24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/43


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/479/PESK

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1731(2006), fis-27 ta’ Frar 2007, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1).

(2)

Il-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għall-persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi m’għandhiex tipprevjeni milli jsiru pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi, sakemm dawk il-pagamenti jibqgħu ukoll iffriżati.

(3)

Il-Kunsill identifika persuni u entitajiet addizzjonali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. Dawn il-persuni u entitajiet għandhom għalhekk jiġu elenkati fl-Anness II ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (5)(b), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi,”;

(2)

L-Anness II tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Luxembourgl, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67).


ANNESS

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15.3.1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26.4.2000 – 27.4.2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-Passaport Diplomatiku: D9001950, Maħruġ fit-22.1.2008 validu sal-21.1.2013 Post tat-Twelid: Khoy

Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

2.

Amir Moayyed ALAI

 

Involut fil-ġestjoni ta' l-assemblaġġ u l-inġinerija taċ-ċentrifugi. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dan jinkludi l-ħidma kollha marbuta maċ-ċentrifugi. Fis-27 ta' Awissu 2006, Alai rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni ta' l-assemblaġġ u l-inġinerija ta' ċentrifugi.

23.4.2007

3.

Amir Moayyed ALAI

 

Involut fil-produzzjoni tal-karbonat ta' l-uranyl u ta' l-ammonju (AUC) u l-ġestjoni tal-kumpless ta' arrikkiment ta' Natanz. L-Iran huwa rikjest li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Fis-27 ta' Awissu 2006, Ashiani rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni u d-disinn ta' l-inġinerija għall-kumpless ta' arrikkiment fis-sit ta' Natanz (Kashan).

23.4.2007

4.

Haleh BAKHTIAR

 

Involuta fil-produzzjoni tal-manjesju f'konċentrazzjoni ta' 99,9%. Fis-27 ta' Awissu 2006, Bakhtiar irċieviet onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tagħha fil-produzzjoni tal-manjesju f'konċentrazzjoni ta' 99,9%. Il-manjesju ta' din il-purità jintuża biex ikun prodott il-metall ta' l-uranju, li jista' jkun iffurmat f'materjal għal arma nukleari. L-Iran ċaħad li jipprovdi lill-IAEA aċċess għal dokument dwar il-produzzjoni ta' emisferi tal-metall ta' l-uranju, applikabbli biss għall-użu ta' armi nukleari.

23.4.2007

5.

Morteza BEHZAD

 

Involut fil-fabbrikazzjoni ta' komponenti ċentrifugali. L-Iran huwa rikjest li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dan jinkludi l-ħidma kollha marbuta maċ-ċentrifugi. Fis-27 ta' Awissu 2006, Behzad irċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-fabbrikazzjoni ta' komponenti ċentrifugali kumplessi u sensittivi.

23.4.2007

6.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

Deputat MODAFL għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL

23.6.2008

7.

Dr. Mohammad ESLAMI

 

Kap ta’ l-Istitut ta’ l-Industriji tad-Difiża għat-Taħriġ u r-Riċerka

23.6.2008

8.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) li hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

23.6.2008

9.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz ta' l-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist tal-Karburant Nukleari (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija nnominata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

23.4.2007

10.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

Deputat MODAFL għall-Industrija. Rwol ta' superviżjoni fuq l-AIO u d-DIO

23.6.2008

11.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

23.6.2008

12.

Seyyed Hussein (Hossein) HUSSEINI (HOSSEINI)

DtT: 27.7.1973, Numru tal-Passaport: K8196482, maħruġ fit-8.4.2006 validu sat-8.4.2011

Uffiċjal ta' l-AEOI involut fil-proġett ta' reattur ta' riċerka b'ilma tqil (IR40) f'Arak. L-UNSCR 1737 (2006) ħtieġet lill-Iran jissospendi l-ħidma kollha dwar proġetti marbutin ma' l-ilma tqil.

23.4.2007

13.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Ikopri rwol ta' kmand fi ħdan l-IRGC

23.6.2008

14.

Mahmood JANNATIAN

 

Deputat Kap ta' l-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran

23.6.2008

15.

