL-KALĊJU |
|||||
Sinonimi |
Ċiklamat, melħ tal-kalcju ta’ aċidu ċiklamiku |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
Cyclohexanesulphamate tal-kalċju, cyclohexylsulphamate tal-kalċju |
||||
Einecs |
205-349-4 |
||||
Formula Kimika |
C12H24CaN2O6S2·2H2O |
||||
Piż molekulari relattiv |
432,57 |
||||
Analiżi |
Mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 101 % fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli jew trab kristallin abjad, mingħajr kulur. Bejn wieħed u iehor ħelwin 30 darba daqs is-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall fl-ilma u jinħall kultant fl-ethanol |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 1 % (105 °C, siegħa) Mhux aktar minn 8,5 % (140 °C, erba' sigħat) għall-forma diidrata |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Cyclohexylamine |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Dicyclohexylamine |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Anilina |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
E–953 – ISOMALT |
|||||
Sinonimi |
Isomaltulose idroġinat, palatinose idroġinat. |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
Isomalt hija taħlita ta' mono- u disaccharides idroġinati li l-komponenti prinċipali tagħhom huma disaccharides:
|
||||
Formula kimika |
6-O-α-D-Glucopyranosyl–D-sorbitol: C12H24O11 1-O-α-D-Glucopyranosyl–D-mannitol diidrat: C12H24O11.2H2O |
||||
Piż molekulari relattiv |
6-O-α-D-Glucopyranosyl–D-sorbitol: 344,32 1-O-α-D-Glucopyranosyl–D-mannitol dihydrate: 380,32 |
||||
Analiżi |
Kontenut b'mhux anqas minn 98 % ta' mono- u disaccharides idroġinati u mhux anqas minn 86 % ta' taħlita ta' 6-O-α-D-Glucopyranosyl – D-sorbitol u 1-O-α-D-Glucopyranosyl – D-mannitol diidrat stabbilit fuq bażi anidruża. |
||||
Deskrizzjoni |
Massa bla riħa, bajda, kemm xejn igroskopika, kristallina. |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Idub fl-ilma, solubilità ferm żgħira fl-etanol. |
||||
|
Eżamina permezz ta' kromatografija ta' saff irqiq bl-użu ta' pjanċa miksija bejn wieħed u ieħor b'saff ta' ġel kromatografiku tas-silika ta' 0,2 mm. Il-punti principali fil-kromatogramma huma dawk ta' 1,1-GPM u 1,6-GPS. |
||||
Purità |
|||||
Kontenut ta' ilma |
Mhux aktar minn 7 % (Metodu Karl Fischer) |
||||
Irmid sulfatat |
Mhux aktar minn 0,05 % mfissra fuq bażi ta' piż xott |
||||
D-Manitol |
Mhux aktar minn 3 % |
||||
D-Sorbitol |
Mhux aktar minn 6 % |
||||
Zokkor ta' riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % mfissra bħala glukożju fuq bażi ta' piż xott |
||||
Nikel |
Mhux aktar minn 2 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |
||||
Metalli tqal (bħal Pb) |
Mhux aktar minn 10 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |
||||
E 954 – SAKKARINA U N-Na TAGĦHA. IMLUĦA K U Ca |
|||||
(I) SAKKARINA |
|||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
3-Oxo-2,3dihydrobenzo(d)isothiazol-1,1-dioxide |
||||
Einecs |
201-321-0 |
||||
Formula Kimika |
C7H5NO3S |
||||
Massa molekulari relattiva |
183,18 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta' C7H5NO3S fuq il-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa aromatika, b'togħma ħelwa anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall ftit fl-ilma, jinħall f'soluzzjonijiet bażiċi, jinħall kemm xejn fl-etanol |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 1 % (105 °C, sagħtejn) |
||||
Firxa ta' tidwib |
226 sa 230 °C |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,2 % espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Aċidu benżojku u saliċiliku |
Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidher l-ebda preċipitat jew kulur vjola |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Aċidu benżojku p-sulphonamide |
Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Sustanzi karbonizzabbli malajr |
Assenti |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
(II) SAKKARINA TAS-SODJU |
|||||
Sinonimi |
Sakkarina, melħ tas-sodju tas-sakkarina |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
