20.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 130/24 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/379/PESK
tad-19 ta' Mejju 2008
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1). |
(2) |
Il-mandat ta' dik il-Missjoni kien estiż sa l-24 ta' Mejju 2008 bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/359/PESK (2). |
(3) |
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tkun estiża ulterjorment sa l-24 ta' Novembru 2008. |
(4) |
L-ammont ta' referenza finanzjarju pprovdut biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-25 ta' Mejju 2007 sa l-24 ta' Mejju 2008 għandu jkopri wkoll in-nefqa li ser issir matul il-perijodu li baqa' tal-Missjoni, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta' Mejju 2007 sa l-24 ta' Novembru 2008 għandu jkun ta' EUR 7 000 000.” |
(2) |
It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tiskadi fl-24 ta’ Novembru 2008.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28. L-Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata permezz ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/807/PESK (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 53)
(2) ĠU L 133, 25.5.2007, p. 51.