15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 41/22


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba’ EDF) għas-sena finanzjarja 2006

(2008/116/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt ir-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE (3), li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba’ EDF) u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 91/491/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta’ l-iżvilupp taħt ir-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta’ l-infiq u l-balance sheet relatati ma’ l-operazzjonijiet tas-Seba’ EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2006 u r-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Seba’ EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta’ l-operazzjonijiet tas-Seba’ EDF matul is-sena finanzjarja 2006 kienet sodisfaċenti.

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tas-Seba’ EDF għas-sena finanzjarja 2006.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)   ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)   ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)   ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(4)   ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

(5)   ĠU C 259, 31.10.2007, p. 1.