|
12.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Mejju 2008
dwar sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni siguri u effiċjenti fuq il-vetturi: Aġġornament ta’ l-Istqarrija Ewropea tal-Prinċipji dwar l-Interfaċċja bejn il-Bniedem u l-Magni
(notifikata bid-dokument C(2008) 1742)
(2008/653/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
|
(1) |
Billi l-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni C(1999) 4786 2000/53/KE (1) dwar sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni siguri u effiċjenti fuq il-vetturi fil-21 ta’ Diċembru 1999, u billi hu essenzjali li tiġi aġġornata din ir-Rakkomandazzjoni sabiex ikun assigurat li s-sistemi ta’ informazzjoni fuq il-vetturi jintużaw b’mod sigur, billi jitqies sew il-progress teknoloġiku; |
|
(2) |
Billi sar aktar xogħol minn grupp ta’ esperti maħtura mill-Kummissjoni, dwar it-twessigħ tal-prinċipji oriġinali, li spega kull prinċipju f’aktar dettall, iddeskriva r-raġunijiet u ta eżempji ta’ prassi tajba, kif ukoll dwar il-proċeduri ta’ verifika, u r-rapport li ħareġ minn dan ġie ppubblikat f’Lulju ta’ l-2001; |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Informatika u tal-Komunikazzjoni għal vetturi siguri u intelliġenti fil-15 ta’ Settembru 2003, COM(2003) 542 finali, inkluż rakkomandazzjonijiet għall-interfaċċja bejn il-bniedem u l-magni bħala waħda mill-azzjonijiet ta’ prijorità; |
|
(4) |
Billi l-Forum tas-Sigurtà elettronika tas-settur ta’ l-industrija konġunt/pubbliku waqqaf Grupp ta’ Ħidma dwar l-interfaċċja bejn il-bniedem u l-magni, li ħareġ ir-rapport finali tiegħu fi Frar 2005, jikkonferma l-ħtieġa li tiġi aġġornata r-Rakkomandazzjoni ta’ l-1999; |
|
(5) |
Billi l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni (COM(2006) 59 finali) dwar l-i2010 Inizjattiva Intelliġenti tal-Karozzi tal-15 ta’ Frar 2006, u ħabbret din ir-Rakkommandazzjoni bħala waħda mill-azzjonijiet ta’ prijorità, |
TIPPREŻENTA L-AĠĠORNAMENT TAR-RAKKOMANDAZZJONI TA’ L-1999 DWAR L-INTERFAĊĊJA BEJN IL-BNIEDEM U L-MAGNI
Din ir-Rakkomandazzjoni titlob lill-partijiet kollha interessati, bħall-industrija u l-organizzazzjonijiet professjonali marbuta mat-trasport, biex iħarsu l-Istqarrija Ewropea dwar il-prinċipji aġġornati, u biex l-Istati Membri jissorveljaw l-applikazzjoni u l-użu tagħhom. L-Istqarrija Ewropea tal-Prinċipji aġġornata (verżjoni ta’ l-2006) tagħti fil-qosor l-aspetti essenzjali dwar id-disinn u l-użu sigur li jridu jitqiesu għall-interfaċċja bejn il-bniedem u l-magni (HMI) għal sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi. Din ir-Rakkomandazzjoni ta’ l-2006 u l-Anness tagħha jieħdu post r-Rakkomandazzjoni u l-Anness ta’ qabel ta’ l-1999.
U B’DAN QED TIRRAKKOMANDA LI:
|
1. |
L-industriji Ewropej tal-fabbrikazzjoni u l-fornitura ta’ vetturi, li jiddisinjaw u/jew jipprovdu u/jew iwaħħlu sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi, sew jekk huma jfornu tagħmir oriġinal jew ifornu sistemi wara s-suq, inkluż importaturi u dawk li jfornu tagħmir nomadiku, għandhom jikkonformaw ma’ l-Istqarrija Ewropea dwar il-Prinċipji aġġornata li tinsab mehmuża u għandhom jidħlu fi ftehim volontarju dwar dan is-suġġett f’perjodu ta’ disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni; |
|
2. |
Organizzazzjonijiet professjonali marbuta mat-trasport (eż. kumpaniji tat-trasport, kumpaniji li jikru l-vetturi) għandhom jintrabtu ma’ dawn il-prinċipji fl-istess perjodu ta’ żmien; |
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet marbuta ma’ l-HMI, ixerrdu l-verżjoni aġġornata ta’ l-Istqarrija tal-Prinċipji fost il-partijiet kollha rilevanti, u jħajruhom iħarsu dawn il-prinċipji. Fejn jixraq, għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom permezz tal-Kummissjoni, tal-Forum dwar is-Sigurtà elettronika jew forums oħra adattati (forum dwar it-tagħmir nomadiku, eċċ.);
L-Istati Membri għandhom jevalwaw kontinwament u jimmonitorjaw l-impatt ta’ l-Istqarrija Ewropea dwar il-Prinċipji ta’ l-2006 u jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ disseminazzjoni li jkunu saru kif ukoll dwar ir-riżultati ta’ l-applikazzjoni tal-Prinċipji ta’ l-2006 f’perjodu ta’ 18-il xahar mill-pubblikazzjoni tagħhom. |
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Verżjoni aġġornata ta’ l-istqarrija ewropea tal-prinċipji dwar l-interfaċċja bejn il-bniedem u l-magni (HMI) għal sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi
1. Definizzjoni u għanijiet
Din l-Istqarrija dwar il-Prinċipji tagħti fil-qosor l-aspetti tas-sikurezza essenzjali li jridu jitqiesu fl-Interfaċċja bejn il-Bniedem u l-Magni (HMI) għal sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi. Din il-verżjoni miktuba aġġornata ta’ l-2006 tissostitwixxi dik li kienet saret qabel fl-1999.
Dawn il-prinċipji jippromwovu d-dħul fis-suq ta’ sistemi ddisinjati sew, u peress li jqisu kemm il-benefiċċji potenzjali kif ukoll ir-riskji marbuta ma jżommux milli ssir innovazzjoni fl-industrija.
Dawn il-prinċipji jissoponu li dawk li japplikawhom għandhom għarfien tekniku tal-prodotti kif ukoll aċċess għar-riżorsi meħtieġa biex japplikaw il-prinċipji ħalli jiġu disinjati dawn is-sistemi. Peress li l-kompitu ewlieni tas-sewwieq huwa li jikkontrolla l-vetturi b’mod sigur f’ambjent kumpless u dinamiku tat-traffiku, l-għan ewlieni tal-prinċipji huwa li jissodisfa dan ir-rekwiżit.
Dawn il-prinċipji jqisu wkoll il-kapaċitajiet u r-restrizzjonijiet tal-partijiet kollha konċernati fl-isforzi tagħhom biex jiddisinjaw, iwaħħlu u jużaw sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi. Huma japplikaw għall-proċess ta’ żvilupp, billi jindirizzaw kwistjonijiet bħall-kumplessità, spejjeż tal-prodott u ż-żmien biex jiġu reklamati, u b’mod partikolari jqisu l-fabbrikanti ta’ sistemi żgħar. Peress li fl-aħħar mill-aħħar is-sewwieq jiddeċiedi jekk jixtrix u jużax eż. sistema ta’ navigazzjoni integrata, tagħmir nomadiku jew mappa fuq karta, l-intenzjoni hija li ssir promozzjoni ta’ disinn tajjeb ta’ l-HMI aktar milli tipprojbixxi li jiddaħħlu xi funzjonalitajiet permezz ta’ kriterji simplistiċi li għaddew/weħlu.
Il-prinċipji ma jissostitwixxux l-ebda regolamenti u standards preżenti, li għandhom dejjem jitqiesu. Dawn il-prinċipji, li jistgħu jiġu rinfurzati permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali jew minn kumpaniji individwali, jiffurmaw is-sett minimu ta’ rekwiżiti li jridu jiġu applikati.
2. Ambitu
Dawn il-prinċipji japplikaw primarjament għas-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi intiżi li jintużaw mis-sewwwieq waqt li l-vettura tkun miexja, per eżempju sistemi ta’ navigazzjoni, telefowns ċellulari u sistemi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar (TTI). Minħabba nuqqas ta’ riżultati komprensivi dwar ir-riċerka u provi xjentifiċi, mhumiex intiżi li japplikaw għal sistemi li huma kkontrollati bil-vuċi jew sistemi li jagħtu stabbilità lill-vettura waqt l-ibbrekjar (bħall-ABS u l-ESP), jew lill-funzjonalità tas-sistema billi jagħtu informazzjoni, twissijiet jew appoġġ li jirrikjedi li tittieħed azzjoni immedjata mis-sewwieq (eż. Sistemi li Jnaqqsu l-Ħbit, Vista bil-lejl), kultant magħrufa bħala Sistemi ta’ Għajnuna Avvanzati għas-Sewwieq (ADAS). ADAS huma differenti għal kollox u jirrikjedu aktar konsiderazzjonijiet fir-rigward ta’ l-Interfaċċja bejn il-Bniedem u l-Magni. Minkejja dan, xi wħud mill-prinċipji jistgħu jagħtu għajnuna biex tkun disinjata l-ADAS.
Il-prinċipji japplikaw għall-partijiet u l-aspetti kollha tas-sistemi kollha li huma intiżi għall-interfaċċja mas-sewwieq waqt is-sewqan u anki għal ċerti komponenti oħra. Fihom ukoll dispożizzjonijiet għal sistemi u l-funzjonalità tagħhom li ma għandhomx jintużaw waqt is-sewqan. F’dawn il-prinċipji, “sistema” tirreferi għall-funzjonijiet u l-partijiet, bħal displays u l-kontrolli, li jiffurmaw interfaċċja bejn is-sistema ta’ fuq il-vettura u s-sewwieq. L-iskop tal-prinċipji jeskludi displays li juru ‘l fuq u aspetti mhux marbuta ma’ l-HMI, bħall-karatteristiċi ta’ l-elettriku, karatteristiċi materjali u aspetti legali li mhumiex marbuta ma’ l-użu sigur. Uħud mill-prinċipji jagħmlu distinzjoni bejn l-użu tas-sistema “waqt is-sewqan” (magħrufa wkoll “waqt li l-vettura tkun miexja”) u użu ieħor. Fejn ma ssir l-ebda distinzjoni, il-prinċipji jirreferu biss għall-użu tas-sistema mis-sewwieq waqt is-sewqan.
Il-prinċipji japplikaw speċifikament għal vetturi ta’ kategoriji M u N (1). Huma japplikaw kemm sistemi li jinġarru u dawk li huma mwaħħla b’mod permanenti, u huma intiżi biex japplikaw għal sistemi u funzjonalitajiet fl-OEM, sistemi ta’ wara l-produzzjoni u sistemi nomadiċi. Huma japplikaw għall-funzjonalità ta’ l-HMI indipendentement mill-ammont ta’ integrazzjoni bejn is-sistemi. Ġeneralment, għadd ta’ industriji u organizzazzjonijiet ikunu involuti fid-disinn, il-produzzjoni u l-forniment tal-parts ta’ dawk is-sistemi u s-servizzi marbuta, inkluż, per eżempju:
|
— |
Il-fabbrikanti tal-vetturi li joffru tagħmir fuq il-vetturi b’informazzjoni u funzjonalità dwar il-komunikazzjoni; |
|
— |
Sistema wara l-produzzjoni u produtturi tas-servizz; |
|
— |
Min jipprovdi tagħmir nomadiku, intiż biex jintuża’ minn sewwieq waqt is-sewqan; |
|
— |
Fabbrikanti ta’ parts li jagħtu lok li s-sewwieq juża tagħmir nomadiku waqt is-sewqan (eż. cradles, interfaċċji u konnekters); |
|
— |
Dawk li jipprovdu s-servizzi inkluż dawk li jipprovdu s-softwer jew xandara ta’ informazzjoni maħsuba biex jintużaw mis-sewwieq waqt is-sewqan, eż. informazzjoni dwar it-traffiku, l-ivvjaġġar u n-navigazzjoni, programmi fuq ir-radju b’informazzjoni dwar it-traffiku. |
3. Dispożizzjonijiet eżistenti
Il-prinċipji mhumiex sostituzzjoni tar-regolamenti u l-istandards li dejjem għandhom jagħtu kashom u jużawhom.
L-istandards kollha huma soġġetti li jiġu riveduti, u l-utenti ta’ din l-Istqarrija tal-Prinċipji għandhom japplikaw l-aktar edizzjonijiet riċenti indikati hawnhekk.
Direttivi ta’ l-UE applikabbli bl-emendi tagħhom sussegwenti jinkludu:
|
— |
dwar il-vista tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur: id-Direttiva tal-Kummissjoni 90/630/KEE tat-30 ta’ Ottubru 1990 (2); |
|
— |
il-fittings ta’ ġewwa tal-vetturi bil-mutur (il-parts interni tal-kumpartiment tal-passiġġieri minbarra l-mirja ta’ ġewwa li minnhom tara wara, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf jew is-saqaf li jiġri, id-dahar u l-parti ta’ wara tas-sedili): id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1973 (3); |
|
— |
il-fittings ta’ ġewwa tal-vetturi bil-mutur (identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikejters): Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 (4); |
|
— |
ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1998 (5) dwar l-istruzzjonijiet tat-tħaddim tal-prodotti tekniċi għall-konsumaturi; |
|
— |
id-Direttiva tal-Kunsill 92/59/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1992 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (6). |
Ir-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) li ġew rikonoxxuti mill-Komunità wara li ssieħbet fil-Ftehim Rivedut ta’ l-1958 (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (7)):
|
— |
ECE-R21 ta’ l-1 ta’ Diċembru 1971 |
|
— |
Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE — Il-vista tan-naħa ta’ wara (8) |
|
— |
Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE — Il-vista tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur (9) |
L-istandards u d-dokumenti standard li qed jiġu preparati li saret referenza għalihom b’mod impliċitu fil-prinċipji huma dawn:
|
— |
ISO 3958 Vetturi fit-triq — Safejn jilħaq u jista’ jikkontrolla b’idejh is-sewwieq tal-karozza tal-passiġġieri. |
|
— |
ISO (DIS) 11429 Ergonomika — Sinjali tas-sistema li juru u li ma jurux periklu bi ħsejjes u dwal. |
|
— |
ISO 4513 (2003) Vetturi fit-triq — Viżibbiltà. Metodu biex jiġu stabbiliti l-eyellipses għal-lokazzjoni tal-vista tas-sewwieq. |
|
— |
ISO 15008 (2003): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi ta’ l-informazzjoni dwar it-trasport u sistemi ta’ kontroll — Speċifikazzjonijiet u proċeduri ta’ konformità għall-preżentazzjoni viżwali fuq il-vetturi”. |
|
— |
ISO 15005 (2002): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi ta’ l-informazzjoni dwar it-trasport u sistemi ta’ kontroll — Prinċipji ta’ l-immaniġjar tad-djalogu u proċeduri ta’ konformità”. |
|
— |
ISO 17287 (2003): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi ta’ informazzjoni dwar it-trasport u sistemi ta’ kontroll — Proċedura biex tkun evalwata jekk humiex adattati biex jintużaw waqt is-sewqan”. |
|
— |
ISO 4040 (2001): “Vetturi fit-triq — karozzi tal-passiġġieri — fejn jinstabu l-kontrolli ta’ l-idejn, l-indikejters u t-tell-tales ”. |
|
— |
ISO 15006 (2004): Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi ta’ informazzjoni dwar it-trasport u sistemi ta’ kontroll — Speċifikazzjonijiet u proċeduri ta’ konformità għall-preżentazzjoni tas-smigħ fuq il-vetturi. |
|
— |
ISO/TS16951 (2004): Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi ta’ informazzjoni dwar it-trasport u sistemi ta’ kontroll — Proċeduri biex tkun determinata l-prijorità ta’ messaġġi abbord li jiġu preżentati lis-sewwieqa. |
|
— |
ISO 15007-1 (2002): Vetturi fit-triq — Kejl ta’ l-imġiba viżiva tas-sewwieq fir-rigward ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll — Parti 1: Definizzjonijiet u parametri. |
|
— |
ISO TS 15007-2 (2001): Vetturi fit-triq — Kejl ta’ l-imġiba viżiva tas-sewwieq fir-rigward ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Parti 2: Tagħmir u proċeduri. |
|
— |
ISO FDIS 16673: Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Metodu ta’ okklużjoni biex tiġi evalwata d-distrazzjoni viżwali. |
|
— |
ISO 2575 (2004) — Vetturi fit-triq — Simboli għall-kontrolli, indikejters u tell-tales. |
|
— |
ISO 7000 (2004) — Simboli grafiċi biex jintużaw fuq l-apparat — Indiċi u sinossi. |
4. Stqarrija ewropea tal-Prinċipji dwar id-disinn ta’ interfaċċja bejn il-bniedem u l-magni (esop 2006)
4.1. Il-partijiet kollha involuti fid-disinn u l-bini tas-sistema
Kif deskritt fl-iskop, il-prinċipji huma intiżi biex japplikaw għal sistemi u funzjonalitajiet fl- OEM, sistemi ta’ wara l-produzzjoni u sistemi nomadiċi (li jinġarru). Ġeneralment, ikun hemm numru ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni u fil-proviżjon ta’ l-elementi ta’ dawk is-sistemi u tagħmir, inkluż, per eżempju:
|
— |
Il-fabbrikanti tal-vetturi li joffru tagħmir fuq il-vetturi b’funzjonalità għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni; |
|
— |
Sistema ta’ wara l-produzzjoni u produtturi tas-servizzi; |
|
— |
Dawk li jipprovdu tagħmir nomadiku, intiż biex jintuża’ mis-sewwieq waqt is-sewqan; |
|
— |
Fabbrikanti ta’ parts li jgħinu lis-sewwieq juża’ tagħmir nomadiku waqt is-sewqan (eż. cradles, interfaċċji u konnekters); |
|
— |
Min jipprovdi s-servizz inkluż min jipprovdi s-softwer jew min ixandar l-informazzjoni li hi maħsuba biex tintuża’ mis-sewwieq waqt is-sewqan, eż. traffiku, informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u n-navigazzjoni, programmi tar-radju b’informazzjoni dwar it-traffiku. |
Fejn is-sistemi jiġu provduti minn fabbrikant ta’ vettura (OEM) huwa ċar li l-fabbrikant hu responsabbli tad-disinn globali. F’każijiet oħra, “l-Organizzazzjoni Responsabbli mill-Prodott” tkun tinkludi l-organizzazzjoni li tintroduċi prodott jew funzjonalità fis-suq, li parti minnu jew kollu seta’ ġie ddisinjat u magħmul minn partijiet differenti. Konsegwentement ħafna drabi r-responsabbiltà tista’ tkun maqsuma bejn organizzazzjonijiet differenti. Fejn tintuża' l-kelma “fabbrikant” fit-test li ġej, din tista’ tkopri diversi organizzazzjonijiet responsabbli għall-prodott.
Ġeneralment, ikun ċar fuq min se taqa’ r-responsabbiltà, fost il-fabbrikanti, fornituri u installaturi, biex jiġu applikati l-prinċipji. Meta r-responsabbiltà taqa’ fuq aktar minn parti waħda, dawk il-partijiet huma mħajra biex jużaw il-prinċipji bħala punt tat-tluq biex jikkonfermaw b’mod espliċitu r-rwoli rispettivi tagħhom.
Ir-responsabbiltajiet tas-sewwieq marbuta ma’ imġiba sigura waqt is-sewqan u l-interazzjoni tiegħu ma’ dawn is-sistemi jibqgħu l-istess.
4.2. Kummenti ġenerali
Il-bżonn ta’ ħiliet speċjali jew taħriġ u li s-sistema tkun adattata għal gruppi differenti ta’ sewwieqa hija kwistjoni ta’ definizzjoni mill-fabbrikanti. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jitqiesu meta tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tal-prinċipji fuq l-HMI ta’ sistema.
Fejn l-intenzjoni tal-fabbrikant ġiet iddikjarata b’mod ċar (tant li s-sewwieq jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli jkun konxju minnha) u s-sewwieq sussegwentement juża’ s-sistema b’mod li mhux intiż mill-fabbrikant, dan jista’ jitqies bħala użu ħażin.
L-istat preżenti ta’ l-iżvilupp xjentifiku mhuwiex biżżejjed biex issir rabta kif suppost bejn il-kriterji ta’ konformità u sikurezza mal-prinċipji kollha. Għal dak il-għan, il-prinċipji mhumiex marbuta sistematikament ma’ standards jew ma’ kriterji li ġew definiti u aċċettati diġà.