Sodium o-benzosulphimide, melħ tas-sodju ta' 2,3 dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, oxobenzisosulphonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1, 1-melħ tas-sodju tad-dijossidu diidrat |
||||
Einecs |
204-886-1 |
||||
Formula Kimika |
C7H4NNaO3S·2H2O |
||||
Massa molekulari relattiva |
241,19 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta' C7H4NNaO3S fuq il-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli bojod jew trab kristallin abjad efflorexxenti, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa, b'togħma ħelwa qawwija anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju f'soluzzjonijiet dgħajfa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 15 % (120 °C, erba' sigħat) |
||||
Aċidu benżojku u aċidu saliċiliku |
Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidhru l-ebda preċipitat jew kulur vjola |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Aċidu benżojku p-sulphonamide |
Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Sustanzi karbonizzabbli malajr |
Assenti |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
(III) SAKKARINA TAL-KALĊJU |
|||||
Sinonimi |
Sakkarina, melħ tal-kalċju tas-sakkarina |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
Calcium o-benzosulphimide, melħ tal-kalċju ta' 2,3 dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, 1,2 benzisothiazolin-3-one-1,1-melħ tal-kalċju tad-dijossidu idrat (2:7) |
||||
Einecs |
229-349-9 |
||||
Formula Kimika |
C14H8CaN2O6S2·3 H2O |
||||
Massa molekulari relattiva |
467,48 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 95 % ta' C14H8CaN2O6S2 fuq il-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa, b'togħma ħelwa qawwija anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju f'soluzzjonijiet dgħajfa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall liberament fl-ilma, jinħall fl-etanol |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 13,5 % (120 °C, erba' sigħat) |
||||
Aċidu benżojku u saliċiliku |
Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidhru l-ebda preċipitat jew kulur vjola |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Aċidu benżojku p-sulphonamide |
Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Sustanzi karbonizzabbli malajr |
Assenti |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
(IV) SAKKARINA TAL-POTASSJU |
|||||
Sinonimi |
Sakkarina, melħ tal-potassju tas-sakkarina |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
Potassium o-benzosulphimide, melħ tal-potassju ta' 2,3 dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, melħ tal-potassju ta' 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dijossidu monoidrat |
||||
Einecs |
|
||||
Formula Kimika |
C7H4KNO3S·H2O |
||||
Massa molekulari relattiva |
239,77 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta' C7H4KNO3S fuq il-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa, b'togħma ħelwa qawwija anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 8 % (120 °C, erba' sigħat) |
||||
Aċidu benżojku u saliċiliku |
Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidhru l-ebda preċipitat jew kulur vjola |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
o-Toluenesulphonamide |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Aċidu benżojku p sulphonamide |
Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Sustanzi karbonizzabbli malajr |
Assenti |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Selenju |
Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
E 955 – SUKRALOŻJU |
|||||
Sinonimi |
4,1′,6′-trichlorogalactosucrose |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
1,6-Dichloro-1,6-dideoxy-β-D-fructofuranosyl-4-chloro-4-deoxy-α-D-galactopyranoside |
||||
Einecs |
259-952-2 |
||||
Formula Kimika |
C12H19Cl3O8 |
||||
Piż molekolari. |
397,64 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta' C12H19Cl3O8 ikkalkulati fuq bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin minn abjad sa off-white, prattikament mingħajr riħa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Solubilità Jinħall ftit fl-aċetat ta' l-etilu |
||||
|
