24.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 163/50 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/480/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2008
li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1). |
(2) |
Fl-14 ta’ April 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/304/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2008. |
(3) |
L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK għandha tiġi estiża ulterjorment sat-30 ta’ Ġunju 2009. |
(4) |
Għandu jiġi pprovdut ammont ġdid ta’ referenza finanzjarju sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009. |
(5) |
Il-mandat tal-Missjoni qed jitwettaq f’kuntest ta’ sigurtà li jista’ jiddeterjora u li jista’ jimmina l-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif iddefiniti fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied għall-Artikolu 11 (1): “L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu 1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 għandu jkun ta’ EUR 7,2 miljuni.” |
(2) |
Fl-Artikolu 14 it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2009.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Luxembourgl, 23 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 62, 9.3.2005, p. 37. L-Azzjoni Konġunta kif emenadata bl-Azzjoni Konġunta 2008/304/PESK (ĠU L 105, 15.4.2008, p.10).