18.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 323/1 |
RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2008
dwar il-koordinazzjoni ta' taxxa ta' ħruġ
(2008/C 323/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
FILWAQT LI JINNOTA ż-żewġ komunikazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' taxxa diretta fis-suq intern u dwar it-taxxa ta' ħruġ,
FILWAQT LI JFAKKAR li, b'konsegwenza tal-koeżistenza ta' ġurisdizzjonijiet ta' taxxa differenti fl-UE, it-trasferiment ta' attività ekonomika soġġetta għas-sistema tat-taxxa ta' ġurisdizzjoni tat-taxxa unika mhux trattat bl-istess mod bħat-trasferiment ta' attività ekonomika soġġetta għal-leġislazzjoni ta' żewġ ġurisdizzjonijiet ta' taxxa jew aktar,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI, għalhekk, kemm hija adatta l-koordinazzjoni bil-għan li tkun evitata, b'rispett għall-prinċipju ta' sussidjarjetà, it-tassazzjoni doppja li hemm ċans tirriżulta minn trasferiment ta' attivitajiet ekonomiċi soġġetti għal żewġ ġurisdizzjonijiet jew aktar,
FILWAQT LI JENFASIZZA li kwalunkwe soluzzjoni mressqa biex jinkisbu dawn l-objettivi għandha tkun realistika, ibbażata kemm jista' jkun fuq strumenti eżistenti, inklużi l-konvenzjonijiet bilaterali dwar it-tassazzjoni doppja, tillimita l-piż amministrattiv fuq il-kontribwenti u fuq l-amministrazzjonijiet, u tissalvagwardja l-interessi finanzjarji leġittimi tal-Istati Membri,
FILWAQT LI JENFASIZZA, barra minn hekk, li l-prinċipji ta' gwida huma impenn politiku, li l-implimentazzjoni tiegħu titħalla għad-deċiżjoni tal-Istati Membri, u għalhekk la jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri u lanqas il-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Komunità skont it-Trattat,
JISTIEDEN lill-Istati Membri sabiex jadottaw il-prinċipji ta' gwida li ġejjin:
A. |
“Trasferiment ta' attivitajiet ekonomiċi” tfisser kwalunkwe operazzjoni fejn kontribwent soġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji jew persuna fiżika impenjata f'negozju:
|
B. |
Meta, b'konnessjoni ma' trasferiment ta' attivitajiet ekonomiċi, l-Istat ta' ħruġ jirriżerva l-possibbiltà li jeżerċita d-drittijiet tat-taxxa tiegħu fuq ir-riżervi magħmula (qliegħ li jkun sar iżda li ma jkunx għadu ġie kkunsidrat għal finijiet ta' taxxa) u li jieħu lura, kompletament jew parzjalment, id-dispożizzjonijiet magħmula (nefqa li għada ma twettqitx iżda li diġà ġiet ikkunsidrata għal finijiet ta' taxxa), l-Istat ospitanti jista' jipprevedi l-ħolqien ta' riżervi jew dispożizzjonijiet ta' ammonti identiċi jew differenti, skont ir-regoli li jirregolaw il-bażi tat-taxxa f'dak l-Istat, u jippermetti tnaqqis mir-riżultati taxxabbli għas-sena li fiha kienu stabbiliti. |
C. |
Meta, b'konnessjoni ma' trasferiment ta' attivitajiet ekonomiċi, l-Istat ta' ħruġ jirriżerva l-possibbiltà li jeżerċita d-drittijiet ta' taxxa tiegħu fuq il-qligħ li għadu ma twettaqx li jikkorrispondi mal-attiv tal-kontribwent, ikkalkulat bħala d-differenza bejn il-valur tas-suq tal-attiv fid-data tat-trasferiment u l-valur fil-kotba tagħhom, l-Istat ospitanti jieħu l-valur tas-suq fid-data tat-trasferiment meta jikkalkula l-valur miżjud sussegwenti fil-każ ta' tneħħija. |
D. |
F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istat ospitanti u l-Istat ta' ħruġ rigward il-valur tas-suq tal-attiv fid-data tat-trasferiment, iż-żewġ Stati jsolvu dan it-tilwim tagħhom billi jużaw il-proċedura adatta. |
E. |
L-Istat ospitanti jista' jitlob lill-kontribwent li jkun qed jittrasferixxi l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu biex jipprovdi prova li l-Istat ta' ħruġ eżerċita jew ser jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont il-kondizzjonijiet imniżżla hawn fuq, kif ukoll prova tal-valur tas-suq applikat mill-Istat ta' ħruġ. |
F. |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fuq livell Komunitarju dwar l-Assistenza Reċiproka jipprovdu l-qafas għall-Istat ospitanti sabiex jassisti lill-Istat ta' ħruġ, b'mod partikolari għall-iskopijiet li jiddetermina d-data tat-tneħħija. |