Sistemi disinjati skond il-prinċipji huma ġeneralment mistennija li jkunu aktar siguri minn dawk li ma jqisuhomx. Minkejja dan, jista’ jkun possibbli li jintlaħqu l-miri tad-disinn globali anki jekk jinkiser wieħed jew aktar mill-prinċipji.
4.3. Prinċipji
Kull prinċipju hu elaborat taħt it-titoli li ġejjin:
Spjegazzjoni: tinkludi xi raġunijiet u aktar ġustifikazzjoni għall-prinċipju.
Eżempji: Eżempji “Tajbin” u “Ħżiena” jipprovdu aktar spjegazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-prinċipju.
Applikazzjoni: tiddeskrivi liema sistemi speċifiċi jew funzjonalità ta’ l-HMI qed jiġu indirizzati mill-prinċipji bħala l-ewwel pass neċessarju biex ikun determinat jekk l-HMI ta’ sistema partikolari huwiex skond dak il-prinċipju.
Verifikazzjoni: tipprovdi xi informazzjoni biex tkun indirizzata l-mistoqsija dwar jekk sistema tikkonformax ma’ xi prinċipju. Fejn hu possibbli, jingħata metodu adattat flimkien mal-metrika riżultanti:
|
— |
Fejn ir-riżultat jista’ jiġi mfisser bħala “Iva/Le”, dan jindika li l-konformità ma’ xi prinċipju tista’ tkun stabbilita b’mod ċar; |
|
— |
F’każijiet oħra l-approċċ/metodi identifikati ma jwasslux għal riżultat sempliċi ta’ suċċess/falliment iżda jagħtu skop għal aktar titjib ta’ l-HMI; |
|
— |
Fejn jixraq, issir referenza għad-Direttiva Bażika. L-organizzazzjoni responsabbli mill-prodott għandha tikkonforma mal-verżjoni preżenti ta’ din id-Direttiva. |
Referenzi: agħti informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun ta’ interess fil-kuntest tal-prinċipju rilevanti.
Peress li l-istandards internazzjonali huma soġġetti li jiġu riveduti, hi msemmija l-verżjoni li hemm referenza għaliha.
L-istandards li qed jiġu riveduti u l-istandards abbozz ISO xi kultant jingħataw biex jipprovdu aktar informazzjoni lid-disinjaturi tas-sistemi.
4.3.1. Prinċipji globali tad-disinn
4.3.1.1. Mira tad-disinn I
Is-sistema tappoġġja s-sewwieq ma twassalx għal imġiba li tista’ tkun perikoluża ħafna mis-sewwieq jew minn utenti oħra fit-triq.
Spjegazzjoni:
Rekwiżit globali importanti jista’ jiġi ddikjarat b’mod sempliċi bħala “Ma jagħmilx ħsara”. Dan ifisser li s-sistema għandha ttejjeb jew talanqas ma tnaqqasx is-sikurezza fit-triq. L-approċċ meħud b’dan id-dokument huwa li jiggwida b’mod sistematiku lid-disinjatur ta’ sistema permezz ta’ prinċipji li jindirizzaw l-aspetti rilevanti għad-disinn bħat-twaħħil, il-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni jew l-interfaċċja. Dan minħabba li l-effetti globali ma jistgħux jiġu previsti jew jitkejlu għal kollox minħabba li jiddependu mhux biss fuq id-disinn tas-sistema iżda wkoll fuq is-sewwieq individwali u l-kompitu tas-sewqan/il-qagħda tat-traffiku.
Is-sistemi li mhumiex disinjati bil-ħsieb ta’ dan il-prinċipju x’aktarx li ma jkunux skond il-prinċipji l-oħra.
4.3.1.2. Mira tad-disinn II
L-allokazzjoni ta’ l-attenzjoni tas-sewwieq waqt li jkun qed jagħmel interazzjoni ma’ displays u kontrolli jibqgħu kompatibbli ma’ l-attenzjoni meħtieġa mis-sitwazzjoni tas-sewqan.
Spjegazzjoni:
Is-sewwieq għandu riżorsa limitata iżda varjabbli ta’ l-attenzjoni u kapaċità fiżika li tista’ titqassam b’mod dinamiku mis-sewwieq bejn il-kompiti. Ir-riżorsi attivati mis-sewwieq ma jiddependux biss minn fatturi personali iżda wkoll jistgħu jvarjaw skond il-motivazzjoni u l-istat tiegħu/tagħha. L-interfaċċji (inkluż dawk viżivi, li jintmessu u li jinstemgħu) jistgħu jwasslu għal xogħol fiżiku kif ukoll konoxxittiv.
Il-kompiti rilevanti indirizzati f’din il-mira globali tad-disinn huma:
|
— |
il-kompitu tas-sewqan (kontroll tal-vettura, parteċipazzjoni fid-direzzjoni tat-traffiku u l-wasla f’destinazzjoni). Dan għandu marbut miegħu attenzjoni meħtieġa li tvarja skond is-sitwazzjoni tas-sewqan; |
|
— |
il-kompitu ta’ interazzjoni mad-displays u l-kontrolli tas-sistema. Minbarra xi sistemi sempliċi ħafna, l-attenzjoni meħtieġa għal dan il-kompitu se tvarja wkoll hekk kif tintuża’ s-sistema. |
Biex jintlaħaq dan il-għan jeħtieġ li jkun hemm kompatibbiltà bejn iż-żewġ kompiti, fejn l-attenzjoni meħtieġa tas-sistema ma twassalx biex ir-riżorsa disponibbli tkun inqas minn dik meħtieġa biex wieħed joqgħod attent kif imiss għall-kompitu tas-sewqan prevalenti. Dan ifisser li s-sewwieq irid ikun kapaċi jantiċipa l-attenzjoni meħtieġa assoċjata kemm mal-kompitu tas-sewqan kif ukoll ma’ kompiti oħra.
Il-kunċett tal-kompatibbiltà huwa preferibbli b’mod limitat fuq l-ammont totali ta’ interfaċċja minħabba li:
Il-kunċett tal-kompitu huwa kontroversjali minħabba li l-istess kompitu jista’ jvarja sostanzjalment fejn jidħlu l-parametri tiegħu, eż. it-tul ta’ żmien; barra minn hekk, ma teżistix definizzjoni adattata tal-kompitu;
Skond il-motivazzjoni u l-istat tas-sewwieq, interfaċċja b’displays u kontrolli jista’ jkollha effett differenti; dan minħabba l-fatt li xogħol inqas mhux neċessarjament aħjar;
Ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ l-interfaċċja (kumplessità, intensità, tul ta’ żmien, eċċ.), xogħol u ħila fis-sewqan mhix mifhuma biżżejjed.
Is-sistemi li huma disinjati skond l-ESoP għandhom ikunu tali li l-attenzjoni meħtieġa mis-sistema tista’ tiġi modifikata mis-sewwieq li jagħżel li jagħmel interazzjoni (jew le), u billi jagħżel meta u kif jagħmel interazzjoni. Dan ifisser ukoll li s-sewwieq jista’ jantiċipa l-attenzjoni meħtieġa ta’ l-interfaċċja mas-sistema.
4.3.1.3. Mira tad-disinn III
Is-sistema ma tfixkilx jew timpenja viżwalment lis-sewwieq.
Spjegazzjoni:
L-għan ta’ dan il-prinċipju huwa li jassigura li s-sewwieq ikun imfixkel mill-inqas bl-użu ta’ xi sistema ta’ informazzjoni jew komunikazzjoni għas-sewwieq waqt is-sewqan b’tali mod li l-abbilità tiegħu/tagħha biex ikollu kontroll sħiħ tal-vettura ma tkunx kompromessa. Din il-mira tad-disinn hi wkoll magħmula biex tenfasizza l-importanza speċjali li tiġi evitata d-distrazzjoni kkawżata permezz ta’ divertiment viżiv.
Id-divertiment viżiv jista’ jiġi kkawżat minn immaġni viżivi esebiti li huma attraenti (jiġifieri li għandhom tendenza jiġbdu l-attenzjoni tas-sewwieq) minħabba l-forma jew il-kontenut tagħhom. Hi ta’ rilevanza partikolari fil-kuntest tas-sewqan minħabba l-importanza tal-viżjoni għal sewqan sigur.
4.3.1.4. Mira tad-disinn IV
Is-sistema ma tagħti l-ebda informazzjoni lis-sewwieq li twassal għal imġiba li tista’ tkun ta’ ħsara kbira mis-sewwieq jew mill-utenti l-oħra tat-triq.
Spjegazzjoni:
Il-kontenut ta’ l-informazzjoni ma għandux iħajjar lis-sewwieq biex iġib ruħu b’mod li jista’ jżid ir-riskju ta’ xi inċident waqt is-sewqan. L-imġiba perikoluża tista’ tinfluwenza l-imġiba ta’ utenti oħra fit-triq. Eżempju minnhom jista’ jkun il-wiri ta’ strateġija tas-sewqan waqt it-tlielaq sabiex tintlaħaq l-ogħla veloċità waqt id-dawrien mal-kantuniera.
Utenti oħra tat-triq jista’ jkunu mħassba jekk l-imġiba perikoluża tas-sewwieq tiġri meta hu/hi jkun qed jagħmel interazzjoni magħhom, kif ukoll jekk is-sistema tiġġenera sinjali li jidhru minn barra li jistgħu jagħtu lok għal interpretazzjoni ħażina mill-utenti l-oħra fit-triq, u possibilment għal manuvri perikolużi.
4.3.1.5. Mira tad-disinn V
L-interfaċċji u l-interfaċċja ma’ sistemi intiżi biex jintużaw flimkien mis-sewwieq waqt li l-vettura tkun miexja huma konsistenti u kompatibbli.
Spjegazzjoni:
Il-komponenti kollha ta’ l-HMI tas-sistemi individwali għandhom ikunu disinjati skond il-prinċipji għal sistemi waħdiena, li jagħtu livell minimu ta’ konsistenza. Minkejja dan, il-konsistenza xorta tista’ tkun kwistjoni bejn prodotti individwali disinjati sew.
L-użu ta’ sistema “ flimkien ma’ oħra ” tiġri meta tintuża’ aktar minn sistema waħda biex jinkiseb riżultat mixtieq. Dan jinkludi użu parallel (jiġifieri użu ta’ aktar minn sistema waħda fl-istess ħin) u użu f’serje meta s-sistemi jintużaw wara xulxin. Għalhekk, meta tkun qed tiġi disinjata sistema biex tintuża’ flimkien ma’ oħra (possibilment sistema pre-eżistenti), għandha titqies is-sistema eżistenti. Meta l-funzjonalità tkun kompletament differenti, jista’ jkun disinn tajjeb li jkun hemm HMI differenti biex ma jkunx hemm konfużjoni.
Il-konsistenza tinvolvi, per eżempju, il-kwistjonijiet li ġejjin tad-disinn:
|
— |
L-użu ta’ terminoloġija komuni bejn sistemi; eż. “traffiku bil-mod”, “is-salib it-toroq li jmiss”; |
|
— |
Użu ta’ kliem u/jew ikoni biex jirrappreżentaw kunċetti jew funzjonijiet; eż. “Għajnuna”, “Idħol”; |
|
— |
Użu ta’ kuluri, ikoni, ħsejjes, tabelli (biex jitjieb il-bilanċ bejn is-similitudni u d-divrenzjar); |
|
— |
Kwistjonijiet dwar minn fejn għandu jgħaddi d-djalogu fiżiku; eż. klikk waħda/doppja, teħid ta’ ħin tar-reazzjoni u l-pawsa, mod ta’ għoti ta’ informazzjoni lura eż. viżiv, li jinstema’, li jintmess (skond il-funzjonalità ta’ l-għoti ta’ l-informazzjoni lura għandu jkun differenti sabiex ma jkunx hemm interpretazzjoni ħażina); |
|
— |
Tqegħid fi gruppi tal-kunċetti u strutturi simili tal-menù (għal funzjonalitajiet relatati); |
|
— |
Disinn globali tad-djalogu u l-ordni tal-kunċetti. |
4.3.2. Prinċipji ta’ installazzjoni
4.3.2.1. Prinċipju ta’ installazzjoni I
Is-sistema għandha titqiegħed u titwaħħal b’mod sod skond ir-regolamenti, standards u istruzzjonijiet tal-fabbrikanti rilevanti għat-twaħħil ta’ sistemi fuq il-vetturi.
Spjegazzjoni:
Il-fabbrikanti jiddisinjaw il-prodotti (eż. sistemi, kontenituri, funzjonalitajiet) għal użu intiż. Jekk ma jiġux provduti mezzi adatatti għal installazzjoni kif suppost (eż. kontenitur) jew l-istruzzjonijiet ta’ l-installazzjoni tal-fabbrikant ma jiġux segwiti, dan jista’ jwassal biex is-sistema li juża’ s-sewwieq ma tintużax kif kellu f’moħħu l-fabbrikant, u din jista’ jkollha konsegwenzi fuq is-sikurezza.
Is-sistema għandha titqiegħed (jiġifieri titqiegħed fiżikament) fil-vettura waqt li tintuża’ mis-sewwieq b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
|
— |
Titwaħħal fuq il-vettura; |
|
— |
Tista’ tiċċaqlaq fuq medda pre-determinata (għal sistemi li għandhom pożizzjoni li taġġusta ruħha permezz ta’ kejbil, irfid jew brazz, per eżempju); |
|
— |
Titwaħħal fuq ħolwder bil-għan li s-sistema tintuża’ fil-ħolwder. |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-twaħħil ta’ sistemi fir-rigward ta’ sikurezza passiva sabiex ikun evitat riskju akbar li jweġġa’ xi ħadd f’każ li inċident bil-vettura.
Eżempji:
Tajba: Telefown ċellulari hands-free imwaħħal għal kollox skond l-istandards, regolamenti u l-istruzzjonijiet meħtieġa tal-fabbrikanti.
Ħżiena: Display ta’ informazzjoni dwar it-traffiku mwaħħla mad-daxbord b’irbit temporanju li mhux ta’ kwalità tajba (bħal tejp li jwaħħal) aktar milli l-ħolwder rakkomandat mill-fabbrikant.
Applikabbilità:
Il-prinċipju japplika għas-sistemi kollha fuq il-vettura, u huwa konsiderazzjoni importanti ħafna għal sistemi ta’ wara l-produzzjoni u tagħmir nomadiku.
Metodi ta’ verifikazzjoni/metodi applikabbli:
Dan il-prinċipju jitlob li s-sistemi jitqiegħdu u jitwaħħlu skond:
|
— |
It-tagħmir ta’ ġewwa tal-vetturi bil-mutur (Id-Direttiva 74/60/KEE, ECE-R21 ta’ l-1 ta’ Diċembru 1971 u d-Direttiva 78/316/KEE); |
|
— |
L-istruzzjonijiet provduti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-prodott (jiġifieri l-istruzzjonijiet formali miktuba provduti mill-fabbrikant); |
|
— |
Spezzjoni biex ikun determinat jekk tqisux ir-rekwiżiti rilevanti. |
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi
|
— |
ISO 4040 (2001) — tqegħid tal-kontrolli ta’ l-idejn, l-indikejters u t-tell-tales. |
4.3.2.2. Prinċipju ta’ installazzjoni II
L-ebda parti tas-sistema ma għandha tostakola lis-sewwieq milli jara t-triq kollha.
Spjegazzjoni:
Biex il-kompitu tas-sewqan isir tajjeb irid ikun ibbażat fuq l-akkwist ta’ informazzjoni viżiva dwar it-triq lokali u l-ambjent tat-traffiku. Konsegwentement, ir-regolamenti tal-kostruzzjoni jassiguraw li kull vettura fit-triq tipprovdi lis-sewwieq b’viżta adegwata esterna tal-vettura mis-sedil tas-sewwieq. Sistemi addizzjonali ma għandhomx jikkompromettu dan il-provvediment tad-disinn bażiku. Dan il-prinċipju għandu tendenza li jkun importanti b’mod partikolari għall-installazzjoni ta’ sistemi wara l-produzzjoni u sistemi nomadiċi.
Il-“vista tas-sewwieq” hija r-rekwiżit minimu obbligatorju skond ir-regolamenti ta’ l-UE. Għandu jiġi interpretat bħala li jappartjeni għall-veduta ta’ quddiem li tidher direttament mill-windskrin, u għal visti laterali u ta’ wara kemm direttament jew indirettament.
Jekk il-pożizzjoni fiżika tas-sistema tista’ tiġi modifikata mis-sewwieq u tista’ (bħala parti mill-firxa intiża tagħha tal-moviment) tostakola l-vista tas-sewwieq, mela s-sewwieq għandu jkun mgħarraf, permezz ta’ l-istruzzjonijiet tas-sistema (ara sezzjoni 6) dwar l-użu kif intiż mill-fabbrikant. Jekk ma tingħata l-ebda tali informazzjoni lis-sewwieq, mela għandu japplika l-prinċipju mal-firxa kollha ta’ aġġustament tas-sistema jew tal-komponenti tagħha.
Eżempji:
Tajba: Display imwaħħla fl-instrument panel b’tali mod li s-sewwieq jista’ jaraha faċilment iżda li ma tinterferixxix mar-rekwiżiti tal-vista.
Ħżiena: Display imwaħħla fuq irfid twil flessibbli mill-wiċċ ta’ fuq ta’ l-instrument panel li tista’ tiġi aġġustata b’tali mod li d-display taħbi parti sostanzjali mill-veduta esterna tat-triq.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għas-sistemi kollha fuq il-vettura, u huwa konsiderazzjoni importanti ħafna għas-sistemi ta’ wara l-produzzjoni u t-tagħmir nomadiku. Ma japplikax għad-displays li jħarsu ‘l fuq.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Meta titwaħħal f’vettura, l-ebda parti mis-sistema ma għandha tkun f’pożizzjoni fiżika li twassal biex il-veduta li s-sewwieq għandu tat-triq tiġi ostakolata b’tali mod li ma jkunx jista’ jkun hemm konformità mar-regolamenti.
Sistema tkun konformi ma’ dan il-prinċipju jekk il-partijiet kollha tagħha jkunu mqiegħda f’pożizzjoni tajba, billi titqies:
|
— |
Direttiva 71/127/KEE — Il-veduta ta’ wara |
|
— |
Direttiva 77/649/KEE — Il-vista tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur |
Il-verifikazzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni jew b’kejl.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.2.3. Prinċipju ta’ installazzjoni III
Is-sistema ma għandhiex tostakola l-kontrolli u d-displays tal-vettura meħtieġa għall-kompitu primarju tas-sewqan.
Spjegazzjoni:
L-għan ta’ dan il-prinċipju huwa li jassigura li l-abbiltà tas-sewwieq li juża’ displays u kontrolli obbligatorji u displays u kontrolli oħra meħtieġa għall-kompitu primarju tas-sewqan ma tkunx kompromessa mill-preżenza fiżika ta’ xi sistema (bħal display). Dan jassigura li l-abbiltà tas-sewwieq li jkollu kontroll sħiħ tal-vettura ma tkunx affettwata mill-installazzjoni tas-sistema.
Ostakolar tal-kontrolli f’dan il-kuntest tfisser li tipprevjeni t-tħaddim tal-kontrolli rilevanti fil-medda intiża ta’ movimenti, jew biex ikun aktar diffiċli biex jiġu identifikati, biex tilħaqhom u/jew biex tħaddimhom.
Ostakolar tad-displays f’dan il-kuntest tfisser biex ma tiġix tidher xi porzjon (kwalunkwe porzjon) tad-displays rilevanti mill-pożizzjoni normali li fiha jkun jinsab bil-qiegħda s-sewwieq.
Il-kontrolli u d-displays meħtieġa huma dawk meħtieġa biex jagħmlu l-kompitu primarju tas-sewqan u dawk kollha li huma obbligatorji.
Il-kontrolli meħtieġa jinkludu: l-aċċeleratur, il-brejk, (il-klaċċ, jekk ikun imwaħħal), l-istering, il-gerliver, il-brejk tal-parking, il-ħorn, is-swiċċis tad-dawl, l-indikejters, il-washers u l-wajpers (il-modi kollha u l-veloċitajiet kollha), id-dwal li jteptpu, il-kontrolli li jneħħu ċ-ċpar.
Displays meħtieġa jinkludu: l-ispeedometer, id-dwal kollha li jwissu, tabelli obbligatorji tal-kontroll u tell-tales obbligatorji.
L-ostakolar jew it-tfixkil ta’ kontrolli u displays oħra għandu jkun bilanċjat mal-benefiċċji addizzjonali provduti mis-sistema.
