|
18.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 75/80 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/229/PESK
tas-17 ta’ Marzu 2008
li tememda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Mejju 2007 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK li tistabbilixxi Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1) għal perijodu ta’ 3 snin. Il-fażi operattiva ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN bdiet fil-15 ta’ Ġunju 2007. |
|
(2) |
L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst fl-Artikolu 13(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK għandu jiġi estiż biex ikopri l-perijodu sat-30 ta’ Settembru 2008, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata ma’ l-EUPOL AFGHANISTAN sat-30 ta’ Settembru 2008 għandu jkun ta’ EUR 43 600 000.”; |
|
(2) |
Il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-kumplament tas-sena 2008, kif ukoll għas-snin 2009 u 2010 għall-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkun deċiż mill-Kunsill.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33. Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2007/733/PESK (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 31).