12.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 334/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Diċembru 2008
dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8028)
(2008/938/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw ċerti rekwiżiti stabbiliti skond l-Artikoli 8 u 9 tiegħu. |
(2) |
Kull pajjiż li qed jiżviluppa li jixtieq jibbenefika minn dan l-arranġament ta’ inċentiv speċjali kellu jibgħat talba dwar dan sal-31 ta’ Ottubru 2008, flimkien mat-tagħrif komprensiv dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-leġislazzjoni u l-miżuri li jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet u l-impenn tiegħu li jaċċetta u jikkonforma bis-sħiħ mal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza u reviżjoni previst fil-konvenzjonijiet rilevanti u strumenti relatati. Biex jingħata dak li jkun talab, il-pajjiż li qed jagħmel it-talba jrid jitqies ukoll bħala pajjiż vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, u stabbiliet il-lista finali ta’ pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Skond dan, l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għandu jingħata lil dawn il-pajjiżi bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2011. |
(4) |
Skond l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, l-ilħuq tal-kriterji li huma wkoll is-suġġett tal-investigazzjonijiet pendenti fir-rigward tas-Sri Lanka (2) u El Salvador (3), li nbdew mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 (4) qed jiġi eżaminat waqt li qed isiru dawn l-investigazzjonijiet. |
(5) |
Il-pubblikazzjoni f’waqtha ta’ din id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-obbligu skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, biex jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jelenka l-pajjiżi li jibbenefikaw minn arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba sa mill-1 ta’ Jannar 2009, jintlaħaq. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġejjin għandhom jibbenefikaw mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba stipulat fir-Regolament (KE) Nru 732/2008 mill-1 ta’ Jannar 2009 għall-31 ta’ Diċembru 2011:
(AM) |
l-Armenja |
(AZ) |
l-Ażerbajġan |
(BO) |
il-Bolivja |
(CO) |
il-Kolombja |
(CR) |
il-Kosta Rika |
(EC) |
l-Ekwador |
(GE) |
Il-Ġorġja |
(GT) |
il-Gwatemala |
(HN) |
il-Ħonduras |
(LK) |
is-Sri Lanka |
(MN) |
il-Mongolja |
(NI) |
in-Nikaragwa |
(PE) |
il-Perù |
(PY) |
il-Paragwaj |
(SV) |
El Salvador |
(VE) |
il-Venezwela |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil: ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Ażerbajġan, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kolombja, ir-Repubblika tal-Kosta Rika, ir-Repubblika tal-Ekwador, ir-Repubblika ta’ El Salvador, il-Ġorġja, ir-Repubblika tal-Gwatemala, ir-Repubblika tal-Ħonduras, il-Mongolja, ir-Repubblika tan-Nikaragwa, ir-Repubblika tal-Paragwaj, ir-Repubblika tal-Perù, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka u r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.
Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 277, 18.10.2008, p. 34.
(3) ĠU L 108, 18.4.2008, p. 29.
(4) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.