|
20.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 344/112 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Diċembru 2008
dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2009 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7667)
(Il-verżjonijiet bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2008/965/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 32(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jitwettqu b’mod effiċjenti u l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ fi ħdan ċerti limiti ta’ żmien. |
|
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2009. |
|
(5) |
Skont dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula biex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-atti li ġejjin:
|
|
(6) |
L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (19), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju, l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-EAGF għandhom jiġu mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 92/35/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 101 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 35 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-marda Afrikana taż-żwiemel.
Artikolu 2
Għall-marda ta’ Newcastle, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratory, Agency (VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 88 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 3
Għall-marda li ttella’ nfafet żgħar fil-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 125 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 4
Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja, lill-Università Teknika tad-Danimarka, l-Istitut Nazzjonali Veterinarju, id-Dipartiment tat-Tjur, Ħut u Annimali bis-suf, Aarhus, id-Danimarka, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness C tad-Direttiva 93/53/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 255 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 5
Għall-marda tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, biex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 105 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 6
Għas-seroloġija ta’ l-idrofobija, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, fi Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 205 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 7
Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II(B) tad-Direttiva 2000/75/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 298 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 8
Għad-deni klassiku tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 215 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 9
Għall-marda Afrikana tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dak iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 208 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 43 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-marda Afrikana taż-żwiemel.
B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fl-ewwel paragrafu se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal wieħed mill-workshops tiegħu msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, tal-Kunsill tar-Riċerka tax-Xjenzi Bijoteknoloġiċi u Bijoloġiċi (BBSRC), Pirbright, fir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 300 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 11
Biex jikkollabora ħalli ġġib l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru INTERBULL, Dipartiment tat-Tagħmir tal-Annimali u tal-Ġenetika, l-Università Svediża tax-Xjenzi Agrikoli, Uppsala, l-Iżvezja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 91 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 12
Għall-bruċellosi, l-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 246 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 28 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bruċellosi.
Artikolu 13
Għall-influwenza tat-tjur, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratory, Agency (VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva 2005/94/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 400 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 14
Għall-mard tal-krustaċeji, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 95 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 15
Għall-mard ekwin għajr għal Marda Afrikana taż-Żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie equine, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 180/2008.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 515 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 40 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-mard ekwin.
Artikolu 16
Għar-rabja, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) 737/2008.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 285 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar ir-rabja.
Artikolu 17
Għat-tuberkulożi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) of the Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) 737/2008.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 205 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-tuberkolosi.
Artikolu 18
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
— |
Għall-mard Afrikan taż-żwiemel, Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. De Algete km. 8, Valdeolmos, 281100, Algete (Madrid), Spanja; Is-Sinjura Concepcion Gómez Tejedor, tel.. 34 916 29 03 00 |
|
— |
Għall-mard Newcastle: Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit; Is-Sur Ian Brown, tel.. 44 1932 35 73 39 |
|
— |
Għall-marda tal-infafet fil-ħnieżer: AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit Is-Sur D.J. Paton, tel.. 44 7900 16 20 31 |
|
— |
Għall-mard tal-ħut: l-Università Teknika tad-Danimarka, l-Istitut Nazzjonali Veterinarju, id-Dipartiment tat-Tjur, Ħut u Annimali bis-suf, Hangovej 2, 8200-Aarhus, id-Danimarka; Is-Sur Kristian Møller, tel.. 45 72 34 61 89 |
|
— |
Għall-mard tal-molluski bivalvi: IFREMER, B.P. 133 17390 La Tremblade, Franza; Is-Sinjura Isabelle Arzul, tel.. 33 54 67 62 647 |
|
— |
Għas-seroloġija tar-rabja: AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, F-54220 Malzéville, Franza; Is-Sinjura Florence Cliquet, tel.. 33 383 29 89 50 |
|
— |
Għall-bluetongue: AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit Is-Sur D.J. Paton, tel.. 44 7900 16 20 31 |
|
— |
Għad-deni klassiku tal-ħnieżer: L-Istitut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15, D-3000 Hannover, il-Ġermanja; Is-Sur Peter Joppe, tel.. 495-11 953 80 20 |
|
— |
Għad-deni tal-ħnieżer Afrikan: Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja; Is-Sinjura Marisa Arias, tel.. 34 600 31 51 89 |
|
— |
Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer: AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit Is-Sur D.J. Paton, tel.. 44 7900 16 20 31 |
|
— |
Biex jikkollabora ħalli jġib l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini: iċ-Ċentru INTERBULL, Dipartiment tat-Tagħmir tal-Annimali u tal-Ġenetika SLU, Università tax-Xjenzi Agrikoli, Kaxxa: 7023; S-75007 Uppsala, l-Iżvezja. Is-Sur João Walter Dürr, tel.. 46-18 67 20 98 |
|
— |
Għall-bruċellożi: AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza; Is-Sur Bruno Garin-Bastuji, tel.. 33 607 94 26 31 |
|
— |
Għall-influwenza tat-Tjur: Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit; Is-Sur Ian Brown, tel.. 44 1932 35 73 39 |
|
— |
Għall-mard tal-krustaċeji: Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (Cefas), Weymouth Laboratory, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, Ir-Renju Unit. Is-Sur David Grant Stentiford, tel.. 44 1305 20 67 22 |
|
— |
Għall-mard ekwin: AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza; Is-Sur Stéphan Zientara, tel.. 33 143 96 72 80 |
|
— |
Għas-seroloġija tar-rabja: AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, F-54220 Malzéville, Franza; Is-Sinjura Florence Cliquet, tel.. 33 383 29 89 50 |
|
— |
Għat-tuberkolożi: VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja; Is-Sinjura Alicia Aranaz, tel. 34 913 94 39 92 |
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, il-verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1
(3) ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.
(4) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.
(6) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
(7) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23.
(8) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.
(9) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(10) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(11) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
(12) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(13) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.
(14) ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.
(15) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(16) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(17) ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.