Is-Sur Javad KARIMI SABET

 

President tal-Kumpannija Novin Energy. Karimi Sabet kien rċieva wkoll onorifiċenza speċjali f'Awissu 2006 mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fid-disinn, il-produzzjoni, l-installazzjoni u l-ikkummissjonar tat-tagħmir nukleari tas-sit ta' Natanz.

23.4.2007

16.

Said Esmail KHALILIPOUR

DtT: 24.11.1945, Post tat-Twelid: Langroud

Deputat Kap ta' l-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

17.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz ta' l-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Tehran (TNRC) ta' l-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Faċilità ta' Karaj għall-Ħażna ta' l-Iskart fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri ta' l-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

18.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Industriji Elettroniċi ta' l-Iran

23.6.2008

19.

Hamid-Reza MOHAJERANI

 

Involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Fis-27 ta' Awissu 2006, Mohajerani rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni tal-produzzjoni fl-UCF u fl-ippjanar, il-bini u l-installazzjoni ta' l-unità UF6 (il-UF6 huwa l-materja prima għall-arrikkiment).

23.4.2007

20.

Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

Deputat MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika

23.6.2008

21.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu pprovat takkwista beni sensittivi, għall-benefiċċju ta' entitajiet elenkati fir-riżoluzzjoni 1737

23.6.2008

22.

Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap ta' l-Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani

23.6.2008

23.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi programmi ta' missili ballistiċi

23.6.2008

24.

Houshang NOBARI

 

Involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkiment ta' Natanz. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu attivitajiet fil-kumpless għall-arrikkiment ta' Natanz (Kashan). Fis-27 ta' Awissu 2006, Nobari rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni b'suċċess tal-pjan tas-sit ta' Natanz (Kashan).

23.4.2007

25.

Dr Javad RAHIQI

DtT: 21.4.1954, Post tat-Twelid: Mashad

Kap taċ-Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan ta' l-AEOI. Din tissorvelja l-impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju f'Esfahan. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu l-ħidma kollha ta' konverżjoni ta' l-uranju. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

26.

Abbas RASHIDI

 

Involut f'ħidma ta' arrikkiment f'Natanz. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Fis-27 ta' Awissu 2006, Rashidi rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għall-ġestjoni u r-rwol notevoli tiegħu fl-operat b'suċċess tal-kaskata ta' arrikkiment b'164-ċentrifugi f'Natanz.

23.4.2007

27.

Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

Deputat MODAFL għall-Koordinazzjoni

23.6.2008

28.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

Deputat MODAFL għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL

23.6.2008

29.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

23.4.2007

30.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Deputat Kap tal-MODAFL

23.6.2008


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Abzar Boresh Kaveh Co. (ABK Co. Kaveh Cutting Tools Co.)

 

Tieħu sehem fil-fabbrikazzjoni tal-komponenti ċentrifugali.

23.6.2008

2.

Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż il-Grupp Industrijali Shahid Hemmat, il-Grupp Industrijali Shahid Bagheri u l-Grupp Industrijali Fajr, li kollha kienu msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap ta' l-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħrajn kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

23.4.2007

3.

Industriji ta' l-Armamenti

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO (Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża).

23.4.2007

4.

Organizzazjoni Ġeografika tal-Forzi Armati

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

23.6.2008

5.

Bank Melli, Melli Bank Iran u kull fergħa u sussidjarja tiegħu, inklużi

Ferdowsi Avenue, PO Box 11365-171, Tehran

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi sostenn finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Kumpannija Novin Energy, Kumpannija Mesbah Energy, Kumpannija Kalaye Electric u DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta' l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjal sensittiv għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran. Huwa pprova firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta ma' l-industriji nukleari u missilistiċi ta' l-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpannijia t'hawn fuq issemmew fl-UNSCR 1737 u 1747.

23.6.2008

(a)

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, Londra EC2Y 5EA, Renju unit

(b)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moska, 130064, Russja

6.

Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem ta' l-Istitut tar-Riċerka Edukattiva/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.)

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Responsabbli għar-R&Ż. Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO.

23.4.2007

7.

Kumpannija Electro Sanam (E.S.Co.)

