27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/31


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/59/KE

tat-12 ta’ Ġunju 2008

li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, fejn att tal-Kunsill adottat qabel l-adeżjoni jeħtieġ adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti fl-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill.

(2)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (1) kienet adottata qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u teħtieġ li tkun adattata minħabba din l-adeżjoni.

(3)

Id-Direttiva 2006/87/KE għaldaqstant għandha tkun emendata kif meħtieġ.

(4)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi (2),

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Anness I għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu 2, Żona 3:

(i)

bejn l-entrati għar-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Ċeka għandha ssir l-entrata li ġejja:

“Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100”;

(ii)

bejn l-entrati għar-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja għandha ssir l-entrata li ġejja:

“Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075 km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina.

Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta’ 64,410 km): minn fejn jagħqad max-xmara Danubju, fil-km 299,300 tad-Danubju f’Cernavodă (rispettivament km 64,410 tal-Kanal), sal-Port ta’ Constanta tan-Nofsinhar – Agigea (km ‘0’ tal-Kanal).

Il-Kanal bejn Poarta Albă u Midia Năvodari (tul ta’ 34,600 km): minn fejn jagħqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed fil-km 29,410 f’Poarta Albă (rispettivament km 27,500 tal-Kanal) sal-Port ta’ Midia (km ‘0’ tal-Kanal)”;

(b)

fil-Kapitolu 3, Żona 4, bejn l-entrati għar-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Ir-Rumanija

Il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha mhux elenkati fiż-Żona 3”.

2.

L-Anness IX għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

fil-parti I, il-Kapitolu 4, l-Artikolu 4.05,

(i)

bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“19

=

ir-Rumanija”;

(ii)

bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“34

=

il-Bulgarija”;

(b)

fil-Parti III, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06

(i)

bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“19

=

ir-Rumanija”;

(ii)

bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“34

=

il-Bulgarija”;

(ċ)

fil-Parti IV, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06,

(i)

bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“19

=

ir-Rumanija”;

(ii)

bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“34

=

il-Bulgarija”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mit-30 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/137/KE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261).

(2)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.