L-ispettru ta' l-infrared ta' dispersjoni ta' bromidju tal-potassju tal-kampjun turi maxima relattiva f'numri tal-mewġa simili għal dawk murija fl-ispettru ta' referenza miksub meta jintuża standard ta' referenza tas-sukralosju |
||||
|
Il-punt ewlieni fis-soluzzjoni tat-test għandha l-istess valur Rf bħal dak tal-punt ewlieni tas-soluzzjoni standard A msemmija fit-test għal diżakkaridi klorinati oħra. Din is-soluzzjoni standard tinkiseb billi tinħall 1,0 g ta' standard ta' referenza sukralosju f'10 ml ta' metanol |
||||
|
[α] 20 D + 84,0 ° sa + 87,5 ° ikkalkulata fuq il-bażi anidruża (soluzzjoni 10 % w/v) |
||||
Purità |
|||||
Ilma |
Mhux aktar minn 2,0 % (metodu Karl Fischer) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,7 % |
||||
Dizakkaridi klorinati oħra |
Mhux aktar minn 0,5 % |
||||
Monosakkaridi klorinati |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Ossidu trifenilfosfinu |
Mhux aktar minn 150 mg/kg |
||||
Metanol |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
||||
E 957 – THAUMATIN |
|||||
Sinonimi |
|
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
It-thaumatin huwa miksub b’estrazzjoni ta’ l-ilma (pH 2,5 sa 4) tal-kisja doppja (arils) fuq iż-żerriegħa tal-frotta tar-razza naturali ta’ Thaumatococcus daniellii (Benth) u huwa magħmul essenzjalment mill-proteini thaumatin I u thaumatin II flimkien ma’ ammonti żgħar ta’ kostitwenti tal-pjanta mnissla mill-materjal ta’ l-oriġini |
||||
Einecs |
258-822-2 |
||||
Formula Kimika |
Polypeptide ta’ 207 aċidi amminici |
||||
Piż molekulari relattiv |
Thaumatin I 22209 Thaumain II 22293 |
||||
Analiżi |
Mhux inqas minn 16 % ta’ nitroġenu fuq il-bażi niexfa ekwivalenti għal mhux inqas minn 94 % ta’ proteini (N × 5,8) |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kulur il-krema, mingħajr riħa li għandu togħma ħelwa intensa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 2 000 sa 3 000 darba daqs is-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
Solubilità |
Jinħall ħafna fl-ilma, ma jinħallx fl-aċetun |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 9 % (105 °C ghal piż kostanti) |
||||
Karboidrati |
Mhux aktar minn 3 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Aluminju |
Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Kriterji mikrobijoloġiċi |
Għadd totali aerobiku mikrobjali: Mass. 1 000 /g E.Coli: nieqsa f’1 g |
||||
E 959 – NEOHESPERIDINE DIHYDROCHALCONE |
|||||
Sinonimi |
Neohesperidin dihydrochalcone, NHDC, hesperitin dihydrochalcone-4′-β-neohesperidoside, neohesperidin DC |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
2-O-α-L-rhamnopyranosyl-4′-β-D-glucopyranosyl hesperetin dihydrochalcone; ottenut bl-idroġenazzjoni katalittika tan-neohesperidin |
||||
Einecs |
243-978-6 |
||||
Formula Kimika |
C28H36O15 |
||||
Piż molekulari relattiv |
612,6 |
||||
Analiżi |
Kontenut mhux inqas minn 96 % fuq il-bażi mnixxfa. |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin off white, bla riħa li għandu togħma karatteristika ħelwa intensiva. Bejn wieħed u ieħor ħelu 1 000 sa 1 800 darba daqs is-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Solubbli liberament f’ilma jaħraq, solubbli kemmxejn f’ilma kiesaħ, prattikament insolubbli fl-eteru u fil-benzene. |
||||
|
282 sa 283 nm għal soluzzjoni ta’ 2 mg f’100 ml metanol. |
||||
|
Ħoll madwar 10 mg ta’ neohesperidine DC f’1 ml metanol, żid 1 ml ta’ soluzzjoni 1 % 2-aminoethyl diphenyl borate methanolic. |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux iktar minn 11 % (105 °C, tliet sigħat) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux iktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux iktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott. |
||||
Ċomb |
Mhux iktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux iktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta piż xott |
||||
E 962 – MELĦ TA' L-ASPARTAME-ACESULFAME |
|||||
Sinonimi |
Aspartame-acesulfame, melħ ta' l-aspartame-acesulfame |
||||
Definizzjoni |
Il-melħ jitħejja billi jissaħħan proporzjon ta' bejn wieħed u ieħor 2:1 (w/w) ta' aspartame u acesulfame K f'soluzzjoni aċidika pH u titħalla li ssir il-kristalizzazzjoni. Il-potassju u l-irtuba jitneħħew. Il-prodott huwa aktar stabbli mill-aspartame waħdu. |