Eżempji:
Tajba: Display li juri r-rotta integrata fid-daxbord f’pożizzjoni għolja ċentrali li ma tostakolax l-ebda display jew kontroll oħra.
Ħżiena:
Sistema ta’ gwida tar-rotta ta’ wara l-produzzjoni li tostakola s-swiċċis tad-dawl;
Display li tkopri l-kontroll tad-dawl li jteptep;
Kontroll addizzjonali fuq in-naħa ta’ barra tar-rim ta’ l-istering li jista’ jagħmilha aktar diffiċli biex jintuża’ l-istering waqt id-dawrien mal-kantunieri.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għas-sistemi kollha fuq il-vettura, u huwa konsiderazzjoni importanti ħafna għas-sistemi ta’ wara l-produzzjoni u t-tagħmir nomadiku.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni ssir billi jiġi ċċekkjat jekk is-sewwieq jistax jara d-displays u l-kontrolli kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompitu primarju tas-sewqan.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 4513 (2003) Vettura fit-Triq — Viżibbiltà, metodu biex ikunu stabbiliti l-eyellipses għal-lokazzjoni tal-vista tas-sewwieq. |
4.3.2.4. Prinċipju ta’ installazzjoni IV
Id-displays viżivi għandhom jitqiegħdu qrib bl-aktar mod prattiku lejn il-linja normali tal-viżta tas-sewwieq.
Spjegazzjoni:
Biex sewwieq ikollu kontroll sħiħ tal-vettura u jkun konxju mill-veduta dinamika tat-triq ħafna huma tal-fehma li, apparti mit-titwiliet qosra lejn l-imirja jew lejn l-arloġġi, il-ħarsa tas-sewwieq għandha tkun direzzjonata lejn il-veduta tat-triq. Id-displays viżivi mqiegħda qrib il-linja normali tal-vista jnaqqsu l-ħin l-għajnejn ma jkunux iffukati fuq it-triq b’mod relattiv għal dawk li jinstabu aktar ‘l bogħod, b’hekk ikabbru l-possibbiltà biex xi sewwieq juża’ l-vista periferali biex jissorvelja l-veduta tat-triq għal żviluppi maġġuri waqt li jħares lejn xi display. Aktar kemm ikun ‘l bogħod id-display mil-linja normali tal-vista tas-sewwieq, aktar hu diffiċli biex tinkiseb informazzjoni u akbar hu l-impatt li jista’ jkollu fuq is-sewqan.
Huwa rakkomandat li l-aktar informazzjoni importanti jew kritika għas-sikurezza hija dik l-eqreb lejn il-linja normali tal-vista.
Dan il-prinċipju għalhekk jirrikjedi li d-disinjatur/installatur jieħu deċiżjoni espliċita, iżda essenzjalment kwalitattiva, bejn il-prattiċità u l-qrubija. Il-fatturi importanti jinkludu:
|
— |
Ir-rekwiżit biex ma tiġi ostakolata l-veduta tat-triq (ara l-prinċipju 4.3.2.2); |
|
— |
Ir-rekwiżit biex ma jiġux ostakolati l-kontrolli jew displays oħra (ara l-prinċipju 4.3.2.3); |
|
— |
Ir-rekwiżit li d-display ma għandhiex tkun fiha nnifsha ostakolata sostanzjalment minn, per eżempju, kontrolli bħall-istering jew il-gerliver. |
B’mod partikolari għall-karozzi tal-passiġġieri (10), hu rakkomandat li d-displays li fihom informazzjoni rilevanti għas-sewqan u d-displays kollha li jirrikjedu sekwenzi twal ta’ interfaċċja li jitqiegħdu f’angolu ta’ madwar 30° meta jħares ‘l isfel tal-vista normali ta’ quddiem tas-sewwieq. Għal diskussjoni dwar is-sekwenzi twal ta’ interfaċċja, irreferi għall-prinċipju 4.3.4.2.
Eżempji:
Tajba: Display għan-navigazzjoni f’karozza tal-passiġġieri tkun mwaħħla f’angolu ta’ madwar 30° meta jħares ‘l isfel minħabba li l-informazzjoni hi marbuta mas-sewqan.
Ħżiena: Display għal komunikazzjoni, eż. ta’ Assistent Diġitali Personali (PDA) jew Telefown, jitqiegħed ħdejn il-gerliver bejn is-sedili ta’ quddiem f’karozza tal-passiġġeri minħabba s-sekwenzi twal ta’ interfaċċja meħtieġa biex idaħħlu jew ifittxu numru tat-telefown.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għas-sistemi kollha fuq il-vettura mgħammra b’displays viżivi u sitwazzjonijiet ta’ użu li jinvolvu l-vista ta’ quddiem. Id-displays li jappoġġjaw l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-sewqan bħal meta tirriversja huma kwistjoni separata.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
B’mod ġenerali, l-għan għandu jkun li jintlaħaq l-aħjar kompromess fl-allokazzjoni ta’ spazju fuq id-daxbord, li jista’ jiġi evalwat mid-disinjaturi u speċjalisti ta’ l-ergonomika.
Referenzi:
|
— |
ISO 4513 (2003) Vettura fit-Triq — Viżibilità, metodu biex jiġu stabbiliti l-eyellipses għal-lokazzjoni tal-vista tas-sewwieq. |
4.3.2.5. Prinċipju ta’ installazzjoni V
Id-displays viżivi għandhom ikunu disinjati u mwaħħla b’tali mod li jiġu evitati l-leħħ qawwi u r-riflessjonijiet.
Spjegazzjoni:
Il-leħħ qawwi u r-riflessjonijiet li għandhom tendenza li jagħmluha aktar diffiċli biex tinkiseb informazzjoni mid-display jistgħu jikkawżaw id-distrazzjoni mis-sewqan jew minn kompiti oħra magħmula waqt is-sewqan. Dan x’aktarx iwassal biex is-sewwieq jiffrustra ruħu u jinnervja aktar u jista’ joħloq adattamenti fl-imġiba bħal li jteptep għajnejh, jagħlaq għajnejh għal perjodi qosra u jċaqlaq rasu biex ikollu veduta aktar komda. Dawn l-effetti kollha għandhom tendenza li jnaqqsu l-kumdità tas-sewwieq u, għalhekk, jistgħu b’xi mod jikkompromettu s-sikurezza fit-triq.
Il-leħħ qawwi huwa l-effett li joħloq distrazzjoni (u li jfixkel sew) tad-dawl qawwi f’xena li pjuttost hija mudlama li tinterferixxi ma’ l-attenzjoni u l-għażla viżiva. Fil-kuntest ta’ fuq il-vettura, dan jista’ jiġri b’diversi modi:
Dawl estern (normalment dawl tax-xemx) li jaqa’ fuq id-display viżiv inaqqas il-kuntrast tad-display u jagħmilha aktar diffiċli biex is-sewwieq jara l-informazzjoni fuq l-iskrin mill-pożizzjoni normali tiegħu;
Id-display fih innifsu huwa qawwi ħafna u jikkawża distrazzjoni mill-veduta tat-triq u minn displays u kontrolli oħra fuq il-vettura. Dan għandu tendenza li s-sewwieq jarah f’kondizzjonijiet b’dawl baxx.
Ir-riflessjoni hija l-ħolqien ta’ immaġni sekondarja ta’ xi oġġett riżultat ta’ dawl minn oġġett li jtir minn fuq l-uċuh intermedjarji. Dan hu rilevanti b’diversi modi:
Id-dawl minn display li jarmi d-dawl jivjaġġa lejn xi wiċċ ieħor (jew diversi uċuh oħra), jipproduċi immaġni sekondarja ta’ l-iskrin, per eżempju fuq il-windskrin. Dan l-aktar li jarah is-sewwieq meta hemm kuntrast għoli bejn l-immaġni sekondarja u l-isfond tagħha, bħal kontra l-windskrin fid-dlam;
Id-dawl minn sors estern (eż. ix-xemx, id-dwal tat-toroq, jew oġġetti oħra li jgħajtu) jiġi rifless permezz tal-wiċċ tad-display f’għajnejn is-sewwieq (ara anki l-leħħ qawwi t’hawn fuq).
L-effetti għandhom jitqiesu matul il-proċess ta’ disinn u installazzjoni. Aspetti li jistgħu jitqiesu jinkludu l-provvediment ta’ kontroll tad-display ta’ l-intensità tad-dawl (manwali jew awtomatiku), għażla ta’ teknoloġija tad-display, għażla tal-materjal u l-finitura tal-wiċċ tad-display, għażla ta’ kulur u lostru ta’ l-uċuh li qed jiġu riflessi fil-wiċċ tad-display, għażla tal- polarità ta’ l-immaġni, post fejn jitqiegħed id-display u aġġustabbiltà, l-użu ta’ daħla jew ventilatur.
Eżempji:
Tajba: Skrin b’kontroll awtomatiku ta’ l-intensità tad-dawl li ma jipproduċix immaġni sekondarji fuq il-ħġieġ tal-vettura u li għandu wiċċ ta’ quddiem tad-display li jista’ jinqara faċilment fil-kondizzjonijiet kollha tad-dawl.
Ħżiena: Display li tant hu qawwi bil-lejl li huwa sinifikanti fil-viżjoni periferali tas-sewwieq meta wieħed iħares lejn il-veduta ta’ quddiem tat-triq u li l-informazzjoni tiegħu hija diffiċli biex jaqraha fid-dawl tax-xemx minħabba li l-kuntrast huwa baxx ħafna.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għall-informazzjoni kollha ta’ fuq il-vettura u s-sistemi ta’ komunikazzjoni mgħammra b’displays viżivi.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq proċeduri biex jiġu determinati l-leħħ qawwi u r-riflessjonijiet. Kriterji speċifiċi jiddependu fuq il-kunċett tal-vettura.
Referenzi:
|
— |
ISO 15008 (2003): Vetturi fit-triq — aspetti ergonimiċi ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — proċeduri ta’ speċifikazzjoni u konformità għall-preżentazzjoni viżiva fuq il-vetturi. |
4.3.3. Prinċipji ta’ preżentazzjoni ta’ informazzjoni
4.3.3.1. Prinċipju ta’ preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni I
Informazzjoni li tiġi esebita b’mod viżiv li tiġi preżentata f’xi żmien mis-sistema għandha tkun iddisinjata b’tali mod li s-sewwieq ikun jista’ jassimila l-informazzjoni rilevanti bi ftit ħarsiet li huma qosra biżżejjed biex ma jaffettwawx ħażin is-sewqan.
Spjegazzjoni:
L-ipproċessar viżiv mis-sewwieq biex iqis l-ambjent tat-traffiku huwa l-bażi għat-tkomplija tal-kompiti tal-kontroll u l-manuvrar tal-vettura. Għalhekk, l-attività li hi meħtieġa biex tinstab u tinkiseb l-informazzjoni rilevanti preżentata b’mod viżiv fi kwalunkwe ħin għandha tkun limitata. Jekk tiżdied il-frekwenza u/jew it-tul tal-ħarsiet meħtieġa biex tinstab u tinkiseb informazzjoni esebita viżwalment jista’ jiżdied ir-riskju ta’ sitwazzjonijiet tat-traffiku li jistgħu jkunu perikolużi għall-aħħar ikkawżati mill-preokkupazzjoni tas-sewwieq b’kompiti mhux primarji mhux marbuta mas-sewqan. L-informazzjoni rilevanti hija l-porzjon ta’ l-informazzjoni kollha esebita viżwalment imfittxa mis-sewwieq biex jissodisfa bżonn partikolari.
Eżempji:
Tajba: Stampi li jinqraw faċilment u huma strutturati sew fuq display viżiv pożizzjonat sew li jagħti lok li jiġi identifikat l-oġġett tal-menu rilevanti b’ħarsa ta’ sekonda.
Ħżiena: Sistema ta’ navigazzjoni li toffri biss appoġġ permezz ta’ display viżiv li għandu ħafna dettall, li jeħtieġ l-attenzjoni sħiħa u fit-tul tas-sewwieq biex jidentifika mira fuq mappa li tiċċaqlaq.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għas-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi b’displays viżivi li jippreżentaw informazzjoni meħtieġa li jaraha s-sewwieq waqt li jkun qed isuq.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Qabbel l-alternattivi tad-disinn għall-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni: in-numru u t-tul ta’ ħarsiet meħtieġa biex tinstab u tinkiseb l-informazzjoni rilevanti ppreżentata fi kwalunkwe żmien għandha tiġi mnaqqsa.
Riżultat: Disinn imtejjeb ta’ skrin wieħed.
Referenzi:
|
— |
ISO 15007-1 (2002): Vetturi fit-triq — Kejl ta’ l-imġiba viżiva tas-sewwieq fir-rigward ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Parti 1: Definizzjonijiet u parametri. |
|
— |
ISO TS 15007-2 (2001): Vetturi fit-triq — Kejl ta’ l-imġiba viżiva tas-sewwieq fir-rigward ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Parti 2: Tagħmir u proċeduri. |
|
— |
ISO 15008 (2003): Vetturi fit-triq — aspetti ergonomiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — proċeduri ta’ speċifikazzjoni u konformità għall-preżentazzjoni viżiva fuq il-vetturi. |
|
— |
ISO FDIS 16673: Vetturi fit-triq — aspetti ergonomiċi ta’ sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Metodu ta’ okklużjoni li jevalwa d-distrazzjoni viżwali. |
Metodi/Kejl addizzjonali qed jiġu żviluppati f’ISO TC22/SC13/WG8 biex tiġi kwantifikata d- distrazzjoni viżwali, eż. Reviżjoni ta’ ISO 15008, qari faċli tad-display u TC22/SC13/WG8/AWI fuq it-Test tal-Bdil tal-Karreġġjata, metodu li jkejjel id-distrazzjoni tas-sewwieq.
4.3.3.2. Prinċipju ta’ preżentazzjoni ta’ informazzjoni II
Għandhom jintużaw standards miftiehma internazzjonalment u/jew nazzjonalment marbuta mal-leġġibilità, l-ħsejjes li jinstemgħu, l-ikoni, is-simboli, il-kliem, l-akronimi u/jew abbrevjazzjonijiet.
Spjegazzjoni:
L-istandards marbuta mal-leġġibiltà, il-ħsejjes li jinstemgħu u s-simboli jippreskrivu l-karatteristiċi ġeometriċi u/jew fiżiċi għall-informazzjoni li tiġi esebita viżwalment u/jew li tinstema’ u huma intiżi biex ikabbru t-tendenza li l-informazzjoni tinftiehem faċilment mis-sewwieqa f’għadd wiesa’ ta’ ċirkostanzi u ambjenti.
In-numru li kontinwament qed jikber ta’ funzjonijiet disponibbli għas-sewwieq joħloq il-bżonn li jiġu adottati l-aktar prassi komuni fl-għażla ta’ simboli, ikoni, abbrevjazzjonijiet u kliem għall-identifikazzjoni tal-funzjoni.
Eżempji:
Tajba: Is-sinjali tat-triq huma użati fuq id-displays ta’ fuq il-vetturi biex iżidu l-informazzjoni tat-traffiku.
Ħżiena: Is-simboli u l-ikoni użati fis-sistema ta’ navigazzjoni huma uniċi għal fabbrikant partikolari u ma jinftehmux minn maġġoranza ta’ sewwieqa.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għas-suġġerimenti kollha użati biex jiġu identifikati l-funzjonalità u l-funzjonijiet provduti permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni jew komunikazzjoni f’xi vettura.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni permezz ta’ l-iċċekkjar jekk l-istandards miftehma internazzjonalment u/jew nazzjonalment marbuta mal-leġġibiltà, il-ħsejjes li jinstemgħu, l-ikoni, is-simboli, il-kliem, l-akronimi u/jew l-abbrevazzjonijiet huma użati, billi jitqiesu l-istandards rilevanti ewlenin.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 15008 (2003) — Vetturi fit-triq — Sistemi ta’ Informazzjoni u Kontroll dwar it-Traffiku (TICS) — Aspetti ergonomiċi ta’ preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq il-vetturi (qed jiġu riveduti) |
|
— |
ISO 15006 (2004) — Vetturi fit-triq — Sistemi ta’ Informazzjoni u Kontroll dwar it-Traffiku (TICS) — Preżentazzjoni ta’ informazzjoni li tinstema’ |
|
— |
ISO 2575 (2004) — Vetturi fit-triq — Simboli għall-kontrolli, l-indikejters u t-tell-tales |
|
— |
ISO 7000 (2004) — Simboli grafiċi biex jintużaw fuq it-tagħmir — Indiċi u sinossi |
4.3.3.3. Prinċipju ta’ preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni III
L-informazzjoni rilevanti għall-kompitu tas-sewqan għandha tkun preċiża u tingħata fil-ħin.
Spjegazzjoni:
L-informazzjoni rilevanti għall-kompitu tas-sewqan għandha tingħata lis-sewwieq fl-aktar mument adattat u tkun preċiża biżżejjed biex tgħin lis-sewwieq ħalli jikkonfronta sew is-sitwazzjoni.
Il-kompitu tas-sewqan jirrikjedi li s-sewwieq jissorvelja kontinwament l-ambjent biex jagħżel stimuli rilevanti u biex jikkonċentra u jiffoka l-attenzjoni fuq dawk l-istimuli li jirrikjedu tibdil fl-imġiba tiegħu/tagħha. Dak it-tibdil jiddependi fuq liema azzjoni hija l-aktar adattata għas-sitwazzjoni u fuq il-miri u l-prijoritajiet tas-sewwieq. L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu t-tibdil tal-veloċità, it-tibdil tal-karreġġjata, twissija lill-oħrajn, eċċ.
Informazzjoni li tingħata fil-ħin u li tkun preċiża tnaqqas l-inċertezza billi tagħti tweġibiet validi u ċari għall-mistoqsijiet bħal: “Xiex?” “Meta?” “Fejn?” “Għal kemm żmien?” eċċ. Il-ħtieġa li l-informazzjoni tkun preċiża u tingħata fil-ħin titlob ukoll li l-messaġġ esebit ikun jaqbel mal-ġudizzju li s-sewwieq jagħmel ta’ l-ambjent. Għalhekk, l-informazzjoni ma għandhiex tkun f’kunflitt ma’, per eżempju, is-sinjali tat-toroq. Is-sistemi li jipprovdu informazzjoni li ma tingħatax fil-ħin u/jew mhux korretta jistgħu joħolqu distrazzjoni u frustrazzjoni li tkun kritika għas-sikurezza tas-sewwieq.
Eżempji:
Tajba: Id-distanza għall-manuvra li jmiss hi provduta eżatt fil-punt fejn is-sewwieq jeħtieġ ikun jaf jekk manuvra għandhiex issir u liema manuvra għandha tkun.
Ħżiena: L-istruzzjonijiet tad-direzzjoni minn xi sistema ta’ navigazzjoni huma esebiti ħafna wara l-manuvra li trid issir.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għall-informazzjoni kollha li tinstema’ u viżiva li hi importanti li tingħata fil-ħin li jipprovdu s-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ iċċekkjar jekk l-informazzjoni mogħtija mis-sistema hiex korretta biżżejjed u hiex preżentata fil-ħin mistenni.
Riżultat: Iva/Le.
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.3.4. Prinċipju ta’ preżentazzjoni ta’ informazzjoni IV
L-informazzjoni li għandha aktar rilevanza għas-sikurezza għandha tingħata aktar prijorità.
Spjegazzjoni:
Is-sewwieq jista’ jkollu bżonn jara u jaġixxi fuq informazzjoni li hija rilevanti għas-sikurezza f’perjodu taż-żmien qasir. Dik l-informazzjoni għalhekk jeħtieġ li tiġi preżentata malajr kemm jista’ jkun u ma għandhiex tiġi mdewma minn informazzjoni aktar rutina.
Il-prijorità ta’ l-informazzjoni mil-lat ta’ rilevanza għas-sikurezza tiddependi fuq l-urġenza tagħha u fuq kemm hi kritika (jiġifieri s-severità tal-konsegwenzi jekk ma tittieħedx azzjoni fuq l-informazzjoni). Dawn il-fatturi, imbagħad, jiddependu wkoll fuq il-qagħda tas-sewqan kif spjegat f’ISO/TS 16951. Meta l-informazzjoni tiġi ġġenerata barra mill-karozza (mill-ġenb tat-triq jew minn sistema remota), il-prijoritizzazzjoni ma tistax tqis il-qagħda tas-sewqan u jkun possibbli biss li tiġi allokata prijorità aktar ġenerika. Meta l-informazzjoni tinkiseb minn sistemi awtonomi ta’ fuq il-vettura, jew fejn l-informazzjoni esterna u abbord tista’ tiġi mħallta, teżisti l-possibbiltà li tiġi apprezzata l-qagħda tas-sewqan u l-prijorità tal-messaġġ tista’ tiġi raffinata.
