20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/60 |
DIRETTIVA 2008/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/60/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE kienet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument ikun ssupplimentat b’elementi mhux essenzjali ġodda. |
(3) |
Bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti li diġà ġew adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti iridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat sabiex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll metodi standardizzati sabiex tadatta ċerti annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/60/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(5) |
Peress li l-Kummissjoni stabbilixxiet reġistru ta’ siti sabiex jinħoloq in-netwerk ta’ l-interkalibrazzjoni msemmi fit-taqsima 1.4.1 ta’ l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE permezz tad-Deċiżjoni 2005/646/KE (6), huwa xieraq li jitħassru r-referenzi għall-iskadenzi li skadew. |
(6) |
Id-Direttiva 2000/60/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(7) |
Billi l-emendi li saru fid-Direttiva 2000/60/KE b’din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk ma jinħtieġx li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex isir dan. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2000/60/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 8(3) għandu jinbidel b’dan li ġej: “3. Għandhom jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”; |
(2) |
L-Artikolu 20 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 20 Adattamenti tekniċi għad-Direttiva 1. L-Annessi I, III u sezzjoni 1.3.6 ta’ l-Anness V jistgħu jkunu adattati għal progress xjentifiku u tekniku b’kunsiderazzjoni tal-perjodi għar-reviżjoni u għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara kif imsemmi fl-Artikolu 13. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3). Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta linji ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Annessi II u V skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2). 2. Għall-iskop tat-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data, inkluża data statistika u kartografika, formati tekniċi għall-iskop ta’ paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 21(2).”; |
(3) |
L-Artikolu 21 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 21 Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”; |
(4) |
Is-Sezzjoni 1.4.1 ta’ l-Anness V għandha tiġi emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(3) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(5) ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/646/KE tas-17 ta’ Awwissu 2005 dwar l-istabbiliment ta’ reġistru ta’ siti sabiex jinħoloq in-netwerk ta’ l-interkalibrazzjoni skond id-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 243, 19.9.2005, p. 1).