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem fl-akkwisti fil-qasam ballistiku.

23.6.2008

8.

Grupp Tekniku Ettehad

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem fl-akkwisti fil-qasam ballistiku.

23.6.2008

9.

Fabbriki Industrijali ta' Makkinarju ta' Preċiżjoni (IFP) (Impjant ta' Fabbriki ta' Strumentazzjoni, Grupp Industrijali Fajr)

 

Tintuża mill-AIO għal tentattivi ta' akkwist.

23.6.2008

10.

Industriji Elettroniċi Iran

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja kompletament ta' proprjetà tal-MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana ta' l-armi.

23.6.2008

11.

Forza ta' l-Ajru IRGC

 

Tħaddem l-inventarju ta' l-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza ta' l-ajru IRGC issemma fl-UNSCR 1737.

23.6.2008

12.

Jaber Ibn Hayan

AEOI-JIHRD P.O. Box: 11365-8486; Tehran; 84, 20th Av. Entehaye Karegar Shomali Street; Tehran

Jaber Ibn Hayan huwa laboratorju ta' l-AEOI (Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran) involut fl-attivitajiet rigward iċ-ċiklu tal-karburanti. Jinsab fiċ-ċentru tar-riċerka nukleari ta' Tehran (TNRC), ma kienx dikjarat mill-Iran skond il-ftehim ta' garanzija tiegħu qabel l-2003, waqt li hemmhekk kienu qed iseħħu attivitajiet ta' konverżjoni.

23.4.2007

13.

Joza Industrial Co.

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, involuta fil-programm ballistiku.

23.6.2008

14.

Organizzazzjoni ta' Kostruzzjoni Khatem-ol Anbiya

Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran

Grupp ta' kumpanniji ta' proprjetà ta' l-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija ta' l-IRGC għall-kostruzzjoni u jaġixxi bħala kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani.

23.6.2008

15.

Industriji Metallurġiċi Khorasan

 

Fergħa tal-Grupp ta' Industriji tal-Munizzjon, li tiddependi mid-Dio, involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugali.

23.6.2008

16.

Università Malek Ashtar

 

Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot programm ta' taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-AIO.

23.6.2008

17.

Industriji Marittimi

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

23.4.2007

18.

Grupp ta' Industriji Mekkaniċi

 

Ħa sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku.

23.6.2008

19.

Ministeru tad-Difiża u Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għar-riċerka ta' l-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi missilistiċi u nukleari

23.6.2008

20.

Ministeru ta' l-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX)

P. O. Box 16315-189, Tehran, Iran

Huwa t-taqsima tal-MODAFL marbuta ma' l-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti f'transazzjonijiet bejn stati. Skond l-UNSCR 1747 (2007) il-MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ.

23.6.2008

21.

Manifattura ta' Makkinarju 3M Mizan

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku.

23.6.2008

22.

Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist ta' Karburant Nukleari (NFPC)

AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) ta' l-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni ta' l-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni ta' skart nukleari. In-NFPC hija s-suċċessur ta' l-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

23.4.2007

23.

Industriji Kimiċi Parchin

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku Iranjan

23.6.2008

24.

Kumpannija ta' Industriji ta' l-Enerġija Pishgam (Pioneer)

 

Ħadet sehem fil-kostruzzjoni tal-fabbrika ta' konverżjoni ta' l-uranju f'Ispahan

23.6.2008

25.

Akkwist ta' Tagħmir għas-Sigurtà

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO involuta fil-programm ballistiku.

23.6.2008

26.

Grupp ta' Industriji Speċjali

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

23.4.2007

27.

Organizzazzjoni ta' Akkwist Statali (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL

23.6.2008

28.

Kumpannija TAMAS

 

It-TAMAS hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment, li l-Iran huwa rikjest li jissospendi mill-Bord u l-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-IAEA. It-TAMAS huwa korp ġenerali, li taħtu kienu mwaqqfin erba' sussidjarji, inkluża waħda li twettaq l-estrazzjoni sal-konċentrazzjoni ta' l-uranju u oħra inkarigata mill-ipproċessar, l-arrikkiment u l-iskart ta' l-uranju.

23.4.2007