Għall-informazzjoni li ma tkunx abbord il-vettura, min jipprovdi l-informazzjoni dinamika (min jipprovdi s-servizz) għandu jimplimenta strateġija ta’ tixrid ta’ informazzjoni li, minbarra li tkun kurrenti u affidabbli, tassigura li tingħata prijorità fit-trażmissjoni ta’ messaġġi li għandhom l-aktar importanza. Is-sistemi ta’ fuq il-vetturi għandhom bżonn jagħrfu l-messaġġi li huma rilevanti għas-sikurezza u jitrattawhom skond il-bżonn.
Ir-rilevanza tas-sikurezza ta’ l-informazzjoni tista’ ma tkunx determinata faċilment u mhux l-informazzjoni kollha tista’ tkun disponibbli teknikament għall-prijoritizzazzjoni.
Eżempji:
Tajbin: L-informazzjoni li tikkonċerna l-manuvrar madwar intersezzjoni kumplessa tingħata prijorità fuq telefonata li tidħol.
Ħżiena: Messaġġ bi prijorità għolja li jikkonċerna s-silġ fil-post preżenti jinżamm milli jitwassal immedjatament minħabba li l-iskrin ta’ l-informazzjoni huwa fil-proċess li juri messaġġ li jikkonċerna l-konġestjoni ta’ traffiku fil-bogħod.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għal sistemi li jipprovdu informazzjoni dinamika (jiġifieri informazzjoni li tinbidel minħabba l-kundizzjonijiet li jkun hemm madwar il-vettura jew il-kundizzjonijiet tat-traffiku aktar ġenerali).
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni billi tiġi ċċekkjata jekk tqisitx l-informazzjoni ta’ prijorità.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO/TS16951 (2004): Vetturi fit-triq — Aspetti ergonimiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Proċedura biex tiġi determinata l-prijorità ta’ messaġġi abbord preżentati lis-sewwieqa. |
4.3.3.5. Prinċipju ta’ preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni V
Ħsejjes iġġenerati mis-sistema, b’livelli ta’ ħsejjes li ma jistgħux jiġu kkontrollati mis-sewwieq, ma għandhomx jgħattu l-ħsejjes li jwissu li jinstemgħu minn ġol-vettura jew minn barra.
Spjegazzjoni:
L-informazzjoni li tinstema’ fil-livell ta’ ħsejjes li huma għolja wisq tista’ taffettwa s-sewqan jew is-sikurezza fit-triq billi taħbi ħsejjes sinifikanti u importanti ta’ twissija li jikkonċernaw is-sikurezza fit-triq u tal-vettura. Barra minn hekk, ħsejjes li mhumiex disinjati sew jistgħu jwasslu biex ifixklu l-attenzjoni tas-sewwieq u jdejquh. Għalhekk, l-informazzjoni li tinstema’ trid tiġi ddisinjata b’tali mod li ma taħbix il-ħsejjes tat-twissija li jintbagħtu minn ġewwa għall-barra lis-sewwieq. Kwalunkwe sistema, inkluż is-sistemi ta’ awdjo, għandha titqies fil-kuntest ta’ l-effetti li s-sistema jista’ jkollha fuq is-sewwieq qabel ma tiġi introdotta.
Dan jista’ jinkiseb b’diversi modi inkluż:
|
— |
Il-ħsejjes magħmula mis-sistema mhumiex f’tali livell li l-ħsejjes li jwissu jiġu mitfija; |
|
— |
Il-ħin li jtulu l-ħsejjes huwa qasir biżżejjed biex jassiguraw li l-ħsejjes li jwissu ma jinqabżux; |
|
— |
Il-ħsejjes intermittenti huma tali li l-intervall bejnhom huwa twil biżżejjed biex is-sewwieq jisma’ l-ħsejjes li jwissu. |
Eżempji:
Tajbin: Sinjali li jinstemgħu mis-sistema huma ssettjati fuq livell li huwa taħt il-livell ta’ ħsejjes ta’ twissijiet minn ġewwa u minn barra l-vettura.
Ħżiena: Telefonata li tidħol li għandha volum għoli ħafna għandha tendenza li taħbi t-twissijiet, u s-sewwieq ma jkollux kontroll fuqha.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għall-ħsejjes kollha li jinstemgħu mis-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni b’livelli ta’ ħsejjes li ma jistgħux jiġu kkontrollati mis-sewwieq, jew mis-sistemi fuq il-vetturi, tagħmir ta’ wara l-produzzjoni jew nomadiku, jew riżultat ta’ l-informazzjoni li tiġi irċevuta permezz ta’ komunikazzjoni mad-dinja ta’ barra.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni billi jiġi ċċekkjat jekk it-twissijiet għadhomx jidhru sew waqt li s-sistema tipproduċi livelli ta’ ħsejjes mhux kontrollabbli.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 15006 (2004) — Vetturi fit-triq — Sistemi ta’ Informazzjoni u Kontroll tat-Traffiku (TICS) — Preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni li tinstema’. |
4.3.4. Interfaċċja mad-displays u l-kontrolli
4.3.4.1. Prinċipju ta’ interazzjoni mad-displays u l-kontrolli I
Is-sewwieq għandu jkun dejjem kapaċi jżomm talanqas id waħda fuq l-istering waqt li jagħmel interazzjoni mas-sistema.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju għandu x’jaqsam ma’ l-interfaċċji li jirrikjedu lis-sewwieq biex jipprovdi l-inputs tal-kontroll manwali (eż. permezz ta’ buttuni jew pumijiet).
Ikun hemm sitwazzjonijiet fis-sewqan li jirrikjedu li s-sewwieq ikollu kontroll preċiż ta’ l-istering tal-vettura u dan jista’ jinkiseb bl-aktar mod effettiv billi jkollu idejh it-tnejn fuq l-istering. Għal sitwazzjonijiet oħra tas-sewqan, id waħda fuq l-istering hija biżżejjed sakemm l-id l-oħra tkun lesta immedjatament biex taqbad l-istering jekk ikun hemm bżonn. Dan iwassal għall-konsiderazzjoni li t-tagħmir miżmum fl-idejn mhumiex rakkomandat li jintuża’ waqt is-sewqan.
Biex tkun taqbel ma’ dan il-prinċipju, is-sistema għandha tkun iddisinjata b’tali mod li id waħda biss ma għandhiex tkun fuq l-istering biex tagħmel interazzjoni mas-sistema, filwaqt li l-id l-oħra tibqa’ fuq l-istering. Barra minn hekk, jekk id waħda trid titneħħa minn fuq l-istering biex tagħmel l-interfaċċja, l-id l-oħra ma għandhiex tkun meħtieġa fl-istess ħin għall-interfaċċja (eż. biex tħaddem kontrolli bit-tarf tas-swaba’).
Eżempji:
Tajbin: Mekkaniżmu ta’ kontroll li huwa mwaħħal sod f’ħolwder imqiegħed f’pożizzjoni konvenjenti u li jista’ jintuża’ b’id waħda mingħajr ma jitneħħa mill-ħolwder.
Ħżiena: Mekkaniżmu ta’ kontroll mhux imwaħħal li s-sewwieq jeħtieġ li jżomm f’idejh waqt li jagħmel interazzjoni.
Applikabbiltà:
Is-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ iċċekkjar jekk is-sewwieq jistax iħaddem is-sistema b’id waħda.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.4.2. Prinċipju ta’ interazzjoni mad-displays u l-kontrolli II
Is-sistema ma għandhiex tirrikjedi sekwenzi fit-tul u mhux interrotti ta’ interfaċċja manwali-viżwali. Jekk is-sekwenza hi qasira, tista’ ma tkunx interrotta.
Spjegazzjoni:
Il-prinċipju jagħti lok għal sekwenzi mhux interrotti ta’ interfaċċja sakemm ikunu qosra, filwaqt li sekwenza ta’ interfaċċja twila għandha tkun tista’ tiġi interrotta mis-sewwieq. Dan ifisser li s-sistema ma għandhiex tħassar l-ebda input tas-sewwieq waqt l-interruzzjoni sakemm is-sekwenza ta’ l-interfaċċja ma tkunx qasira jew ikun għadda perjodu ta’ pawsa twil biżżejjed.
Jekk is-sewwieq ikun konxju li s-sekwenza ta’ interfaċċji “tista’ tiġi interrotta”, ikun hemm tendenza akbar biex wieħed joqgħod attent għal sitwazzjonijiet tat-traffiku bil-ħsieb li l-interfaċċja tas-sistema jista’ jiġi komplut meta s-sitwazzjoni tat-traffiku tkun ingħatat attenzjoni.
Min-naħa l-oħra, l-interfaċċja tista’ ma tkunx interrotta jekk ikun qasir sabiex jiġi evitat input addizzjonali biex l-istat tas-sistema jirritorna għan-normal. Eżempju stabbilit sew huwa interfaċċja f’żewġ passi jew tlieta biex jinbidlu is-settings tal-volum ta’ radju konvenzjonali.
Eżempji:
Tajba: Sekwenza ta’ interfaċċja biex wieħed ifittex l-informazzjoni tat-traffiku tista’ tiġi interrotta mingħajr ma s-sistema tibdel l-istat tagħha.
Ftit biss mill-“interfaċċji b’sekwenza qasira”, tagħfis ta’ tliet buttuni jew anqas, għandhom perjodu ta’ pawsa ta’ 10 sekondi.
Ħżiena: Tagħfis ta’ buttuni meta wieħed idaħħal in-numru tat-telefown ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn ħames sekondi ‘l bogħod minn xulxin jew in-numri kollha li ddaħħlu qabel jiġu kanċellati.
Applikabbiltà:
Il-prinċipju japplika għal sistemi b’sekwenzi ta’ interfaċċja manwali-viżivi, jiġifieri l-funzjoni tirrikjedi aktar minn input wieħed (permezz ta’ spezzjoni). Ma japplikax għal sistemi bbażati fuq il-ħsejjes.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
|
1. |
Analizza jekk is-sekwenza ta’ l-interfaċċja tistax titqies qasira, billi jitqiesu l-elementi li ġejjin ta’ xi interfaċċja:
|
|
2. |
Spezzjoni dwar jekk l-istat tas-sistema jinbidilx meta ssir interruzzjoni tas-sekwenzi ta’ l-interfaċċja identifikat twil daqshom mill-1 pass. Riżultat: Iva/Le. Referenzi:
|
4.3.4.3. Prinċipju ta’ interazzjoni ma’ displays u kontrolli III
Is-sewwieq għandu jkun jista’ jerġa’ jkompli sekwenza interrotta ta’ interfaċċja mas-sistema fil-punt ta’ interruzzjoni jew f’xi punt loġiku ieħor.
Spjegazzjoni:
Jekk id-data mdaħħla parzjalment tisparixxi meta tiġi interrotta sekwenza ta’ input, is-sewwieq jista’ jkun imħajjar biex jgħaddi mis-sekwenza kollha anki jekk il-qagħda tas-sewqan tirrikjedi attenzjoni sħiħa.
Il-prinċipju jirrikjedi li s-sewwieq jitħalla jkompli sekwenza ta’ interfaċċja interrotta (mingħajr l-ebda bżonn biex jerġa’ jibdiha) jew mill-punt ta’ interruzzjoni jew minn pass ieħor li ntemm qabel.
Meta s-sewwieq jerġa’ jkompli s-sekwenza, jista’ jagħti l-każ li xi avvenimenti wasslu biex il-punt ta’ interruzzjoni ma jibqax aktar rilevanti. F’każijiet bħal dawk, il-punt loġiku provdut mis-sistema se jissimplifika l-kompitu u jnaqqas ix-xogħol.
Eżempji:
Tajbin: Is-sewwieq jista’ jinterrompi numru tat-telefown, iħares għal diversi sekondi lejn il-veduta tat-triq u mbagħad ikompli n-numru li jkun iddaħħal parzjalment.
Ħżiena: Meta s-sewwieq ikun qed jaqra lista ta’ messaġġi tat-traffiku u jieqaf jarahom nofs triq, is-sistema tikkanċella l-lista wara perjodu qasir ta’ pawsa. Konsegwentement is-sewwieq irid “jerġa’ jara” l-lista mill-ġdid sabiex ikun jista’ jkompli jaqra.
Applikabbiltà:
Is-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni b’sekwenzi ta’ interfaċċja.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Spezzjoni dwar jekk l-istat tas-sistema jinbidilx wara li tiġi interotta sekwenza ta’ interfaċċja.
Riżultat = Iva/Le.
Jekk le, iċċekkja/evalwa li l-punt li jirreżumi huwa loġiku. Biex dan ikun verifikat hemm bżonn ta’ evalwazzjoni u ġudizzju.
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.4.4. Prinċipju ta’ interazzjoni ma’ displays u kontrolli IV
Is-sewwieq għandu jkun jista’ jikkontrolla l-pass ta’ l-interfaċċja mas-sistema. B’mod partikolari s-sistema ma għandhiex tirrikjedi lis-sewwieq biex jagħmel risponsis fil-ħin meta jipprovdi l-inputs fis-sistema.
Spjegazzjoni:
L-interfaċċja mas-sistema hawnhekk jirreferi biex isir input permezz ta’ azzjoni ta’ kontroll, jew permezz tal-vuċi, fis-sistema, jew fuq l-inizjattiva tas-sewwieq jew bħala rispons għall- informazzjoni esebita mibdija mis-sistema nnifisha. Il-provvediment ta’ rispons xieraq normalment jirrikjedi lis-sewwieq biex jara u jipproċessa l-informazzjoni qabel ma jiddeċiedi dwar azzjoni korretta Dan jippresupponi li s-sitwazzjoni tiżviluppa b’tali mod li s-sewwieq ikollu ħin biżżejjed u riżorsi mentali disponibbli. Peress li bħalissa mhemm l-ebda sistemi li jistgħu jipprevedu l-livell ta’ xogħol tas-sewwieq b’mod kontinwu u affidabbli, għall-fini ta’ sikurezza u konvenjenza s-sewwieq biss għandu jiddeċiedi meta hu/hi huma lesti biex jirrispondu għas-sistema.
Ir-risponsis fil-ħin li jridu jsiru mis-sewwieq f’perjodu taż-żmien qasir impost. Is-sewwieq kapaċi jikkontrolla l-pass jekk hu/hi jibqgħu jagħtu kas tal-ħin qabel liema jrid jiġi provdut input u l-ħin għall-output jintwera.
Eċċezzjonijiet:
Jekk l-informazzjoni esebita hi marbuta direttament mas-sitwazzjoni tas-sewqan immedjata (eż. il-veloċità preċiża tal-vettura, id-distanza sal-kantuniera li jmiss — li tiddetermina l-ħin li għalih hi importanti d-direzzjoni tar-rotta murija, eċċ.);
Jekk is-sistema tipprovdi għajnuna biex tgħin lis-sewwieq jaħrab mill-perikli jew biex jiġu evitati l-iżbalji u jirrikjedi li s-sewwieq jirreaġġixxi fi żmien speċifiku;
It-tieni klikk fuq tagħmir ta’ input li jirrikjedi klikk doppju bħala sinjal speċifiku huwa aċċettabbli;
L-inputs provduti mill-istess kontroll li jagħti riżultati differenti li jiddependu fuq it-tul ta’ l-attivazzjoni tal-kontroll (eż. buttuna li tinżamm magħfusa għal diversi sekondi għall-ħżin ta’ l-istazzjon tar-radju) mhumiex fl-iskop ta’ dan il-prinċipju.
Eżempji:
Tajbin: Is-sewwieq jista’ jagħżel li jisma’ l-messaġġi turistiċi li jidħlu meta s-sitwazzjoni tippermetti u l-messaġġi ma jiġux preżentati awtomatikament lis-sewwieq meta jaslu.
Ħżiena: Il-konferma jew iċ-ċaħda ta’ proposta ta’ għoti mill-ġdid tar-rotta tas-sistema tan-navigazzjoni minħabba problemi tat-traffiku hija disponibbli biss għal ftit sekondi qabel ma tibda r-rotta mill-ġdid awtomatikament.
Applikabbiltà:
Sistemi li jipprovdu informazzjoni li mhix marbuta direttament mas-sitwazzjoni immedjata tas-sewqan. (Qabbel l-eċċezzjonijiet permezz ta’ spjegazzjoni)
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Spezzjoni, jekk is-sewwieq jistax jagħmel interazzjoni mas-sistema bil-pass tiegħu/tagħha, jiġifieri jekk hu/hi jiddeċiedu biex jipprovdu input u kemm hi esebita fit-tul l-informazzjoni?
Riżultat = Iva/Le
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.4.5. Prinċipju ta’ interazzjoni ma’ displays u kontrolli V
Il-kontrolli tas-sistema għandhom ikunu disinjati b’tali mod li jistgħu jiġu mħaddma mingħajr impatt ħażin fuq il-kontrolli tas-sewqan ewlenin.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju jindirizza r-relazzjoni bejn il-kontrolli tas-sewqan ewlenin u l-kontrolli tas-sistema sabiex tiġi evitata l-interferenza mhux intiża tat-tħaddim. Dan ifisser li l-post, il-kinematika, il-forzi tal-kontroll u l-control travel ta’ kontroll ta’ sistema għandhom jippermettu li tiġi mħaddma b’mod li la ttellef l-input tal-kontroll primarju u lanqas jiffaċilita l-input primarju tal-kontroll mhux intiż.
Eżempji:
Tajba: Il-kontrolli użati bl-aktar mod frekwenti qegħdin pożizzjonati b’mod li jintlaħqu bit-tarf tas-swaba’ mir-rim ta’ l-istering.
Ħżiena: Kontroll li jdur b’axis konċentriku fuq l-istering, li jirrikjedi momentum għall-operazzjoni li tista’ twassal għal bidla fl-angolu ta’ l-istering.
Applikabbiltà:
Is-sistemi kollha intiżi li jintużaw waqt is-sewqan, speċjalment it-tagħmir nomadiku u s-sistemi ta’ wara l-produzzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni jekk it-tħaddim tas-sistema jinterferixxix mat-tħaddim tal-kontrolli ewlenin tas-sewqan li jwasslu għal effett mhux intiż fuq iċ-ċaqliq tal-vettura.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 4040 (2001) Vetturi fit-triq — Fejn jinstabu l-kontrolli ta’ l-idejn, l-indikejters u t-tell-tales. |
4.3.4.6. Prinċipju ta’ interazzjoni ma’ displays u kontrolli VI
Is-sewwieq għandu jkollu kontroll tal-volum ta’ l-informazzjoni li tinstema’ fejn ikun hemm tendenza ta’ distrazzjoni.
Spjegazzjoni:
Biex ikollu kontroll ta’ l-informazzjoni li tinstema’ ifisser li s-sewwieq jista’ jaġġusta l-volum u jitfi s-sawnd għal livell li kważi ma jinħass xejn.
Id-distrazzjoni hija l-qbid ta’ attenzjoni sinifikanti tas-sewwieq minn stimuli li jistgħu jinħolqu minn informazzjoni li mhix rilevanti għas-sewqan, jew minn informazzjoni li hija rilevanti għas-sewqan preżentata b’tali mod li tattira aktar attenzjoni tas-sewwieq milli meħtieġa. Dan il-qbid ta’ attenzjoni tas-sewwieq mhux mixtieq jista’ jiġi kkawżat mill-frekwenza ta’ l-istimulu, it-tul ta’ żmien tiegħu jew l-intensità tiegħu u, b’mod aktar ġenerali, mill-irrelevanza tiegħu għall-kompitu tas-sewqan, u jista’ sussegwentement jikkawża irritazzjoni.
Peress li xi informazzjoni importanti trid tiġi mgħoddija lis-sewwieq waqt li s-sawnd ikun mitfi jew waqt li l-livell tas-sawnd ikunu baxxewh għal livell li ma jinstemax, tista’ tingħata l-informazzjoni li ma tinstemax dwar l-istat tas-sistema.
Eżempji:
Tajba: Is-sewwieq jista’ jikkontrolla s-sinjal akkustiku “tat-telefonata li tidħol” u jagħżel mod fejn is-sinjal viżiv biss jintwera.
Ħżiena: Messaġġ tat-traffiku li ma għadux jintuża’ jiġi mtenni kemm-il darba u ma jistax jintefa.