||||
Isem kimiku |
6-Methyl-1,2,3-oxathiazine-4(3H)-one-2,2-dioxide salt of L-phenylalanyl-2-methyl-L- α-aspartic acid |
||||
Formula Kimika |
C18H23O9N3S |
||||
Piż molekolari. |
457,46 |
||||
Analiżi |
63,0 % sa 66,0 % aspartame (bażi niexfa) u 34,0 % sa 37,0 % acesulfame (forma ta' aċidu fuq bażi niexfa) |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, mingħajr riħa. |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Kemxejn solubbli fl-ilma; ftit solubbli fl-etanol |
||||
|
It-trażmittenza ta' soluzzjoni ta' 1 % fl-ilma determinata f'ċellola ta' 1 cm f'430 nm bi spektrofotometru xieraq bl-użu ta' l-ilma bħala referenza, ma tkunx anqas minn 0.95, ekwivalenti għal assorbanza ta' mhux aktar minn bejn wieħed u ieħor 0,022. |
||||
|
[α] 20 D + 14,5 ° sa + 16,5 ° Iddetermina f'konċentrazzjoni ta' 6,2 g f'100 ml aċidu formiku (15N) fi żmien 30 minuta mill-preparazzjoni tas-soluzzjoni. Iddividi r-rotazzjoni speċifika kkalkulata b'0,646 biex tikkoreġi għall-kontenut ta' aspartame tal-melħ ta' aspartame-acesulfame |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 0,5 % (105 °C, erba' sigħat) |
||||
5-Benzyl-3,6-dioxo-2-piperazineacetic acid |
Mhux aktar minn 0,5 % |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
||||
E 965 (i) – MALTITOL |
|||||
Sinonimi |
D-Maltitol, maltożju idroġenat |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
(α)-D-Glucopyranosyl-1,4-D-glucitol |
||||
Einecs |
209-567-0 |
||||
Formula Kimika |
C12H24O11 |
||||
Massa molekulari relattiva |
344,31 |
||||
Analiżi |
Kontenut mhux anqas minn 98 % D-maltitol C12H24O11 fuq il-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Trab abjad kristallin, b'togħma ħelwa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall ftit fl-etanol |
||||
|
148 sa 151 °C |
||||
|
[α]D 20 = + 105,5 ° sa + 108,5 ° (soluzzjoni 5 % w/v) |
||||
Purità |
|||||
Kontenut ta' ilma |
Mhux aktar minn 1 % (metodu Karl Fischer) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Zokkor ta' riduzzjoni tnaqqis |
Mhux aktar minn 0,1 % espressi bħala glukożju fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Kloridi |
Mhux aktar minn 50 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Sulfati |
Mhux aktar minn 100 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
E 965 (ii) – XIROPP TAL-MALTITOL |
|||||
Sinonimi |
Xiropp idroġenat b'maltożju-glukożju għoli, xiropp tal-glukożju idroġenat |
||||
Definizzjoni |
Taħlita li tikkonsisti l-aktar minn maltitol b'sorbitol u oligo- u polisakkaridi idroġenati Isir bl-idroġenazzjoni katalitika ta' xiropp tal-glukożju b'kontenut qawwi ta' maltożju jew bl-idroġenerazzjoni ta' l-elementi individwali tiegħu u wara jsir it-taħlit. Il-prodott kummerċjali jinstab sew bħala xiropp kif ukoll bħala prodott solidu |
||||
Analiżi |
Kontenut mhux anqas minn 99 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq il-bażi anidruża u mhux anqas minn 50 % ta' maltitol fuq il-bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Likwidi ċari viskużi jew massi kristallini bojod, mingħajr kulur u mingħajr riħa |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall malajr fl-ilma, jinħall ftit fl-etanol |
||||
|
Jgħaddi mit-test |
||||
Purità |
|||||
Ilma |
Mhux aktar minn 31 % (metodu Karl Fischer) |
||||
Zokkor ta' riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % (bħala glukożju) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Kloridi |
Mhux aktar minn 50 mg/kg |
||||
Sulfat |
Mhux aktar minn 100 mg/kg |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
||||
E 966 – LACTITOL |
|||||
Sinonimi |
Laktit, laktositol, laktobiosit |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem kimiku |
4-O-β-D-Galactopyranosyl-D-glucitol |
||||
Einecs |
209-566-5 |
||||
Formula Kimika |
C12H24O11 |
||||
Massa molekulari relattiva |
344,32 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 95 % fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Deskrizzjoni |
Trabijiet kristallini b'togħma ħelwa jew soluzzjonijiet mingħajr kulur. Prodotti kristallini jinsabu f'forom anidrużi, monoidrati u di-idrati |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall ħafna fl-ilma |
