18.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 158/62


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Mejju 2008

dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi Kromat tas-sodju, Dikromat tas-sodju u 2,2′,6,6′-Tetrabromo-4,4′-isopropilidenedifenol (Tetrabromobisfenol A)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2256)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/454/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (2) u (KE) Nru 2364/2000 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tielet u r-raba’ lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

Kromat tas-sodju,

Dikromat tas-sodju,

2,2′,6,6′-Tetrabromo-4,4′-isopropilidenedifenol (Tetrabromobisfenol A).

(2)

L-Istati Membri maħtura bħala rapporteurs skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 793/93 u (KE) Nru 143/97 temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji għall-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (4) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjonijiet dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt ta’ dawk il-Kumitati.

(4)

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni korrispondenti (5).

(5)

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, huwa xieraq li jkunu rrakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi.

(6)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rrakkomandati għall-ħaddiema għandhom ikunu kkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ.

(7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

TAQSIMA 1

KROMAT TAS-SODJU

(CAS Nru 7775-11-3; Einecs Nru 231-889-5)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema (1) u għall-ambjent (2, 3, 4, 5, 6)

(1)

L-impjegaturi li jużaw komposti tal-kromju (VI) għall-użu fil-manifattura tal-pigmenti u taż-żebgħat, fil-formulazzjoni tal-prodotti għat-trattament tal-metall, fil-kisi elettrolitiku tal-metall u bħala murdenti fiż-żbigħ tas-suf għandhom jikkunsidraw kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fuq livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta’ natura li ma torbotx, kif stipulat fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (6).

(2)

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 2008/1/KE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi rigward il-Kromju (VI), sabiex l-installazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond l-aqwa metodi disponibbli (minn hawn ’il quddiem BAT) waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-installazzjonijiet ikkonċernati, il-pożiżżjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

(3)

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward il-Kromju (VI) u jirraportaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT.

(4)

Biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ fid-Direttiva 2008/1/KE, il-Kromju (VI) għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar il-BAT.

(5)

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

(6)

Għall-ilmijiet fejn l-emissjonijiet tal-kromju (VI) jistgħu jikkawżaw riskju, l-Istat/i Membru/i rilevanti għandu/hom jistabbilixxi/u standards ta’ kwalità ambjentali (minn hawn ‘il quddiem “EQS”) u l-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis nazzjonali biex jintlaħqu dawk l-EQS fl-2015 skond id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

TAQSIMA 2

DIKROMAT TAS-SODJU

(CAS Nru 10588-01-9; Einecs Nru 234-190-3)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema (7) u għall-ambjent (8, 9, 10, 11, 12)

(7)

L-impjegaturi li jużaw komposti tal-kromju (VI) għall-użu fil-manifattura tal-pigmenti u taż-żebgħat, fil-formulazzjoni tal-prodotti għat-trattament tal-metall, fil-kisi elettrolitiku tal-metall u bħala murdenti fiż-żbigħ tas-suf għandhom jikkunsidraw kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fuq livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta’ natura li ma torbotx, kif stipulat fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 98/24/KE.

(8)

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 2008/1/KE, għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar il-Kromju (VI) sabiex l-installazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond il-BAT waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-installazzjonijiet ikkonċernati, il-pożiżżjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

(9)

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward il-Kromju (VI) u jirraportaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT.

(10)

Biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ fid-Direttiva 2008/1/KE, il-Kromju (VI) għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar il-BAT.

(11)

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

(12)

Għall-korpi ta’ l-ilma fejn l-emissjonijiet tal-kromju (VI) jistgħu jikkawżaw riskju, l-Istat/i Membru/i rilevanti għandu/hom jistabbilixxi/u EQS u l-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis nazzjonali biex jintlaħqu dawk l-EQS fl-2015 skond id-Direttiva 2000/60/KE.

TAQSIMA 3

2,2′,6,6′-TETRABROMO-4,4′-ISOPROPILIDENEDIFENOL (TETRABROMOBISFENOL A)

(CAS Nru 79 94 7; Einecs Nru 201 236 9)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ambjent (13, 14)

(13)

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 2008/1/KE, għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi rigward it-TBBPA sabiex l-installazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond il-BAT waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-installazzjonijiet ikkonċernati, il-pożiżżjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

(14)

L-emissjonijiet lokali tat-TBBPA fl-ambjent għandhom, fejn meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

TAQSIMA 4

DESTINATARJI

(15)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew ipproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 25, 28.01.1997, p. 13.

(3)   ĠU L 273, 26.10.2000, p. 5.

(4)   ĠU L 161, 29.06.1994, p. 3.

(5)   ĠU C 152, 18.6.2008, p. 11.

(6)   ĠU L 131, 05.05.1998, p. 11. id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).

(7)   ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(8)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).