Applikabbiltà:
Is-sistemi kollha li jipprovdu informazzjoni li tinstema’ li mhix rilevanti għas-sikurezza. Dawk is-sistemi li jipprovdu twissijiet marbuta mal-kompitu tas-sewqan huma esklużi.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Spezzjoni dwar jekk l-output tas-sistema li tinstema’ jistax jintefa u jinxtegħel, jew jekk il-volum tiegħu jistax jiġi aġġustat mis-sewwieq għal livell li kważi jkun mitfi għal kollox.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 15006 (2004): Vetturi fit-triq — Aspetti ergonimiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Speċifikazzjonijiet u proċeduri ta’ konformità għall-preżentazzjoni li tinstema’ fuq il-vetturi. |
4.3.4.7. Prinċipju ta’ interazzjoni ma’ displays u kontrolli VII
Ir-rispons tas-sistema (eż. għoti ta’ informazzjoni lura, konferma) wara li s-sewwieq jagħmel l-input għandu jkun fil-ħin u jidher sew.
Spjegazzjoni:
Ir-rispons tas-sistema japplika fuq żewġ livelli:
|
— |
Il-livell ta’ għoti ta’ informazzjoni lura dwar l-attivazzjoni tal-kontroll, eż. iċ-ċaqliq tal-buttuni, il-ħoss li jinstema’; |
|
— |
Il-livell ta’ djalogu, li huwa r-rispons tas-sistema għall-input tas-sewwieq, eż. ir-rotta rakkomandata. |
Ir-rispons tas-sistema jkun fil-ħin jekk jitqies li hu sostanzjalment istantaneju. Għall-għoti ta’ informazzjoni lura dwar l-attivazzjoni tal-kontroll, it-teħid tal-ħin għandu jkun mill-mument li fih is-sistema tirrikonoxxi kull input tas-sewwieq. Għar-rispons tal-livell tad-djalogu (li jista’ jkun jew l-informazzjoni mitluba jew indikazzjoni li l-ipproċessar għaddej), it-teħid ta’ ħin għandu jkun minn x’ħin is-sewwieq itemm l-input tiegħu.
Meta s-sistema jkollha bżonn ħin ta’ l-ipproċessar sinifikanti, għandu jidher xi sinjal li jgħarraf lis-sewwieq li s-sistema rrikonoxxiet l-input u qed tipprepara r-rispons mitlub.
Ir-rispons tas-sistema jidher ċar jekk ikun ovvju għas-sewwieq li saret bidla fis-sistema u li din il-bidla ġejja mill-input.
Sistema li tirreaġġixxi kif mistenni mis-sewwieq tikkontribwixxi għall-affidabbiltà ta’ l-interfaċċja bejn is-sewwieq u s-sistema. Kull rispons tas-sistema li jkun ittardjat, ambigwu jew inċert jista’ jiġi interpretat ħażin jew jitqies bħala żball mis-sistema jew mis-sewwieq, u jista’ jwassal lis-sewwieq biex jagħmel input ieħor.
L-inċertezza dwar jekk l-input tlestix inaqqas anki l-attenzjoni tas-sewwieq fuq it-triq.
Eżempji:
Tajbin: Messaġġ “OKKUPAT” jidher immedjatament wara t-talba tas-sewwieq biex jibdel iż-żona li tidher fuq mappa.
Ħżiena: L-aħħar messaġġ RDS muri fuq talba tas-sewwieq huwa differenti minn dak ta’ qabel b’oġġett wieħed biss: in-numru ta’ km. Dan l-oġġett mhux imtejjeb, iżda joħloq dubju dwar jekk l-input ġiex rikonoxxut mis-sistema jew le.
Applikabbiltà:
Is-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni b’input manwali.
Sistemi kkontrollati bil-vuċi bħalissa mhumiex meqjusa li jaqgħu fl-iskop ta’ dan il-prinċipju minħabba li n-natura u l-istruttura tad-diskors hija tali li dawk il-pawsi f’nofs is-sentenza jistgħu jkunu sinifikanti. Mhemmx esperjenza biżżejjed biex tiddefinixxi sew “fil-ħin” għas-sistemi kkontrollati bil-vuċi f’dan il-ħin.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz tal-ħin ta’ rispons tas-sistema: Is-sistema għandha tirrispondi malajr għall-input tal-kontroll manwali jew turi messaġġ “sistema okkupata”.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.4.8. Prinċipju ta’ interfaċċja ma’ displays u kontrolli VIII
Sistemi li jipprovdu informazzjoni viżiva dinamika li mhix marbuta mas-sikurezza għandhom ikunu kapaċi jinqalbu għal mod fejn dik l-informazzjoni ma tingħatax lis-sewwieq.
Spjegazzjoni:
L-informazzjoni dinamika viżiva hija informazzjoni viżiva li tinbidel riżultat ta’ inizjazzjoni ta’ sistema. L-informazzjoni li mhix relatata mas-sikurezza hija informazzjoni li mhix rilevanti għas-sewwieq sabiex jiġi evitat jew imnaqqas ir-riskju ta’ qagħda perikoluża immedjata jew imminenti.
Eżempji ta’ informazzjoni li mhix marbuta mas-sikurezza jinkludu l-mappa tan-navigazzjoni, data dwar il-ġarr u l-flotta, servizzi bankarji.
Peress li d-distrazzjoni mhux aċċettabbli mill-kompitu tas-sewqan tista’ tiġi kkawżata minn preżentazzjoni dinamika ta’ l-informazzjoni marbuta mhux mas-sikurezza, is-sewwieq għandu jkollu l-possibbiltà li jitfi l-informazzjoni.
Eżempji:
Tajba: Is-sewwieq jista’ jagħżel minn menu dwar jekk l-informazzjoni viżiva dinamika mhux marbuta mas-sikurezza tidhirx jew le.
Ħżiena: Mappa tan-navigazzjoni, li hi aġġornata kull sekonda, ma tistax tintefa mingħajr ma titlef l-appoġġ komplut tal-gwida.
Applikabbiltà:
Sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li jipprovdu informazzjoni viżiva dinamika li mhix marbuta mas-sikurezza.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Spezzjoni dwar jekk is-sistema tistax tinqaleb għal mod fejn l-informazzjoni viżiva mhix marbuta mas-sikurezza ma tingħatax lis-sewwieq.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
L-ebda referenzi addizzjonali.
4.3.5. Prinċipji ta’ imġiba tas-sistema
4.3.5.1. Prinċipju ta’ imġiba tas-sistema I
Waqt li l-vettura tkun miexja, l-informazzjoni viżiva li mhix marbuta mas-sewqan li għandha tendenza tfixkel lis-sewwieq b’mod sinifikanti għandha ma taħdimx awtomatikament, jew tiġi preżentata b’mod li s-sewwieq ma jistax jaraha.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju jenfasizza l-importanza tal-modalità viżiva għal sewqan sigur u jfittex li jillimita l-informazzjoni viżiva minn ġol-vettura li tista’ toħloq distrazzjoni mill-kompitu primarju tas-sewqan. It-tendenza ta’ distrazzjoni sinifikanti tirreferi għall-modi ta’ preżentazzjoni fejn l-informazzjoni għandha komponent dinamiku u mhux preditibbli b’tali mod li l-informazzjoni sħiħa preżentata ma tistax tinkiseb mis-sewwieq bi ftit titwiliet (eż. TV, vidjow u immaġni u kliem li jduru waħedhom).
Eżempju minnhom huma l-immaġni u l-kliem li jduru waħedhom li jkopru varjetà ta’ forom ta’ preżentazzjoni dinamika fejn is-sewwieq ma jkunx kapaċi jagħmel il-preżentazzjoni f’passi u fejn l-informazzjoni sħiħa ma tkunx disponibbli f' daqqa. Modi oħra speċifiċi ta’ preżentazzjoni, eż. “Paġni ta’ l-internet”, għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest ta’ dawn l-eżempji. Listi li jduru waħedhom taħt il-kontroll tas-sewwieq, bħal destinazzjonijiet tas-sistema ta’ navigazzjoni, mhumiex fl-iskop ta’ dan il-prinċipju għaliex is-sewwieq jista’ dejjem jinterrompi u jerġa’ jkompli l-interfaċċja.
Anki wara li vettura tieqaf, hu rakkomandat li jiġi inkluż dewmien fil-ħin ta’ xi ftit sekondi qabel ma waħda mill-modi ta’ preżentazzjoni viżivi koperta b’dan il-prinċipju tiġi attivata. Dan jitratta, talanqas parzjalment, is-sitwazzjoni fejn l-attenzjoni tas-sewwieq tinqasam f’kundizzjonijiet tat-traffiku “ieqaf u suq”.
Eżempji:
Tajba: Stampa fuq it-TV li tidher vojta meta l-vettura tkun miexja u ma terġax tidher immedjatament meta l-vettura tieqaf.
Ħżiena: Sistema ta’ divertiment tal-passiġġieri li jista’ jaraha s-sewwieq waqt li l-vettura tkun miexja.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju jirreferi għall-informazzjoni viżiva li mhix relatata mas-sewqan. Għalhekk ma japplikax għall-informazzjoni mhux viżiva, bħall-informazzjoni tat-ton jew verbali, jew l-informazzjoni viżiva marbuta mas-sewqan.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni jekk l-informazzjoni li mhix intiża li jaraha s-sewwieq waqt li l-vettura tkun miexja ma tintweriex jew is-sewwieq ma jkunx jista’ jaraha.
Riżultat = Iva/Le
Referenzi:
|
— |
ISO 15005 (2002) “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Prinċipji ta’ immaniġjar tad-djalogu u proċeduri ta’ konformità” (2002); |
|
— |
ISO 4513 (2003) Vetturi fit-triq — Viżibbiltà, metodu biex jiġu stabbiliti l-eyellipses biex tqiegħed tal-vista tas-sewwieq. |
4.3.5.2. Prinċipju ta’ imġiba tas-sistema II
L-imġiba tas-sistema ma għandhiex tinterferixxi ħażin mad-displays jew il-kontrolli meħtieġa għall-kompitu primarju tas-sewqan u għas-sikurezza fit-triq.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju hu intiż biex jassigura li ma tkunx affettwata l-kapaċità tas-sewwieq biex ikollu kontroll sħiħ tal-vettura (b’tali mod li tiġi kompromessa s-sikurezza) mill-imġiba tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni waqt it-tħaddim normali jew ħażin. Dan ifisser li s-sistema ma għandhiex taqbeż informazzjoni jew kontrolli meħtieġa biex il-vettura taħdem b’mod sigur. F’dan il-kuntest, l-interferenza hija kwalunkwe influwenza jew interfaċċja li timmodifika l-ħidma, il-karatteristiċi jew l-imġiba ta’ displays jew kontrolli eżistenti.
Interferenza negattiva mad-displays jew kontrolli twassal għal tfixkil globali tal-ħidma tad-display jew kontroll (minn dak intiż). Eżempji jinkludu bidliet għal displays jew kontrolli obbligatorji. Barra minn hekk, l-imġiba ta’ xi sistema ma għandhiex tostakola jew twassal biex sistemi oħra li huma speċifikament intiżi bħala sistemi siguri ma jaħdmux.
Eżempji:
Tajba: Fuq display li għandu diversi għanijiet, id-direzzjonijiet tan-navigazzjoni huma mogħtija b’tali mod li l-ispeedometer jibqa’ dejjem jinqara faċilment.
Ħżiena: Fuq display li għandu diversi għanijiet, l-informazzjoni obbligatorja hi mgħobbija b’informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ l-istazzjoni tar-radju.
Applikabbiltà:
Tirreferi għal sistemi li b’mod raġonevoli jkun mistennija jinduċu interferenza fid-display u l-kontroll.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni jekk l-imġiba tas-sistema tinterferixxix ma’ l-użu ta’ displays u l-kontrolli meħtieġa għall-kompitu primarju tas-sewqan.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 4040 (2001): “Vetturi fit-triq — karozzi tal-passiġġieri — pożizzjonar tal-kontrolli ta’ l-idejn, l-indikejters u t-tell-tales ”. |
4.3.5.3. Prinċipju ta’ l-imġiba tas-sistema III
Funzjonijiet tas-sistema mhux intiżi li jintużaw mis-sewwieq waqt is-sewqan għandhom ikunu impossibbli li ssir interazzjoni magħhom waqt li l-vettura tkun miexja, jew, bħala għażla inqas preferuta, għandhom jingħataw twissijiet ċari kontra l-użu mhux intiż.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju jfittex li jassigura ċ-ċarezza, speċjalment għas-sewwieq, fir-rigward ta’ l-intenzjoni tal-fabbrikant dwar l-użu tas-sistema. Jekk ikun hemm konformità ma’ dan il-prinċipju, l-użu sussegwenti tas-sistema barra l-iskop ta’ l-użu intiż jista’ jitqies bħala użu ħażin.
“Impossibbli” f’dan il-kuntest tfisser li l-funzjoni maħsuba tas-sistema ma titħaddimx mis-sewwieq waqt l-użu normali jew waqt l-użu ħażin li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli. F’dan il-kuntest, ma jkunx raġonevoli għal fabbrikant biex jantiċipa li sewwieq jista’ jieħu miżuri tekniċi soffistikati biex jegħleb l-intenzjonijiet tal-fabbrikant. Ir-raġunijiet tal-fabbrikant jistgħu jkunu bbażati fuq regolamenti jew fuq il-ġudizzju tagħhom.
Twissija ċara tagħti informazzjoni jew pariri dettaljati biżżejjed dwar il-konsegwenzi negattivi ta’ xi sitwazzjoni jew azzjoni. It-twissija hija disponibbli b’tali mod jew forma li s-sewwieq jista’ jaraha malajr. Tista’ tkun informazzjoni miktuba jew display awtomatiku mis-sistema. Sewwieqa raġonevoli ma għandu jkollhom l-ebda dubju li jikkonċerna l-użu tas-sistema intiża mill-fabbrikant wara li jqis it-twissija ċara.
Jeżistu numru ta’ modi li bih jistgħu jiġu mgħoddija t-twissijiet. Għażla minnhom hija twissija li tidher kontinwament. Jekk it-twissija ma tidhirx kontinwament, mela għandha tibqa’ disponibbli għal tul ta’ żmien biżżejjed biex ikun assigurat li s-sewwieq ikollu l-opportunità li jkun konxju minnha. Waħda mis-soluzzjonijiet adattati hija li s-sewwieq jirrikonoxxi t-twissija billi jagħfas buttuna.
Eżempji:
Tajba: Meta l-vettura tibda miexja, l-interface tas-sewwieq ma’ sit ta’ l-internet jiġi kanċellat u jidher messaġġ “mhux disponibbli waqt is-sewqan”. Meta l-vettura tieqaf għal kollox, is-sewwieq jista’ jerġa’ jkompli l-interfaċċja.
Ħżiena: Il-faċilità tat-televiżjoni hija maħsuba bħala funzjoni mhux disponibbli waqt li l-vettura tkun miexja li tintgħaraf minn senser fil-pożizzjoni tal-ħendbrejk. Is-senser ta’ fuq il-ħendbrejk jista’ jiġi deattivat minn ħendbrejk imtella’ parzjalment. (Dan huwa eżempju ta’ użu ħażin li huwa predittibbli b’mod raġonevoli u għandu, għalhekk, ikun tneħħa milli jiġi disinjat, jew jiġu provduti twissijiet ċari).
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju japplika biss għall-funzjonijiet tas-sistemi maħsuba mill-fabbrikant biex ma jintużawx mis-sewwieq waqt is-sewqan.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni dwar jekk il-funzjonalità tas-sistema mhix intiża biex tintuża waqt is-sewqan hiex inaċċessibbli mis-sewwieq waqt li l-vettura tkun miexja (din hi l-għażla preferuta) jew tingħata twissija ċara lis-sewwieq.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 15005 (2002): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Prinċipji ta’ immaniġjar tad-djalogu u proċeduri ta’ konformità”; |
|
— |
ISO 17287 (2003): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Proċedura biex tiġi evalwata jekk humiex adattati biex jintużaw waqt is-sewqan”. |
4.3.5.4. Prinċipju ta’ l-imġiba tas-sistema IV
L-informazzjoni għandha tiġi preżentata lis-sewwieq dwar l-istatus preżenti u kull ħsara fis-sistema li jista’ jkollha impatt fuq is-sikurezza.
Spjegazzjoni:
Jista’ jkun hemm implikazzjonijiet għas-sikurezza fejn hemm diverġenza bejn il-funzjoni proprja ta’ xi sistema u l-aspettattivi raġonevoli tas-sewwieq ibbażati fuq informazzjoni ta’ qabel u/jew esperjenza. Għalhekk is-sewwieq jeħtieġ li jara bidla fl-istatus jew ħsara li timmodifika l-ħidma ta’ sistema.
L-informazzjoni li trid tiġi preżentata għandha tkun iddisinjata b’mod li s-sewwieq ikun jista’ jaraha malajr (jiġifieri tiftiehem malajr u tagħmel sens) fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ l-istatus preżenti jew il-ħsara tas-sistema, speċjalment fuq il-kontroll u l-manuvrar tal-vettura fir-rigward ta’ traffiku ieħor u l-infrastruttura tat-triq.
Eżempji:
Tajbin: Sistema li tagħti parir fuq il-vetturi tgħarraf lis-sewwieq li s-sistema mhix kapaċi tipprovdi informazzjoni dinamika aktar milli tibqa’ turi l-veloċità prevalenti inter-urbana mad-dħul f’żona urbana.
Ħżiena: Sistema ta’ gwida tar-rotta turi l-informazzjoni “Mod Illegali tad-Dħul 31” qabel kull struzzjoni tad-dawrien. L-implikazzjonijiet ta’ dan il-messaġġ ma jarahomx mill-ewwel is-sewwieq.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju japplika biss għall-informazzjoni dwar l-istatus u l-ħsarat ta’ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li għandhom tendenza li jħallu impatt fuq is-sikurezza.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni jekk l-informazzjoni dwar l-istatus u l-ħsara tas-sistema li għandha tendenza li tħalli impatt fuq is-sikurezza tiġi preżentata lis-sewwieq b’mod adattat.
Riżultat = Iva/Le.
Referenzi:
|
— |
ISO 15008 (2003): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi dwar is-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Speċifikazzjonijiet u proċeduri ta’ konformità għall-preżentazzjoni viżiva fuq il-vettura”. |
|
— |
ISO 15005 (2002): “Vetturi fit-triq — Aspetti ergonomiċi tas-sistemi ta’ informazzjoni u kontroll dwar it-trasport — Prinċipji ta’ immaniġjar tad-djalogu u proċeduri ta’ konformità”. |
4.3.6. Informazzjoni dwar is-sistema
4.3.6.1. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema I
Is-sistema għandu jkollha struzzjonijiet adegwati għas-sewwieq li jkopru l-użu u l-aspetti rilevanti ta’ l-installazzjoni u l-manutenzjoni.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju għandu l-għan li jassigura li l-istruzzjonijiet ikunu disponibbli lil għadd ta’ sewwieqa kemm jista’ jkun sabiex ikunu jistgħu jsiru konxji tal-kapaċitajiet u tal-limitazzjonijiet tas-sistema, il-kuntest ta’ l-użu tagħha, l-installazzjoni u l-manutenzjoni adattata. Is-sewwieqa rari għandhom ifittxu informazzjoni lil hemm minn dak li hu provdut fl-istruzzjonijiet.
Istruzzjonijiet adegwati huma biżżejjed għall-fini tas-sewwieq taħt ċirkostanzi li l-fabbrikant ikun jista’ jantiċipa b’mod raġonevoli. Dan se jiddependi mill-użu intiż tas-sistema (funzjonalità, kuntest, eċċ.). Indikazzjoni waħda ta’ adegwatezza huwa d-daqs u l-kwalità ta’ kull test jew dijagrammi. Per eżempju, l-istampar mhux mistenni li jkun imżelleġ jew ikun bi stil ta’ kitba li hu żgħir jew diffiċli biex jinqara. Għal struzzjonijiet miktuba, “adegwat” hi marbuta mal-mezz fiżiku ta’ preżentazzjoni. Per eżempju, il-materjal stampat għandu jkun fuq karta (jew materjal ieħor) li jservi sew u l-istampar fuq dak il-materjal għandu jkun permanenti. L-istruzzjonijiet li jinsabu biss fuq il-materjal ippakkjat mhumiex meqjusa suffiċjenti peress li l-ippakkjar għandu tendenza li jintrema aktar milli jiġi mgħoddi lil sidien sussegwenti. Jekk l-istruzzjonijiet huma disponibbli biss f’forma ta’ “funzjonijiet għall-għajnuna”, dawn għandhom jiġu disinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jsiru mingħajr ma jinqara qabel il-materjal miktub.
