30.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 288/4 |
DEĊIŻJONI Nru 1065/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ottubru 2008
li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE dwar it-tqabbil tal-kwalifiki tat-taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 150(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-politika Komunitarja dwar regolamentazzjoni aħjar tisħaq fuq l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-titjib tal-kompetittività ta’ l-impriżi u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona. |
(2) |
L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE (3) ma kinitx effettiva fil-ksib tat-tqabbil tal-kwalifiki professjonali għall-benefiċċju tal-ħaddiema li qed ifittxu impjieg fi Stat Membru ieħor. |
(3) |
Il-metodi u l-approċċ użati għad-deskrizzjoni u t-tqabbil tal-kwalifiki stipulati fid-Deċiżjoni 85/368/KEE huma differenti minn dawk applikati bħalissa fis-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 85/368/KEE ġiet issuperata bl-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (4). |
(5) |
Id-Deċiżjoni 85/368/KEE għandha għalhekk titħassar, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 85/368/KEE għandha titħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(1) ĠU C 162, 25.6.2008, p. 90.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Mejju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008.
(3) ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.