|
20.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 344/123 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Diċembru 2008
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8080)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2008/968/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Ġunju 1999 il-kumpanija Abbott Laboratories (issa Suntory Limited, il-Ġappun) għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Olanda biex iż-żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Montierella alpina jitqiegħed fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel. |
|
(2) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2005 il-korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tal-Olanda ħareġ ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tiegħu. F’dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li ż-żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina jista’ jintuża bla riskji fil-formuli tat-trabi u l-formuli għat-trabi prematuri. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fis-17 ta’ Novembru 2005. |
|
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fis-26 ta’ Ġunju 2007. |
|
(6) |
Fl-10 ta’ Lulju 2008, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti djetetiċi, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sikurezza taż-‘żejt fungali minn Mortierella alpina’.” |
|
(7) |
Fl-opinjoni l-EFSA waslet għall-konklużjoni li ż-żejt fungali minn Mortierella alpina huwa sors bla riskji tal-aċtu arakidoniku biex jintuża fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment. |
|
(8) |
L-Anness I u l-Anness II tad-Direttiva tal-Kummissjoni (2006/141/KE) dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (2) tispeċifika r-regoli għaż-żieda ta’ aċti xaħmija poliinsaturati ta’ katina twila (20 u 22 atomu tal-karbonju) u b’mod partikolari aċtu arakidoniku għall-formoli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment. |
|
(9) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li ż-żejt fungali minn Mortierella alpina huwa konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Żejt fungali minn Mortierella alpina kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment kif definit fl-Art. 2 tad-Direttiva 2006/141/KE u f’formuli għal trabi prematuri.
Iż-żieda taż-żejt fungali minn Mortierella alpina mal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment għandha tkun limitata mill-kontenut tagħha ta’ aċtu arikodoniku skont ir-regoli speċifikati fl-Anness I, 5.7 u l-Anness II, 4.7 tad-Direttiva 2006/141/KE. L-użu tiegħu fil-formuli għat-trabi prematuri għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE (3) tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari.
Artikolu 2
Id-desinjazzjoni tal-ingredjent tal-ikel ġdid awtorizzat minn din id-Deċiżjoni fuq it-tikketta tal-oġġett tal-ikel li l-ingredjent jinsab fih għandha tkun “żejt minn Mortierella alpina”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Beverage & Food Company, Suntory Limited, 2-4-1 Shibakoen Minato-ku, Tokyo, il-Ġappun.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ ŻEJT GĦANI BL-AĊTU ARAKIDONIKU MINN MORTIERELLA ALPINA
Deskrizzjoni
Iż-żejt għani bl-aċtu arakidoniku isfar ċar jinkiseb mill-fermentazzjoni tal-faqqiegħa Mortierella alpina bl-użu ta’ dqiq tas-sojja u żejt tas-sojja bħala sottostrati.
Speċifikazzjonijiet ta’ żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina
|
Aċtu arakidoniku |
≥ 40 % |
|
Valur ta’ perossidu |
≤ 5 meq/kg |
|
Valur tal-aċtu |
≤ 0.2 mg KOH/g |
|
Valur ta’ anisidin |
≤ 20 |
|
Aċti xaħmija liberi |
≤ 0.2 % |
|
Sustanza insaponifikabbli |
≤ 1 % |
|
Kulur (Lovibond bittija ta’ 50.8 mm) isfar |
≤ 50 |
|
Kulur (Lovibond bittija ta’ 50.8 mm) aħmar |
≤ 10 |