Eżempji:
Tajbin: Manwal tal-kulur ipprintjat bi kwalità tajba fuq paġni A5 b’test u stampi li joqogħdu fil-glove box.
Ħżiena: L-ebda struzzjonijiet; struzzjonijiet mhux dettaljati fuq il-materjal ta’ l-ippakkjar; struzzjonijiet fuq karta ta’ kwalità ħażina; struzzjonijiet żgħar wisq li jistgħu jintilfu malajr.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju japplika għall-istruzzjonijiet tas-sistema fil-forom kollha.
Dan il-prinċipju jirreferi għall-istruzzjonijiet dwar is-sistema intiżi għas-sewwieq, mhux manwal sħiħ tal-workshop kif jista’ jkun rikjest minn garaxxijiet jew istituzzjonijiet li jagħmlu manutenzjoni.
Il-prinċipju japplika għall-aspetti kollha tas-sistemi li, kif jista’ jkun antiċipat b’mod raġonevoli mill-fabbrikant, is-sewwieqa se jkunu jeħtieġu f’xi ħin fil-perjodu li mistennija sservi s-sistema. Il-prinċipju jeskludi aspetti tas-sistemi maħsuba speċifikament mill-fabbrikant li mhumiex intiżi li jintużaw waqt is-sewqan.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni tirrikjedi l-evalwazzjoni u l-ġudizzju speċifikament billi titqies il-funzjonalità tas-sistema u l-gruppi ta’ utenti intiżi.
4.3.6.2. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema II
L-istruzzjonijiet tas-sistema għandhom ikunu korretti u sempliċi.
Spjegazzjoni:
Id-disinn ta’ struzzjonijiet għall-utenti hija kwistjoni ta’ HMI fiha nnifsha. L-istruzzjonijiet huma tipikament injorati mis-sewwieqa u dan jerġa’ huwa aggravat mid-disinn batut ta’ l-istruzzjonijiet. Dan il-prinċipju hu intiż li jħajjar li l-istruzzjonijiet jiġu aċċettati mis-sewwieqa.
L-istruzzjonijiet għandu jkollhom il-fatti preċiżi fl-aspetti importanti kollha. Kull element ta’ l-istruzzjonijiet (grupp ta’ kliem, dijagramma, li jiddeskrivu l-funzjoni, eċċ) għandu jkun korrett għas-sistema proprja li magħha hu marbut.
Sempliċi jridu jiġu interpretati fil-kuntest tas-sistema li qed tiġi deskritta u se jvarjaw skond il-kumplessità u l-funzjonalità tas-sistema. L-istruzzjonijiet ma għandhomx ikunu ambigwi u jridu faċli biex jinftehmu, jekk jista’ jkun mill-membri kollha tal-popolazzjoni intiża ta’ utenti (eż. dokumenti b “Lingwaġġ Sempliċi”). L-istruzzjonijiet ma għandhomx ikunu mgħobbija kliem tekniku u għandhom jużaw lingwaġġ li jiftiehem malajr mill-utenti. Huwa importanti li l-istruzzjonijiet ikunu sempliċi anki jekk is-sistema tkun kumplessa.
Eżempji:
Tajbin: Eżempji tajbin jistgħu jkunu mistennija li jkollhom xi ftit mill-karatteristiċi li ġejjin: manwal preżentat sew bi kliem u stampi preċiżi bil-fatti, werrej, numri tal-paġni, użu tajjeb tal-kulur, miktub bi stil ta’ lingwa sempliċi permezz bl-użu kliem komuni. Indiċi Tajba. Użu ta’ tipi differenti, miktub korsiv, b’tipi grassi, b’sinjal taħtu, eċċ. biex jiddistingwi partijiet mit-test.
Ħżiena: Struzzjonijiet li jirreferu għal mudell ta’ qabel b’funzjonijiet u kontrolli differenti.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju japplika għall-istruzzjonijiet tas-sistema fil-forom kollha.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
L-evalwazzjoni tal-korrettezza hija kwistjoni ta’ paragun bejn is-sistema proprja u l-istruzzjonijiet tas-sistema. L-evalwazzjoni tas-sempliċità hija kwistjoni ta’ ġudizzju li jqis l-għerf u l-aspetattivi tas-sewwieq.
L-istruzzjoni dwar is-sistema tista’ tikkonforma ma’ dan il-prinċipju anki jekk ikun hemm xi żbalji żgħar, sakemm ma jintweriex li dawn mhumiex importanti u mhemmx ħafna minnhom.
Il-verifikazzjoni tirrikjedi l-evalwazzjoni u l-ġudizzju.
4.3.6.3. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema III
L-istruzzjonijiet dwar is-sistema għandhom ikunu b’lingwi jew b’forom iddisinjati biex jinftehmu mill-grupp intiż ta’ sewwieqa.
Spjegazzjoni:
L-għan ta’ dan il-prinċipju huwa li jassigura li l-istruzzjonijiet jintużaw minn għadd ta’ sewwieqa kemm jista’ jkun u li s-sewwieqa jkunu konxji tal-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, il-kuntest ta’ l-użu tagħha, eċċ.
Jistgħu jeżistu forom differenti ta’ struzzjonijiet li jistgħu jiġu preżentati b’modalitajiet differenti: Struzzjonijiet li jinstemgħu jistgħu jintqalu jew jiġu preżentati permezz ta’ ħsejjes jew earcons. L-informazzjoni preżentata b’mod viżiv tinkludi d-dijagrammi, ir-ritratti, l-enfasizzi fuq l-element li jmiss, il-lezzjonijiet programmati, eċċ.
L-istruzzjonijiet mitkellma u miktuba (jew stampati jew f’sistema) se jkunu b’lingwa waħda jew b’diversi lingwi (eż. bl-Ingliż, il-Finlandiż, eċċ.)
Dan il-prinċipju jirrikjedi li meta jiġu mfassla l-istruzzjonijiet, għandha titqies il-popolazzjoni intiża u li l-aktar ikun hemm ta’ sewwieqa, u dawn l-istruzzjonijiet ikunu mistennija jinftehmu u jintużaw minn għadd ta’ sewwieqa kemm jista’ jkun.
Il-fabbrikanti għandhom iqisu l-popolazzjoni tas-sewwieqa u l-użu intiż u li x’aktarx isir mis-sistema kif ukoll il-lingwi nattivi u lingwi oħra mitkellma u moqrija. L-istatistika ppubblikata dwar il-profiċjenza tal-lingwi mill-pajjiż tista’ tintuża’ bħala referenza. Talanqas, il-lingwa tal-maġġoranza tal-pajjiż li fiha s-sistema tinbiegħ għandha titqies neċessarja. Id-dijagrammi ta’ spiss jipprovdu ċarezza addizzjonali. Meta jintużaw, dawn għandhom isegwu sterjotipi u konvenzjonijiet għall-popolazzjoni intiża.
Eżempji:
Tajbin: Għal sistema mibjugħa fl-Iżvezja, l-istruzzjonijiet huma formulati bl-Iżvediz li jinftiehem malajr u jinkludu għajnuna bl-istampi fil-partijiet rilevanti.
Ħżiena: L-istruzzjonijiet miktuba (mingħajr dijagrammi jew ritratti) maqluba awtomatikament mill-Ġappuniż (mhux editjata) għal sistema li tinbiegħ fis-suq Ewropew.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju japplika għall-istruzzjonijiet fil-forom kollha.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni tirrikjedi l-evalwazzjoni u l-ġudizzju billi tqis il-funzjonalità tas-sistema u u l-gruppi ta’ utenti intiżi.
4.3.6.4. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema IV
L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw b’mod ċar liema funzjonijiet tas-sistema huma intiżi biex jintużaw mis-sewwieq waqt li jkun qed isuq u liema ma għandhomx jintużaw.
Spjegazzjoni:
L-istruzzjonijiet li jaqblu ma’ dan il-prinċipju jippermettu li s-sewwieq ikollu l-opportunità li jkun konxju sew ta’ l-użu tas-sistema intiża mill-fabbrikant u jagħti biċ-ċar ir-responsabbiltajiet f’każijiet fejn is-sewwieq juża’ s-sistema lil hemm mill-intenzjonijiet tal-fabbrikant. Il-funzjonijiet li speċifikament mhumiex intiżi mill-fabbrikant biex jintużaw mis-sewwieq waqt is-sewqan għandhom ikunu maħsuba espliċitament bħala tali sew jekk ikunu ma jaħdmux jew le waqt li l-vettura tkun jew ma tkunx miexja.
Wara li jkunu konxji ta’ l-istruzzjonijiet, is-sewwieqa raġonevoli ma għandu jkollhom l-ebda dubju dwar liema funzjonijiet tas-sistema ġew disinjati biex jintużaw mis-sewwieq waqt is-sewqan (jiġifieri l-użu intiż tas-sistema). Huma wkoll ma għandu jkollhom l-ebda dubju dwar dawk il-funzjonijiet li ma ġewx iddisinjati biex jintużaw waqt is-sewqan.
Rakkomandazzjoni speċifika hi jekk is-sewwieqa jridu jgħammru lilhom infushom qabel ma jużaw sistema ta’ komunikazzjoni hands-free, għandhom ikunu istruwiti biex jagħmlu hekk waqt li l-vettura tkun wieqfa.
Eżempji:
Tajbin: Struzzjonijiet għal telefon ċellulari li jgħidu li l-handset mhux intiż biex jintuża’ waqt li l-vettura tkun miexja (u l-handset jiġi ma jiffunzjonax u jaqleb fuq mikrofon/speaker hands-free waqt li l-vettura tkun miexja).
Ħżiena: Sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sewwieq li jkun fiha ħafna karatteristiċi li għandha funzjonalità addizzjonali biex tintuża’ minn xi passiġġier, jew sewwieq waqt li tkun wieqfa, iżda li l-istruzzjonijiet tagħha ma jagħmlu l-ebda distinzjoni ċara li tikkonċerna l-karatteristiċi intiżi li jintużaw mis-sewwieq waqt li jkun qed isuq.
Applikabiltà:
Dan il-prinċipju japplika għall-istruzzjonijiet fil-forom kollha.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni.
Riżultat = Iva/Le.
4.3.6.5. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema V
L-informazzjoni dwar il-prodott għandha tkun disinjata biex turi b’mod preċiż il-funzjonalità tas-sistema.
Spjegazzjoni:
L-għan ta’ dan il-prinċipju huwa li jħajjar li l-informazzjoni kollha dwar il-prodotti tkun iddisinjata tajjeb u biex tgħin lill-utenti potenzjali jew preżenti tas-sistema biex japprezzaw il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tas-sistema.
L-informazzjoni kollha dwar il-prodott għandu jkollha l-fatti korretti u tkun preżentata b’mod trasparenti u mingħajr ambigwità. L-informazzjoni ma tridx tkun komprensiva biex tkun preċiża.
Il-funzjonalità għandha x’taqsam ma’ x’tagħmel is-sistema u, b’mod implikat, il-benefiċċji li l-funzjonalità tipprovdi lis-sewwieq. Il-funzjonalità għandha tiddistingwi bejn dak li hu disinjat biex jintuża’ mis-sewwieq waqt is-sewqan u dak li mhux, jiġifieri l-informazzjoni ma għandhiex titlob jew timplika li xi funzjoni li ma ġietx iddisinjata biex tintuża’ waqt is-sewqan għandha tintuża’ bħala tali. L-informazzjoni dwar il-prodotti għandha tagħmilha ċara jekk hemmx bżonn softwer jew ħardwer addizzjonali (aktar minn dak li hu fornut mal-mudell bażiku) għall-funzjonalità speċifika.
Dan il-prinċipju jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, ir-regolamenti ta’ l-UE u kodiċi eżistenti li jirreklamaw, u l-informazzjoni kollha dwar il-prodotti għandha tikkonforma mar-rapport dwar ir-reklamar.
Eżempji:
Tajbin: Sistema ta’ komunikazzjoni li mhix iddisinjata biex taħżen numri tat-telefon waqt is-sewqan tipprovdi l-informazzjoni li “numri maħżuna minn qabel jistgħu jintgħażlu permezz ta’ buttuna waħda”.
Ħżiena: L-istess sistema ta’ komunikazzjoni tipprovdi l-informazzjoni “Numri tat-telefon jistgħu jinħażnu biex jintużaw aktar tard” qrib stampa ta’ sewwieq u vettura li tkun miexja. Din ir-rabta tfisser li l-ħżin tan-numri hu ddisinjat biex jintuża’ waqt is-sewqan.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju jirreferi għall-informazzjoni dwar il-prodotti intiża għas-sewwieq, mhux manwal sħiħ dwar il-workshop kif jista’ jkun meħtieġ mill-garaxxijiet jew mill-istituzzjonijiet ta’ manutenzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni tirrikjedi l-evalwazzjoni u l-ġudizzju billi tqis il-funzjonalità tas-sistema u l-gruppi ta’ utenti intiżi.
Referenzi:
|
— |
Ir-reklamar fil-kuntest tas-sikurezza fit-triq. Rapport finali VII/671/1995, Grupp ta’ Ħidma Għoli ta’ Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri. |
4.3.6.6. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema VI
L-informazzjoni dwar il-prodotti għandha tiċċara jekk humiex meħtieġa ħiliet speċjali biex wieħed juża’ s-sistema kif intiża mill-fabbrikant jew jekk il-prodott hux sostenibbli għal utenti partikolari.
Spjegazzjoni:
Dan il-prinċipju jfittex li jassigura li l-intenzjoni tal-fabbrikant fir-rigward tal-grupp immirat ikunu jafuha sew l-utenti potenzjali u proprja tas-sistema. Normalment wieħed jassumi li sistema tista’ tintuża’ mis-sewwieqa kollha. Minkejja dan, fil-bidu jista’ jkun hemm bżonn xi taħriġ; per eżempju, għal sistemi disinjati biex jintużaw b’mod professjonali minn speċjalisti. Għalkemm is-sewwieqa kollha huma meħtieġa li jkollhom livell minimu ta’ vista (fil-bogħod), kapaċitajiet oħra jistgħu jvarjaw konsiderevolment u dan jinkludi l-kapaċitajiet tas-sewwieqa bi bżonnijiet speċjali.
Dan il-prinċipju hu ddisinjat ukoll biex iħajjar il-konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, ir-regolamenti ta’ l-UE u kodiċi eżistenti li jikkonċernaw ir-reklamar.
L-informazzjoni dwar il-prodott tirreferi għal kull informazzjoni li tikkonċerna s-sistema li s-sewwieq għandu aċċess għaliha. Dan jinkludi struzzjonijiet dwar is-sistema, speċifikazzjonijiet tekniċi, materjal promozzjonali, l-ippakkjar, eċċ. Minkejja dan, il-manwals kollha dwar il-workshop u dawk tekniċi huma esklużi mill-iskop ta’ dan il-prinċipju.
Il-bżonn ta’ ħiliet speċjali u l-fatt li mhumiex adattati għal gruppi partikolari ta’ utenti huma kwistjonijiet li jridu jiġu definiti mill-fabbrikanti. Jekk xi rekwiżit speċjali dwar il-ħiliet jew taħriġ inizjali huwa maħsub minn xi fabbrikant, mela din għandha tkun ċara fl-informazzjoni kollha dwar il-prodott. Bl-istess mod, kull restrizzjoni dwar l-użu intiż mill-fabbrikant għandha tiġi deskritta fl-informazzjoni dwar il-prodott.
Eżempji:
Tajbin: L-informazzjoni dwar il-prodott tagħmilha ċara li l-istruzzjonijiet dwar it-teħid ta’ rotot huma provduti b’mod esklussiv permezz tal-modalità li tinstema’ u s-sistema għalhekk mhix adattata għas-sewwieqa li ma jisimgħux.
Ħżiena: Sistema ta’ input tal-vuċi taħdem tajjeb biss b’ilħna ta’ rġiel sodi, iżda din il-limitazzjoni mhix iċċarata fl-informazzjoni dwar il-prodotti.
Applikabbiltà:
Dan il-prinċipju jirreferi għall-informazzjoni dwar il-prodott intiża għas-sewwieq, mhux manwal sħiħ dwar il-workshop kif jista’ jkun meħtieġ mill-garaxxijiet jew minn istituzzjonijiet tal-manutenzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni.
Riżultat = Iva/Le.
4.3.6.7. Informazzjoni dwar il-prinċipju tas-sistema VII
Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ l-użu tas-sistema (eż. deskrizzjonijiet, ritratti u tpinġijiet) ma għandhomx joħoloqu aspettattivi mhux realistiċi min-naħa ta’ l-utenti potenzjali jew iħajru użu mhux sigur.
Spjegazzjoni:
L-għan ta’ dan il-prinċipju huwa li jgħin lis-sewwieq biex japprezza l-funzjonalità, il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tas-sistema qabel (u waqt) l-użu. Huwa intiż ukoll li jippromwovi s-sikurezza fit-triq u l-konformità ma’ regolamenti tat-traffiku eżistenti u kodiċi tat-triq u użu tal-vetturi kif ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur, ir-regolamenti ta’ l-UE u l-kodiċi eżistenti li jikkonċernaw ir-reklamar.
Aspettativi mhux realistiċi huma aspettativi li għandhom utenti potenzjali raġonevoli (ibbażati fuq l-għerf u l-esperjenza tagħhom u kull informazzjoni disponibbli dwar il-prodotti) li huma foloz, parzjali, għoljin ħafna jew ġenerali żżejjed.
L-użu mhux sigur ikopri tipi diversi ta’ imġiba, inkluż kull imġiba li ma taqbilx mal-kodiċi tat-triq ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE fejn tintuża’ s-sistema.
Eżempji:
Tajbin: Ir-ritratti tas-sistema li qed jintużaw kif intiżi mill-fabbrikant u skond il-kodiċi u r-regolament kollha rilevanti.
Ħżiena: Ritratt li juri telefon miżmum fl-idejn li jintuża’ waqt is-sewqan.
Applikabbiltà:
Dan japplika għar-rappreżentazzjonijiet ta’ l-użu tas-sistema kollha inkluż dawk provduti mill-fabbrikant f’manwals ta’ l-istruzzjoni (dijagrammi, eċċ.), ritratti, films, animazzjonijiet bil-kompjuter, klips bis-sawnd u kull forma ta’ informazzjoni dwar il-prodotti jew reklamar li l-utenti jew l-utenti potenzjali tas-sistema jistgħu jkunu esposti għalihom.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Il-verifikazzjoni tirrikjedi evalwazzjoni u ġudizzju li jqis il-funzjonalità tas-sistema u l-gruppi ta’ utenti intiżi.
5. Rakkomandazzjonijiet dwar Użu Sigur (RSU)
5.1. Il-partijiet kollha konċernati involuti fl-użu tas-sistema
L-appoġġ tas-sewwieq fit-tħaddim sigur tas-sistemi fuq il-vetturi waqt is-sewqan jista’ jiġi provdut billi:
wieħed jagħmel id-disinn individwali tas-sistema tajjeb kemm jista’ jkun (installazzjoni, preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni, interfaċċja, imġiba tas-sistema, dokumentazzjoni għall-utenti);
wieħed jagħmel aspetti oħra tal-kuntest ta’ l-użu favorevoli kemm jista’ jkun. Dawn l-aspetti tad-disinn li mhumiex tas-sistema tal-kuntest ta’ l-użu jistgħu jissejħu l-“Ambjent tan-Nies-Magni”.
Bl-istess mod li l-prinċipji fl-ESoP 2006 tfasslu biex jgħarrfu u jinfluwenzaw dawk l-organizzazzjonijiet responsabbli għal (jew jikkontribwixxu għal) disinn u l-bini tas-sistema, ir-rakkomandazzjonijiet li jinkludu dawn l-RSU tfasslu biex jgħarrfu u jinfluwenzaw dawk l-organizzazzjonijiet li huma responsabbli għal (jew jikkontribwixxu għal) l-ambjent bejn in-nies-il-magni ta’ l-użu tas-sistema. Dan l-ambjent jinkludi:
|
— |
L-użu mħallat tas-sistemi biex ikomplu xi kompitu; |
|
— |
L-għerf u l-ħila tas-sewwieq (fir-rigward tas-sistemi u tal-kompiti); |
|
— |
Il-kompitu/sitwazzjoni tas-sewqan; |
|
— |
L-ambjent soċjali (inkluż il-pressjoni tal-ħin). |
Għal sewwieq professjonali, dan l-ambjent jinkludi wkoll:
|
— |
Kompiti li huma meħtieġa bħala parti mix-xogħol (minbarra l-kompitu tas-sewqan); |
|
— |
L-istruzzjonijiet u l-prassi tal-kumpanija. |
Ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi huma rilevanti għal min iħaddem, il-persunal li jbiegħu, il-kumpaniji li jikru l-vetturi u s-sewwieqa nfushom.
5.2. Rakkomandazzjonijiet
5.2.1. Rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġi influwenzat l-użu
5.2.1.1. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu I
Min iħaddem għandu jassigura li s-sistemi kollha ta’ informazzjoni fuq il-vetturi jinżammu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.
Spjegazzjoni:
Hu mistenni li l-organizzazzjoni responsabbli għall-prodott, skond il-prinċipju ESoP 4.3.6.1, tipproduċi struzzjonijiet dwar kif is-sistemi ta’ informazzjoni għandhom jinżammu (kwistjonijiet fiżiċi, ħardwer, parts sostitwibbli, softwer u aġġornamenti dwar is-softwer, eċċ.)
Min iħaddem għandu jassigura (permezz ta’ azzjoni diretta, kuntratt jew istruzzjoni) li jsiru l-azzjonijiet kollha rakkomandati. Dan biex jassigura li l-prodott jappoġġja lis-sewwieq kemm jista’ jkun.
Eżempji:
Tajbin: Is-CD tal-mappa tas-sistema ta’ gwida tar-rotta tiġi aġġornata regolarment (eż. fl-aħħar ta’ kull sena) kif rakkomandat mill-fabbrikant.
Ħżiena: Min iħaddem ma għandu l-ebda rekords tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-vetturi tagħhom u ma jagħmel l-ebda manutenzjoni. Minħabba f’hekk, il-mapep diġitali progressivament ma jibqgħux aġġornati.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika għas-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta’ fuq il-vetturi li, skond ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-organizzazzjoni responsabbli mill-prodott, jeħtieġu manutenzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Min iħaddem għandu jżomm rekord permanenti ta’ l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni. Dawn ir-rekords għandhom ikunu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.
5.2.1.2. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu II
Il-proċeduri u l-iskemi ta’ inċentiv ta’ min iħaddem ma għandhomx jikkawżaw jew iħajru l-użu ħażin tas-sistema. Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn is-sistemi jew il-funzjonijiet li huma intiżi (minn min iħaddem) waqt is-sewqan u dawk li mhumiex.
Spjegazzjoni:
Min iħaddem hu mistenni li jkollu proċeduri li jikkonċernaw l-imġiba ta’ l-impjegati tiegħu. Dawk marbuta ma’ l-użu ta’ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi għandhom jappoġġjaw il-prassi ta’ sewqan sigur. Għalhekk, il-proċeduri ma għandhomx iħajru li wieħed jisma', jew jaqra, informazzjoni kumplessa waqt is-sewqan. Dawn ma għandhomx ipoġġu lil min iħaddem f’pożizzjoni fejn ikun meħtieġ jagħmel deċiżjoni diffiċli dwar in-negozju tagħhom “ live ” fuq it-telefown.
Bl-istess mod, l-iskemi ta’ kumpens (inċentiv) jew kastig tal-kumpanija ma għandhomx iħajru l-użu ħażin billi jikkundannaw b’mod impliċitu l-ħin li jiġi ffrankat bl-użu mhux adattat tas-sistemi waqt is-sewqan.
Għal kull sistema, min iħaddem għandu jagħmilha ċara, permezz ta’ struzzjonijiet u proċeduri speċifiċi miktuba, jekk sistema (jew funzjonijiet ta’ sistema) jistgħu jintużaw waqt is-sewqan jew jekk ma jistgħux. Dan ineħħi s-sistema fejn is-sewwieqa individwali jagħmlu deċiżjonijiet personali (u ħafna drabi mhux raġonevoli) li jikkonċernaw l-użu ta’ sistema.
Fejn is-sewwieqa jkollhom diversi sistemi (mhux integrati), ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tad-diversi sistemi għandhom jiġu dokumentati (eż. ma jużawx is-sistema A fl-istess waqt mas-sistema B waqt is-sewqan).
Eżempji:
Tajbin: Il-politika tal-kumpanija tipprojbixxi l-użu tat-telefowns ċellulari kollha waqt is-sewqan
Ħżiena: L-iskema ta’ kumpens tal-kumpanija hi marbuta man-numru ta’ twassil li jsir f’perjodu taż-żmien fiss u dan jinkoraġġixxi l-użu waqt is-sewqan ta’ xi sistema mhux disinjata għal dak l-użu.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika fejn hemm relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat, fejn is-sewqan hu parti mill-kompitu, u fejn is-sistemi ta’ informazzjoni jingħataw minn min iħaddem.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Struzzjonijiet ċari permanenti jingħataw lis-sewwieqa, billi jelenkaw is-sistemi jew funzjonijiet ta’ sistema li ma għandhomx jintużaw waqt is-sewqan;
Min iħaddem perjodikament jiċċekkja kemm l-impjegat jaf u jifhem il-proċeduri tal-kumpanija u liema funzjonijiet jew sistemi ma għandhomx jintużaw waqt is-sewqan.
5.2.1.3. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu III
Għandu jingħata taħriġ adegwat dwar is-sistemi kollha ta’ fuq il-vetturi li s-sewwieqa jkunu meħtieġa li jużaw waqt is-sewqan minn min iħaddem. Min iħaddem għandu jassigura li l-impjegati jistgħu jużaw is-sistemi mingħajr ma jipperikolaw lilhom infushom jew utenti oħra fit-triq.
Spjegazzjoni:
Ir-rakkomandazzjoni tirrikjedi lil min iħaddem biex jidentifika liema sistemi ta’ informazzjoni s-sewwieqa tagħhom għandhom bżonn jużaw u biex jipprovdu taħriġ b’tali mod li r-rakkomandazzjonijiet għall-użu sigur jiġu spjegati lilhom sew. Tirrikjedi wkoll xi evalwazzjoni ta’ jekk, fil-prattika, kull impjegat jistax jagħmel il-kompitu doppju li juża’ s-sistema b’mod sigur u jsuq b’mod sigur fl-istess waqt.
Il-bżonn ta’ din ir-rakkomandazzjoni joħroġ mill-abbiltajiet fiżiċi u konoxxittivi differenti tas-sewwieqa u l-bżonn biex jiġi evalwat, fuq bażi individwali, li huma kapaċi jagħmlu x-xogħol meħtieġ. Ix-xogħol f’dan il-każ jinvolvi s-sewqan u l-użu fl-istess waqt ta’ sistema ta’ informazzjoni jew komunikazzjoni. Il-ħsieb huwa li t-taħriġ itejjeb il-ħidma u s-sikurezza.
Fejn hemm ħafna sistemi (mhux integrati), it-taħriġ u d-dokumentazzjoni għandhom jiddeskrivi kif il-kompiti jistgħu jsiru permezz ta’ sistemi diversi; it-taħriġ fuq sistemi individwali mhux soluzzjoni għal kollox.
Innota li s-sewwieq dejjem se jkun mistenni joqgħod attent li jsuq bil-għaqal bħala l-kompitu primarju (kif meħtieġ mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna ta’ l-1968) u jista’, għalhekk, ma jibqax juża’ jew jissospendi l-użu ta’ sistema ta’ informazzjoni jew komunikazzjoni fuq il-vettura skond iċ-ċirkostanzi esterni.
Teżisti leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (11) (armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali marbuta mat-trasport fit-triq) — emendata l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2003 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi fit-triq dwar il-ġarr ta’ oġġetti jew passiġġieri).
Eżempji:
Tajbin: Min iħaddem għandu programm ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kontinwa li jinkludi osservazzjoni minn assessur espert tal-ħila fis-sewqan waqt li fl-istess ħin juża’ s-sistema ta’ informazzjoni. Dan jitlob ukoll informazzjoni lura mingħand is-sewwieqa.
Ħżiena: Min iħaddem jistqarr li sistema tista’ (jew għandha) tintuża’ waqt is-sewqan, iżda ma tissorveljax bl-ebda mod l-impatt li din għandha fuq l-andament u s-sikurezza fis-sewqan.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika fejn hemm relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegati u fejn is-sewqan huwa parti mill-kompitu u fejn is-sistemi ta’ informazzjoni mogħtija minn min iħaddem iridu jintużaw waqt is-sewqan, jew jistgħu jintużaw waqt is-sewqan skond il-proċeduri ta’ min iħaddem.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Min iħaddem jidentifika sistemi li s-sewwieqa tiegħu jkunu meħtieġa jużaw bħala parti minn xogħolhom;
Is-sewwieqa huma mħarrġa fl-użu ta’ sistemi;
Min iħaddem perjodikament jiċċekkja kemm l-impjegat jaf u jifhem kif taħdem u tiffunzjona s-sistema;
Min iħaddem perjodikament jiċċekkja li l-impjegat jista’ juża’ s-sistema b’mod sigur waqt is-sewqan.
5.2.1.4. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu IV
Min iħaddem għandu jassigura li jkun hemm kopja ta’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-fabbrikant f’kull vettura mgħammra.
Spjegazzjoni:
Peress li xi sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għandhom ħafna karatteristiċi u xi wħud mill-funzjonijiet ftit li xejn jintużaw, ħafna drabi jkollok sitwazzjonijiet fejn sewwieq irid jirreferi għal xi istruzzjonijiet sabiex jagħmel biċċa xogħol. Mingħajr struzzjonijiet, is-sewwieq jista’ jkun frustrat jew distratt mis-sistema jew jista’ ma jkunx kapaċi jtemm il-kompitu.
Ir-rakkomandazzjoni titlob lil min iħaddem biex jassigura li jkun hemm disponibbli l-istruzzjonijiet dwar l-użu u li titqiegħed kopja tagħhom f’kull vettura użata mill-impjegati tagħhom.
Fejn jintużaw diversi sistemi (mhux integrati), it-taħriġ u d-dokumentazzjoni għandhom jiddeskrivu kif il-kompitu jista’ jitwettaq permezz ta’ diversi sistemi; il-manwal ta’ struzzjoni għal kull sistema mhuwiex soluzzjoni għal kollox.
Eżempji:
Tajbin: Il-fabbrikant tat-telefown jipprovdi struzzjonijiet dwar l-użu u min iħaddem iqiegħed kopja f’kull vettura u jiċċekkja minn żmien għall-ieħor li din tkun qiegħda hemm.
Ħżiena: L-ebda manwal dwar l-użu ma jingħata jew ma teżisti l-ebda sistema biex tassigura li tibqa’ kopja f’kull vettura mgħammra.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika fejn hemm relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem u fejn is-sewqan huwa parti mill-kompitu u fejn is-sistemi ta’ informazzjoni jingħataw minn min iħaddem.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
It-test huwa preżenti f’kull vettura rilevanti ta’ l-istruzzjonijiet korretti dwar l-użu.
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni.
Riżultat = Iva/Le.
5.2.1.5. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu V
Promozzjoni waqt il-bejgħ (eż. reklamar) ma għandux iħajjar l-użu mhux sigur.
Spjegazzjoni:
Din ir-rakkomandazzjoni hi intiża biex tgħin lis-sewwieq biex japprezza l-funzjonalità, il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tas-sistema qabel (u waqt) li tintuża’ u biex tippromwovi s-sikurezza fit-triq. Hi maħsuba wkoll biex tħajjar il-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur, ir-regolamenti ta’ l-UE u l-kodiċi eżistenti li jikkonċernaw ir-reklamar.
Il-materjal promozzjonali jinkludi dak provdut waqt il-bejgħ f’istruzzjonijiet (dijagrammi eċċ.), ritratti, films, animazzjonijiet bil-kompjuter, klips bis-sawnd u kull forma ta’ informazzjoni dwar il-prodotti jew reklamar li l-utenti jew l-utenti potenzjali tas-sistema jistgħu jkunu esposti għaliha.
L-użu mhux sigur ifisser kull ħaġa li jkollha kunflitt ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet jew ma’ kodiċi tas-sewqan sigur.
Eżempji:
Tajbin: Ritratti tas-sistema li jintużaw kif intiżi mill-fabbrikant u skond il-kodiċi u r-regolamenti rilevanti.
Ħżiena: Ritratt li juri telefown miżmum fl-idejn waqt is-sewqan.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika għal kull informazzjoni marbuta mal-prodott li tingħata waqt il-bejgħ għas-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
It-test huwa konformi mal-kodiċi ta’ prattika tar-reklamar.
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni.
Riżultat = Iva/Le.
5.2.1.6. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu VI
L-informazzjoni waqt il-bejgħ għandha tgħarraf lix-xerrejja tal-vetturi dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza marbuta ma’ sistemi ta’ informazzjoni fuq il-vetturi.
Spjegazzjoni:
Is-sewwieqa huma influwenzati fil-mod kif jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi skond kemm jafu dwar is-sistema u kemm jifhmu r-riskji dwar l-użu. Sabiex issir promozzjoni ta’ sewqan li jkun konxju tar-riskji, u għalhekk jikkontribwixxi għas-sikurezza, is-sewwieqa għandhom ikunu infurmati sew dwar is-sistemi li jużaw.
Minbarra l-esperjenza ta’ l-utenti u l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti, is-sewwieqa għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni mill-post fejn isir il-bejgħ.
Għalhekk, din ir-rakkomandazzjoni tirrikjedi li jkun hemm informazzjoni adattata u/jew il-persunal li jbiegħ ikun jaf biżżejjed sabiex jinforma lix-xerrejja dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza.
Eżempji:
Tajbin: Il-persunal li jbiegħ li jkollu x’jaqsam mal-klijenti għandu ċertu għarfien bażiku dwar l-użu sigur tas-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni. Barra minn dan, ċertu persunal jaf aktar u jista’ jagħti pariri lis-sewwieqa dwar prassi sigura.
Ħżiena: Ħadd waqt il-bejgħ ma jkun konxju tas-sistemi ta’ informazzjoni, kif jiffunzjonaw u l-kwistjonijiet dwar is-sikurezza marbuta ma’ l-użu tagħhom. Ma teżisti wkoll l-ebda informazzjoni għal xerrejja potenzjali.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika għall-ewwel bejgħ li jsir tas-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Tagħmel valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-użu tas-sistema;
Għar-riskji maġġuri, tiżviluppa materjal adattat għax-xerrejja;
Il-verifikazzjoni ta’ kemm huma adegwati l-proċeduri jeħtieġ ġudizzju. L-adegwatezza tista’ tiġi evalwata wkoll min-naħa tax-xerrejja.
5.2.1.7. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu VII
Il-kumpaniji li jikru l-vetturi għandhom jassiguraw li s-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jinżammu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.
Spjegazzjoni:
Hu mistenni li l-organizzazzjoni responsabbli għall-prodott, skond il-prinċipju 4.3.6.1, tipproduċi struzzjonijiet dwar kif għandhom jinżammu s-sistemi ta’ informazzjoni (aspetti fiżiċi, ħardwer, parts sostitwibbli, softwer u aġġornamenti tas-softwer, eċċ.)
Il-kumpanija li tikri l-vetturi għandha tassigura (permezz ta’ azzjoni diretta jew kuntratt) li jsiru r-rakkomandazzjonijiet kollha ta’ manutenzjoni.
Eżempji:
Tajbin: Is-CD tal-mappa ta’ gwida tas-sistema tar-rotta tiġi aġġornata kull sena kif rakkomandat mill-fabbrikant.
Ħżiena: Il-kumpanija li tikri ma għandhiex rekords tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-vetturi tagħha u ma tagħmel l-ebda manutenzjoni. Riżultat ta’ dan, il-mapep diġitali kull ma jmur ma jibqgħux aġġornati.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika biss għas-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi li, skond ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-organizzazzjoni responsabbli għall-prodott, jeħtieġu manutenzjoni.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Applikabbli:
It-test huwa:
|
— |
Il-kumpanija li tikri l-vetturi għandha żżomm rekord permanenti tal-manutenzjoni li tkun saret. |
|
— |
Dawn għandhom ikunu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. |
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni.
Riżultat = Iva/Le.
5.2.1.8. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu VIII
Il-kumpaniji li jikru l-vetturi għandhom jassiguraw li jkun hemm kopja ta’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-fabbrikant f’kull vettura mgħammra.
Spjegazzjoni:
Peress li xi sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għandhom ħafna karatteristiċi u wħud mill-funzjonijiet ftit li xejn jintużaw, ħafna drabi jkun hemm sitwazzjonijiet fejn is-sewwieq irid jirreferi għal xi struzzjonijiet biex jagħmel biċċa xogħol. Mingħajr xi struzzjonijiet, is-sewwieq jista’ jkun aktar frustrat jew distratt mis-sistema jew ma jkunx jista’ jtemm il-kompitu.
Ir-rakkomandazzjoni tirrikjedi li l-kumpanija tal-kiri tassigura li jkun hemm l-istruzzjonijiet dwar l-użu u li titqiegħed kopja f’kull vettura użata mill-klijenti tagħha.
Eżempji:
Tajbin: Il-fabbrikant tat-telefown jipprovdi l-istruzzjonijiet dwar l-użu u l-kumpanija tal-kiri tqiegħed kopja f’kull vettura u minn żmien għal żmien tiċċekkja li għadha hemm.
Ħżiena: L-ebda manwal dwar l-użu ma jingħata jew l-ebda sistema ma teżisti biex tassigura li tibqa’ kopja f’kull vettura mgħammra.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika fejn hemm relazzjoni dwar il-kiri u fejn is-sistemi ta’ informazzjoni huma provduti mal-vettura.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
It-test juri li hemm jew mhemmx l-istruzzjonijiet tajbin dwar l-użu f’kull vettura rilevanti.
Verifikazzjoni permezz ta’ spezzjoni.
Riżultat = Iva/Le.
5.2.1.9. Rakkomandazzjoni dwar kif jiġi influwenzat l-użu IX:
Il-persunal li jikri l-vetturi għandu jkun jaf biżżejjed dwar is-sistemi ta’ informazzjoni fuq il-vetturi li huwa jipprovdi u għandu joffri struzzjonijiet dwar l-użu sigur tagħhom.
Spjegazzjoni:
Is-sewwieqa huma influwenzati fil-mod kif jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi skond x’jafu dwar is-sistema u kemm jifhmu r-riskji dwar l-użu. Sabiex jippromwovu sewqan li jkun konxju tar-riskji, u għalhekk jikkontribwixxu għas-sikurezza, is-sewwieqa għandhom ikunu infurmati sew dwar is-sistemi li jużaw.
Minbarra l-esperjenza ta’ l-utenti u l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, is-sewwieqa għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni mill-post minn fejn jikru l-vetturi.
Għalhekk, din ir-rakkomandazzjoni tirrikjedi li l-persunal li jikri l-vetturi jkun jaf biżżejjed sabiex jgħarraf lix-xerrejja dwar l-aspetti ta’ sikurezza.
Eżempji:
Tajbin: Fil-post tal-kiri l-persunal kollu li jkollu x’jaqsam mal-klijenti jkollu għarfien bażiku dwar l-użu sigur tas-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni. Barra minn dan, ċertu persunal ikun jaf ħafna aktar u jista’ jagħti pariri lis-sewwieqa dwar il-prassi sigura.
Ħżiena: L-ebda wieħed fil-punt meta l-vettura tgħaddi mingħand wieħed għal għand l-ieħor ma jkun konxju tas-sistemi ta’ informazzjoni, kif jiffunzjonaw u l-aspetti ta’ sikurezza marbuta ma’ l-użu tagħhom.
Applikabbiltà:
Ir-rakkomandazzjoni tapplika fejn hemm relazzjoni ta’ kiri u l-vettura hi mgħammra b’sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi.
Metodi ta’ verifikazzjoni/Metodi applikabbli:
Agħmel valutazzjoni tar-riskju li tikkonċerna l-użu tas-sistema.
Għar-riskji maġġuri, żviluppa materjal adattat għal min jikri.
Il-verifikazzjoni ta’ kemm huma adegwati l-proċeduri jeħtieġ ġudizzju. L-adegwatezza tista’ wkoll tiġi evalwata mil-lat ta’ min jikri.
