31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/40


Rettifika għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 133, tat-22 ta' Mejju 2008 )

F’paġna 82, fl-Artikolu 26:

minflok:

“Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), punt (c) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), punt (g) ta' l-Artikolu 10(2),l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu …”;

aqra:

“Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5),l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu …”.

F’paġna 82, fl-Artikolu 27(2), it-tieni sentenza:

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effet ta' l-eżistenza ta' l-għażliet regolatorji semmijin fl-Artikolu 2 (5) u (6), l-Artikolu 4(1), punt (c) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 10(1), punt (g) ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 14(2) u Artikolu 16(4), dwar is-suq intern u l-konsumaturi.”;

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effett tal-eżistenza tal-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5) u (6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(2) u Artikolu 16(4) dwar is-suq intern u l-konsumaturi.”.

F’paġna 87, fl-Anness II, l-Intestatura 3:

minflok:

“3.   Spejjeż tal-kreditu

Ir-rata ta' self jew jekk applikabbli rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

[%

fissa jew

varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata ta' self inizjali)

perijodi]

Rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR)

Din hija l-ispiża totali espressa bħala perċentwali annwali ta' lammont totali tal-kreditu.

L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[% Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kondizzjonijiet ikkumerċjalizzati, li tieħu

kuntratt ta' assigurazzjoni li tassigura l-kreditu jew

kuntratt ta' servizz anċillari ieħor?

Jekk l-ispiża ta' dawn is-servizzi m'hijiex magħrufa mill-kreditur huma m'humiex inklużi fl-APR.

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' assigurazzjoni

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' servizz anċillari:

Spejjeż relatati

 

Jekk applikabbli

Iż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu reġistrati kemm transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ta' ġbid

 

Jekk applikabbli

Ammont ta' spejjeż għall-użu ta' mezz ta' ħlas speċifiku (per eżempju, karta ta' kreditu)

 

Jekk applikabbli

Kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Kondizzjonijiet taħt liema jistgħu jinbidlu l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Obbligu tal-ħlas ta' onorarji notarili

 

Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

Ħlasijiet nieqsa jista' jkollhom konsegwenzi gravi għalik (per eżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmlu l-kisba ta' kreditu aktardiffiċli.

Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustar tar-rrata applikabbli u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet nieqsa.”;

aqra:

“3.   Spejjeż tal-kreditu

Ir-rata ta' self jew, jekk applikabbli, rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

[%

fissa jew

varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata ta' self inizjali)

perijodi]

Rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR)

Din hija l-ispiża totali espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali tal-kreditu.

L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[% Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kondizzjonijiet ikkumerċjalizzati, li tieħu

kuntratt ta' assigurazzjoni li tassigura l-kreditu jew

kuntratt ta' servizz anċillari ieħor?

Jekk l-ispiża ta' dawn is-servizzi m'hijiex magħrufa mill-kreditur huma m'humiex inklużi fl-APR.

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' assigurazzjoni

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' servizz anċillari:

Spejjeż relatati

 

Jekk applikabbli

Iż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu reġistrati kemm transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ta' ġbid

 

Jekk applikabbli

Ammont ta' spejjeż għall-użu ta' mezz ta' ħlas speċifiku (per eżempju, karta ta' kreditu)

 

Jekk applikabbli

Kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Kondizzjonijiet taħt liema jistgħu jinbidlu l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Obbligu tal-ħlas ta' onorarji notarili

 

Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

Ħlasijiet nieqsa jista' jkollhom konsegwenzi gravi għalik (per eżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmlu l-kisba ta' kreditu aktar diffiċli.

Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustar tar-rata applikabbli u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet tard.”.

F’paġna 91, fl-Anness III, fl-Intestatura 3, il-kolonna tal-lemin, l-aħħar entrata:

minflok:

“Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet nieqsa.”;

aqra:

“Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet tard.”.