|
15.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 41/23 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Frar 2008
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2006
(2008/117/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta’ dak il-Ftehim,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 98/430/KE tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta’ l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta’ l-infiq u l-balance sheet relatati ma’ l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2006 u r-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-Tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, |
|
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2006 kienet sodisfaċenti, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2006.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BAJUK
(1) ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.
(2) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.
(3) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.