5.2.2. Rakkomandazzjonijiet għas-sewwieqa
Skond il-Konvenzjoni ta’ Vjenna (1968), is-sewwieqa jridu dejjem ikollhom kontroll sħiħ tal-vettura u konsegwentement responsabbiltà sħiħa għall-użu tas-sistema waqt is-sewqan. Barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin jistgħu jikkontribwixxu biex jippromwovu l-użu sigur ta’ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi:
|
— |
Is-sewwieqa għandhom jassiguraw li s-sistemi nomadiċi u s-sistemi ta’ wara l-produzzjoni jitwaħħlu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant; |
|
— |
Is-sewwieqa għandhom jassiguraw li s-sistemi kollha fuq il-vetturi jinżammu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant; |
|
— |
Is-sewwieqa huma responsabbli għall-modifikazzjonijiet ta’ kwalunkwe sistema. Dawn iridu jkunu skond id-deskrizzjonijiet tekniċi u ma għandhomx jikkontradixxu l-informazzjoni provduta mill-fabbrikant; |
|
— |
Is-sewwieqa għandhom jużaw biss tagħmir fuq il-vettura kif rakkomandat mill-fabbrikant. Dan jista’ jirrikjedi perjodu ta’ familjarizzazzjoni jew taħriġ; |
|
— |
Is-sewwieqa għandhom jużaw biss sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni waqt is-sewqan jekk ikun sigur li dan isir; |
|
— |
Is-sistemi nomadiċi ma għandhomx jinżammu fl-idejn jew ma jkunux marbutin fil-vettura waqt is-sewqan; |
|
— |
L-istruzzjonijiet kollha marbuta mat-tagħmir ta’ fuq il-vetturi għandhom jinżammu fuq il-vettura u jiġu mgħoddija lis-sid jew l-utent li jmiss tal-vettura. |
6. Implimentazzjoni ta’ l-ESoP 2006 u l-RSU
6.1. Il-partijiet kollha konċernati involuti fl-implimentazzjoni ta’ l-ESoP 2006 u l-RSU
L-azzjonijiet li ġejjin huma rilevanti għall-industrija (b’enfasi speċjali fuq tagħmir nomadiku), għal min jipprovdi servizzi ta’ trasport u ġarr, għas-sidien u l-maniġers tal-flotot, għall-promozzjoni waqt il-bejgħ, għall-kumpaniji li jikru l-vetturi, u għall-Istati Membri.
6.2. Azzjonijiet ta’ implimentazzjoni
6.2.1. L-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni mill-industrija
Il-bżonn prinċipali huwa li s-sezzjonijiet kollha ta’ l-industrija jkunu konxji ta’ l-ESoP 2006 u l-RSU u biex jinkludu l-prinċipji waqt li jkunu qed jikkunsidraw id-disinn u l-użu ta’ sistemi fuqil-vetturi.
Għall-OEMs tal-vetturi, organizzazzjoni ewlenija hija l-ACEA, li impenjat ruħha għall-prinċipji li hemm fl-ESoP ta’ l-1999. L-ACEA hi mistiedna tapprova bl-istess mod l-ESoP ta’ l-2006 u tassigura li jitqassam u jiġi rikonoxxut fl-industrija, inkluż fil-katini li jissupplixxu tagħhom.
Il-partijiet konċernati addizzjonali ta’ l-industrija huma involuti f’tagħmir nomadiku u l-prodotti u s-servizzi li huma jappoġġjaw. Ma jeżistix korp wieħed ta’ l-industrija adattat, iżda ħafna mill-kwistjonijiet speċifiċi għad-disinn tat-tagħmir nomadiku u l-użu tiegħu u l-integrazzjoni tiegħu f’vetturi jista’ jiġi diskuss permezz tal-Forum tat-Tagħmir Nomadiku. Dan jixraqlu appoġġ qawwi ma’ l-industrija kollha.
Għan importanti għall-Forum tat-Tagħmir Nomadiku huwa li jintlaħaq ftehim dwar definizzjonijiet u aspetti tas-sikurezza:
|
— |
Klassifikazzjoni ta’ l-aspetti legali (responsabbiltà u responsabbiltà ċivili) assoċjati ma’ l-integrazzjoni tat-tagħmir nomadiku; |
|
— |
Ftehim dwar pjan ta’ implimentazzjoni ta’ l-ESoP għall-industrija kollha, eż. permezz ta’ impenji individwali, MOUs, ċertifikazzjoni tat-tagħmir; |
|
— |
Arranġamenti għall-provvediment ta’ kitt tat-tagħmir skond l-ESoP 2006; |
|
— |
Disinn ta’ tagħmir u funzjonijiet intiżi li jintużaw waqt is-sewqan, skond l-ESoP 2006; |
|
— |
Għoti ta’ struzzjonijiet ċari dwar is-sikurezza lis-sewwieqa, skond l-ESoP 2006; |
|
— |
Kooperazzjoni bejn il-fabbrikanti tat-tagħmir nomadiku u tal-vetturi li twassal għall-konfronti għaqlin. |
L-industrija hi mħajra tippromwovi dawn il-prinċipji fuq livell internazzjonali (gruppi rilevanti jinkludu fost oħrajn: JAMA (12), AAM (13), IHRA-ITS (14) u UNECE (15)) kif ukoll fil-livell ta’ standardizzazzjoni.
6.2.2. Azzjonijiet ta’ implimentazzjoni minn kumpaniji professjonali tat-trasport
Min jipprovdi servizzi ta’ trasport u ta’ ġarr kif ukoll is-sidien u l-meniġers ta’ flotot huma mistiedna jassiguraw li s-sistemi kollha ta’ informazzjoni fuq il-vetturi jinżammu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti. Il-proċeduri u l-iskemi ta’ inċentiv tagħħhom ma għandhomx jikkawżaw ħsara jew iwasslu biex s-sistema tintuża’ ħażin. Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn sistemi jew funzjonijiet li huma intiżi (minn min iħaddem) biex jintużaw waqt is-sewqan u dawk li mhumiex.
Barra minn hekk, għandhom jassiguraw li l-impjegati jistgħu jużaw is-sistemi mingħajr ma jipperikolaw lilhom infushom jew lil utenti oħra fit-triq. Għandu jingħata taħriġ adegwat fuq is-sistemi kollha ta’ fuq il-vetturi li s-sewwieqa ikun meħtieġa jużaw minn min iħaddem waqt is-sewqan. Huma għandhom jassiguraw ukoll li jkun hemm kopja ta’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-fabbrikant f’kull vettura mgħammra.
6.2.3. Azzjonijiet ta’ implimentazzjoni permezz ta’ promozzjoni mill-post tal-bejgħ
Il-promozzjoni mill-post tal-bejgħ (eż. reklamar) ma għandhiex tħajjar użu mhux sigur.
L-informazzjoni waqt il-bejgħ għandħa tinkludi informazzjoni lix-xerrejja tal-vetturi dwar l-aspetti ta’ sikurezza marbuta ma’ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi u dwar l-użu tagħhom.
6.2.4. Azzjonijiet ta’ implimentazzjoni minn kumpaniji tal-kiri tal-vetturi
Il-kumpaniji ta’ kiri tal-vetturi għandhom jassiguraw li s-sistemi kollha ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi tagħhom jinżammu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.
Huma għandhom jassiguraw li jkun hemm kopja ta’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-fabbrikanti f’kull vettura mgħammra.
Il-persunal li jikri l-vetturi għandu jkollu għarfien sew tas-sistemi ta’ informazzjoni ta’ fuq il-vetturi fil-vetturi li huwa jqiegħed għad-dispożizzjoni u għandu jagħti struzzjoni dwar l-użu sigur.
6.2.5. Azzjonijiet ta’ implimentazzjoni mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jippromwovu dawn il-prinċipji, iħajru lill-partijiet konċernati biex iħarsuhom permezz ta’ impenn bil-miktub jekk jista’ jkun, u jissorveljaw li dawn il-prinċipji fil-verità ġew imħarsa. Huma għandhom jassiguraw li l-ESoP jiġi mxerred b’mod effettiv, magħruf u applikat mid-disinjaturi, installaturi, fabbrikanti, bejjiegħa, kumpaniji tal-kiri u meniġers tal-flotot fuq livelli nazzjonali u lokali.
Huma għandhom jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar l-użu sigur ta’ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta’ fuq il-vetturi eż. permezz ta’ kampanji dwar is-sikurezza.
Huma għandhom iħajru lil min jipprovdi s-sistema ta’ wara l-produzzjoni u t-tagħmir nomadiku biex jimpenja ruħu biex jikkonforma ma’ l-ESoP u għandhom jappoġġjaw l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar l-implikazzjonijiet tas-sikurezza u kif għandu jintuża’ t-tagħmir ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta’ fuq il-vetturi (eż. permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, klabbs tal-karozzi, skejjel tat-tagħlim, EURONCAP, eċċ.).
Huma għandhom jassiguraw li jkun hemm informazzjoni aġġornata regolarment dwar id-definizzjoni u d-dinamika tas-suq għat-tagħir ta’ wara l-produzzjoni u t-tagħmir nomadiku, sabiex ikunu infurmati dwar l-evoluzzjoni tas-suq u tat-teknoloġiji, u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġi infurmata dwar l-evoluzzjoni tas-suq.
Huma għandhom jassiguraw li l-ġbir tad-data dwarhom ikun dettaljat biżżejjed biex tkun tista’ ssir aktar evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ l-impatt marbut mas-sikurezza tas-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi, speċjalment ta’ sistemi ta’ wara l-produzzjoni u tagħmir nomadiku.
Barra minn hekk, huma għandhom jieħdu l-miżuri adattati (jiġifieri l-miżuri leġiżlattivi, ta’ infurzar) biex jassiguraw li sistemi ta’ wara l-produzzjoni u tagħmir nomadiku jitwaħħlu kif suppost.
Huma għandhom jibqgħu jinfurzaw b’mod attiv il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u sikurezza eżistenti li tikkonċerna l-prassi tas-sewqan waqt ix-xogħol.
Huma għandhom jieħdu miżuri, kif jaraw li huma adattati, biex jassiguraw li l-użu tat-tagħmir nomadiku waqt is-sewqan ma jikkompromettix is-sikurezza tat-traffiku u, b’mod partikolari, jidentifikaw u jieħdu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu l-użu mhux intiż jew l-użu ħażin ta’ sistemi ta’ divertiment viżivi mis-sewwieqa waqt is-sewqan (eż. films, TV, vidjowgejms).
7. Glossarju
Sistemi Avvanzati ta’ Għajnuna lis-Sewwieq (ADAS): Sistemi li huma ddisinjati biex jappoġġjaw il-kompitu tas-sewqan fil-livell ta’ manuvrar tal-vetturi billi jagħtu informazzjoni speċifika, twissijiet, appoġġ jew azzjonijiet, li huma rilevanti għal azzjoni immedjata mis-sewwieq.
Sistemi ta’ wara l-produzzjoni: Sistemi li jitwaħħlu f’vettura mhux waqt il-produzzjoni, iżda warajha.
Kuntest dwar l-użu: Utenti, kompiti, tagħmir (ħardwer, softwer u materjal), u l-ambjenti fiżiċi u soċjali li fih jintuża’ prodott (ISO 9241-11, 1998).
Distrazzjoni: L-attenzjoni li tingħata lill-attività li mhix marbuta mas-sewqan, ħafna drabi għad-detriment tal-ħila tas-sewqan.
Display (nom): Tagħmir li kapaċi jippreżenta l-informazzjoni lis-sewwieq.
EŻEMPJI: Displays viżivi (bħal skrins ta’ LCD), displays li jinstemgħu (bħal toni) u displays li jintmessu (bħall-vibrazzjoni tal-pedali).
Sewqan: L-attività tal-kompitu primarju tas-sewqan u l-kompiti sekondarji marbuta mal-kompitu primarju tas-sewqan jew li jappoġġjawh.
Min iħaddem: Persuna jew organizzazzjoni li għandha kuntratt ma’ xi impjegat.
NOTA: Dawk li jħaddmu indirizzati minn dawn il-prinċipji jeħtieġu lill-impjegati biex isuqu bħala parti minn xogħolhom.
EŻEMPJI: meniġers tal-flotot, kumpaniji tat-taksi, kumpaniji li jwasslu, organizzazzjonijiet li jagħtu servizz ta’ emerġenza.
Hands-free: Mingħajr bżonn li jżommu b’idejhom xi komponent tas-sistema.
Informazzjoni marbuta mas-sewqan: Informazzjoni dwar l-aspetti tal-vettura li huma obbligatorji jew li huma marbuta mas-sikurezza jew ma’ l-ambjent tat-triq u tat-traffiku u servizzi ta’ infrastruttura marbuta mas-sewwieq.
NOTA: l-informazzjoni se tiġi preżentata permezz ta’ display; eż. display viżiva jew li tinstema’.
EŻEMPJI: il-parametri tat-tajer u tal-brejk, qrubija ta’ vetturi oħra, gwida tar-rotta, informazzjoni dwar il-konġestjoni, twissija dwar is-silġ, limiti tal-veloċità, informazzjoni dwar l-ippakkjar.
EŻEMPJI ta’ informazzjoni li mhix marbuta ma’ sewqan inkluż aħbarijiet, divertiment u reklamar.
Sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi: agħti lis-sewwieq informazzjoni jew komunikazzjoni li jew mhix marbuta mas-sewqan (eż. aħbarijiet, mużika) jew marbuta mas-sewqan iżda mhix rilevanti għal azzjoni immedjata, trid issir fil-ħin mis-sewwieq (eż. messaġġi tat-traffiku, mappa tan-navigazzjoni, gwida tar-rotta).
Installazzjoni: Twaħħil ta’ sistemi u sub-sistemi fil-vettura, inkluż is-softwer li jiddaħħal.
NOTA: Is-sistemi li jitwaħħlu għal kollox minn qabel ma għandhomx bżonn dawk l-operazzjonijiet.
Manutenzjoni: Azzjoni(jiet) li jtejbu jew ikomplu l-operazzjoni tal-prodott.
NOTA: It-tfarfir u t-tindif ta’ l-uċuh (li jista’ japplika għat-tagħmir ieħor ta’ fuq il-vetturi) mhux inkluż fit-terminu “manutenzjoni”.
EŻEMPJI: tibdil ta’ sub-sistemi (eż. batteriji, liċenzji, softwer), tindif u ċċekkjar perjodiku u proċeduri ta’ kalibrar.
Ma jaħdimx tajjeb: Meta jitbiegħed mill-firxa mistennija ta’ operazzjoni waqt li tintuża’ s-sistema kif intiża mill-fabbrikant.
EŻEMPJU: Sinjal estern ta’ telf jew telf tad-data tas-senser tal-kalibrar li jnaqqas il-preċiżjoni tas-sistema ta’ gwida tar-rotta.
Manuvrar: Il-kontroll lonġitudinali u laterali tal-vettura skond l-ambjent tat-traffiku.
Tagħmir nomadiku: Tagħmir nomadiku li n-nies iġorru magħhom meta jivvjaġġaw.
EŻEMPJI: telefowns ċellulari, Assistenti Diġitali Personali (PDA).
Post tal-bejgħ (PoS): Il-punt ta’ aċċess potenzjali tax-xerrej għall-persuna jew organizzazzjoni li toffri sistemi għal bejgħ.
EŻEMPJI: Negozjant tal-karozzi (għal apparat OEM), ħanut (għat-tagħmir ta’ wara l-produzzjoni), sit ta’ internet, linja għall-għajnuna jew punt tal-bejgħ bit-telefown.
Kontroll primarju tas-sewqan: Kontroll li hu direttament meħtieġ biex wieħed isuq vettura.
Il-kompitu ewlieni tas-sewqan: L-attivitajiet li jrid jagħmel is-sewwieq waqt li jsuq biex jinnaviga, jimmanuvra u jikkontrolla vettura, inkluż tidwir ta’ l-istering, tagħfis ta’ brejkijiet u aċċelerazzjoni.
Prijorità: L-importanza relattiva ta’ żewġ entitajiet jew aktar li tiddetermina f’liema pożizzjoni jitqiegħdu f’sekwenza ta’ żmien jew enfasi fuq il-preżentazzjoni (ISO/TS 16951, 2004).
Informazzjoni dwar il-prodott: L-informazzjoni kollha li s-sewwieq għandu aċċess għaliha li tikkonċerna s-sistema.
EŻEMPJI: struzzjonijiet dwar is-sistema, speċifikazzjonijiet tekniċi, materjal promozzjonali, ippakkjar.
Organizzazzjoni responsabbli għall-prodott (PRO): Kwalunkwe partiċipant fil-proċess ta’ produzzjoni, kwalunkwe importatur, fornitur jew kwalunkwe persuna li jniżżel ismu, it-trejdmark jew xi karatteristika oħra distingwenti fuq il-prodott.
NOTA: Ir-responsabbiltà hi maqsuma bejn dawn l-organizzazzjonijiet jew persuni.
Użu ħażin li ħafna drabi jista’ jiġi antiċipat: L-użu ta’ xi prodott, proċess jew serviżż taħt kundizzjonijiet jew għal finijiet mhux intiżi mill-fabbrikant, iżda li jista’ jsir, li jinduċi l-prodott, il-proċess jew servizz flimkien ma’, jew riżultat ta’, imġiba umana komuni.
Sekwenza ta’ interfaċċji: Sett relatat ta’ inputs/outputs suċċessivi, magħruf ukoll bħala djalogu.
EŻEMPJU: Meta wieħed idaħħal destinazzjoni ġdida jew numru tat-telefown ġdid.
Wieqaf: Li jkollu veloċità ta’ żero relattiva għall-wiċċ li jappoġġja l-vettura.
Status: Mod(i) tas-sistema disponibbli u/jew attivi.
EŻEMPJU: “ipproċessar”.
Appoġġ: tfisser li azzjoni li jagħmel is-sewwieq tiġi mtejba bis-sistema.
L-istruzzjonijiet tas-sistema: Informazzjoni dwar is-sistema intiża biex tgħallem lis-sewwieq dwar is-sistema u biex tgħinu jużaha għal finijiet speċifiċi.
NOTA: Struzzjonijiet li jistgħu jkunu f’forma stampata permezz ta’ kliem jew informazzjoni bl-istampi jew jistgħu jkunu integrati fis-sistema f’forma ta’ funzjonijiet ta’ “għajnuna” jew lezzjoni.
Is-sistema ma taħdimx: L-istat ta’ nuqqas ta’ ħdim jew ħsara fis-sistema.
NOTA 1: Falliment parzjali jista’ jinvolvi xi komponenti, sub-funzjoni jew mod ta’ operazzjoni tas-sistema li ma jaħdimx jew ma jaħdimx barra l-ispeċifikazzjonijiet intiżi mill-fabbrikant.
NOTA 2: Falliment totali tas-sistema jwassal biex l-aspetti kollha tas-sistema ma jaħdmux.
Informazzjoni viżiva: Messaġġi grafiċi, bl-istampi, bil-kliem jew messaġġi oħra preżentati lis-sewwieq permezz tal-modalità viżiva.
Vettura miexja: vettura b’veloċità ta’ ‘l fuq minn madwar 5 km/h (16).
Kumpanija li tikri l-vetturi: Persuna jew organizzazzjoni li toffri kuntratt biex tikri vettura mgħammra b’sistema ta’ informazzjoni jew komunikazzjoni fuq il-vetturi.
(1) Klassifikazzjoni u definizzjoni ta’ vetturi bil-mutur u trejlers: Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (kif emendata bid-Direttiva 92/53/KEE), Anness II.
(2) ĠU L 341, 6.12.1990, p. 20.
(4) ĠU L 81, 28.3.1978, p. 3. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/91/KEE (ĠU L 284, 19.11.1993, p. 25).
(5) ĠU C 411, 31.12.1998, p. 1.
(6) ĠU L 228, 11.8.1992, p. 24.
(7) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.
(8) ĠU L 68, 22.3.1971, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
(9) ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/630/KEE (ĠU L 341, 6.12.1990, p. 20).
(10) Il-karozzi tal-passiġġieri huma kollha vetturi tat-tip M1 kif definit fid-Direttiva 70/156/KEE minbarra dawk mit-tip ta’ vetturi N1 (eż. vannijiet u trakkijiet bil-kabina integrata fil-bodi).
(11) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 1.
(12) Assoċjazzjoni Ġappuniża tal-Fabbrikanti tal-Karozzi.
(13) Alleanza tal-Fabbrikanti tal-Karozzi.
(14) Attivitajiet ta’ Riċerka Internazzjonali Armonizzati — Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti.
(15) Il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa.
(16) Il-valur ta’ 5 km/h huwa magħżul għal raġunijiet tekniċi minħabba li diffiċli jiġi determinat jekk il-veloċità tal-vettura hiex żero.