11.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Diċembru 2008
dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7637)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/934/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li jkunu diġà fis-suq sentejn wara n-notifika, waqt li dawk is-sustanzi jkunu qed jiġu investigati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi għall-valutazzjoni, bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi nnumerati fl-Anness għal din id-Direttiva. |
(3) |
Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, in-notifikaturi kkonċernati rtirtaw volontarjament l-appoġġ tal-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi, skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. |
(4) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri relaturi u l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra u waslet għall-konklużjoni li l-Artikoli 11b u 11f ma japplikawx. Konsegwentement, japplika l-Artikolu 11. |
(5) |
Għalhekk, is-sustanzi attivi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(6) |
Billi n-noninklużjoni ta’ dawn is-sustanzi mhix ibbażata fuq il-preżenza ta’ indikazzjonijiet ċari ta’ effetti dannużi kif stipulat fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu l-awtorizzazzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2010, skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. |
(7) |
Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi elenkati, għandu jiġi limitat għal perjodu ta’ 12-il xahar biex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux aktar minn staġun ta’ tkabbir wieħed ieħor. |
(8) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta’ applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (4), skont il-proċedura aċċellerata stipulata fl-Artikoli 13 sa 22 ta’ dak ir-Regolament. |
(9) |
Dik il-proċedura tippermetti li n-notifikaturi li s-sustanza tagħhom ma ġietx inkluża minħabba li ġiet irtirata, jagħmlu applikazzjoni ġdida billi jibagħtu biss id-dejta addizzjonali meħtieġa għall-indirizzar tal-kwistjonijiet speċifiċi li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tan-noninklużjoni. In-notifikatur irċieva l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni li jidentifika dik id-dejta. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanza waħda jew iktar minn dawk fl-Anness.
Artikolu 3
Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
ANNESS
Lista ta’ sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1
Sustanza Attiva |
Abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni mgħoddi lin-notifikatur fi |
Acetochlor |
fl-14 ta’ Diċembru 2005. |
Acrinathrin |
fit-8 ta’ Ottubru 2007. |
Asulam |
fit-28 ta’ Lulju 2006. |
Bitertanol |
fit-23 ta’ Marzu 2006. |
Bupirimate |
fis-7 ta’ Awwissu 2007. |
Carbetamide |
fil-31 ta’ Awwissu 2006. |
Carboxin |
fit-28 ta’ Lulju 2006. |
Chloropicrin |
fid-19 ta’ April 2006. |
Clethodim |
fid-19 ta’ April 2006. |
Cycloxydim |
fit-28 ta’ Frar 2007. |
Cyproconazole |
fil-15 ta’ Settembru 2006. |
Dazomet |
fit-8 ta’ Ottubru 2007 |
Diclofop-methyl |
fl-10 ta’ Settembru 2007. |
Diethofencarb |
fl-24 ta’ Ottubru 2007. |
Dithianon |
fil-5 ta’ Frar 2007. |
Dodine |
fid-29 ta’ Marzu 2007. |
Ethalfluralin |
fl-4 ta’ Ottubru 2007. |
Etridiazole |
fis-7 ta’ Awwissu 2007. |
Fenazaquin |
fit-23 ta’ Ġunju 2006. |
Fenbuconazole |
fit-12 ta’ Mejju 2006. |
Fenbutatin oxide |
fl-20 ta’ April 2007. |
Fenoxycarb |
fl-4 ta’ Ottubru 2007. |
Fluazifop-P |
fl-10 ta’ Settembru 2007. |
Flufenoxuron |
fit-8 ta’ Novembru 2007. |
Fluometuron |
fil-31 ta’ Awwissu 2007. |
Fluquinconazole |
fit-22 ta’ Diċembru 2005. |
Flurochloridone |
fis-27 ta’ Ottubru 2006. |
Flutriafol |
fid-9 ta’ Novembru 2006. |
Guazatine |
fit-8 ta’ Novembru 2007. |
Hexythiazox |
fit-18 ta’ Mejju 2006. |
Hymexazol |
fit-8 ta’ Ottubru 2007 |
Isoxaben |
fid-9 ta’ Novembru 2006. |
Metaldehyde |
fl-1 ta’ Settembru 2006. |
Metosulam |
fit-8 ta’ Ottubru 2007. |
Myclobutanil |
fid-29 ta’ Marzu 2006. |
Oryzalin |
fl-4 ta’ Ottubru 2007. |
Oxyfluorfen |
fl-4 ta’ Ottubru 2007. |
Paclobutrazol |
fis-7 ta’ Diċembru 2006. |
Pencycuron |
fl-1 ta’ Ġunju 2006. |
Prochloraz |
fit-18 ta’ Ġunju 2007. |
Propargite |
fit-8 ta’ Ottubru 2007. |
Pyridaben |
fis-7 ta’ Awwissu 2007. |
Quinmerac |
fis-6 ta’ Lulju 2007. |
Sintofen |
fit-8 ta’ Novembru 2007. |
tau-Fluvalinate |
fit-18 ta’ Ġunju 2007. |
Tebufenozide |
fid-9 ta’ Ġunju 2006. |
Tefluthrin |
fl-4 ta’ Mejju 2007. |
Terbuthylazine |
fit-8 ta’ Ottubru 2007. |
Thiobencarb |
fil-21 ta’ Lulju 2006. |