||||
|
[α]D 20 = + 13 ° sa + 16 ° ikkalkulata fuq il-bażi anidruża (soluzzjoni akwuża 10 % w/v) |
||||
Purità |
|||||
Kontenut ta' ilma |
Prodotti kristallini; mhux aktar minn 10,5 % (metodu Karl Fischer) |
||||
Polioli oħra |
Mhux aktar minn 2,5 % fuq il-bażi anidruża |
||||
Zokkor ta' riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,2 % espressi bħala glukosju fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Kloridi |
Mhux aktar minn 100 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Sulfati |
Mhux aktar minn 200 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott |
||||
E 967 – XYLITOL |
|||||
Sinonimi |
Xylitol |
||||
Definizzjoni |
|||||
Isem Kimiku |
D-xylitol |
||||
Einecs |
201-788-0 |
||||
Formula Kimika |
C5H12O5 |
||||
Piż molekulari relattiv |
152,15 |
||||
Analiżi |
Mhux inqas minn 98,5 % bħala xylitol fuq bażi anidruża |
||||
Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad, prattikament mingħajr riħa, b’togħma ħelwa ħafna |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall ħafna fl-ilma, kultant jinħall fl-etanol |
||||
|
92 sa 96 °C |
||||
|
5 sa 7 (soluzzjoni bl-ilma 10 % w/v) |
||||
Purità |
|||||
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 0,5 %. Nixxef 0,5 g tal-kampjun f’vakwu fuq il-fosfru f’60 °C ghal erba’ sighat |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Zokkor ta’ riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,2 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Alkoħol polijdriku ieħor |
Mhux aktar minn 1 % espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Nikil |
Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Metalli tqal |
Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Kloruri |
Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
Sulfati |
Mhux aktar minn 200 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott |
||||
E 968 – ERITRITOL |
|||||
Sinonimi |
Meżo-eritritol, tetraidroksbutan, eritrite |
||||
Definizzjoni |
Jinkiseb bil-fermentazzjoni ta' sors ta' karboidrat permezz ta' ħmira ożmofilika ta' grad ta' l-ikel li tkun sikura u xierqa, bħal ma hi l-Moniliella pollinis jew it-Trichosporonoides megachilensis, segwit mill-purifikazzjoni u t-tnixxif |
||||
Isem kimiku |
1,2,3,4-Butanetetrol |
||||
Einecs |
205-737-3 |
||||
Formula Kimika |
C4H10O4 |
||||
Piż molekolari. |
122,12 |
||||
Analiżi |
Mhux anqas minn 99 % wara t-tnixxif |
||||
Deskrizzjoni |
Kristalli bojod, mingħajr riħa, mhux igroskopiċi, stabbli fis-sħana, bi ħlewwa ta' bejn wieħed u ieħor 60 80 % ta' dik tas-sukrosju |
||||
Identifikazzjoni |
|||||
|
Jinħall liberament fl-ilma, jinħall ftit fl-etanol, ma jinħall xejn fl-eteru ditilu |
||||
|
119-123 °C |
||||
Purità |
|||||
Telf mat-tnixxif |
Mhux aktar minn 0,2 % (70 °C, sitt sigħat, b'dissekkatur mingħajr arja) |
||||
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Sustanzi ta' riduzzjoni |
Mhux aktar minn 0,3 % espressi bħala D-glukosju |
||||
Ribitol u gliċerol |
Mhux aktar minn 0,1 % |
||||
Ċomb |
Mhux aktar minn 0,5 mg/kg |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 2)
Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 98/66/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2000/51/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2001/52/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2004/46/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 2)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
95/31/KE |
1 ta’ Lulju 1996 (1) |
98/66/KE |
1 ta’ Lulju 1999 |
2000/51/KE |
30 ta’ Ġunju 2001 |
2001/52/KE |
30 ta’ Ġunju 2002 |
2004/46/KE |
1 ta’ April 2005 |
2006/128/KE |
15 ta' Frar 2008 |
(1) Skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 95/31/KE, prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel l-1 ta' Lulju 1996 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jistgħu jiġu mpoġġija fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 95/31/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(2) |
— |
Artikolu 2 |
— |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |