2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2008

li tapprova programmi annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7415)

(2008/897/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonosi.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja Komunitarja biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonosi elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) ssostitwiet l-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni b’dispożizzjoni ġdida. Permezz ta’ miżuri transizzjonali, id-Deċiżjoni 2006/965/KE stipulat li l-programmi għal-lewkożi bovina enżootika u għall-marda ta’ Aujeszky jistgħu jkomplu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (3) tipprevedi li sabiex ikunu approvati taħt il-miżuri previsti fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jipprovdi għal programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trassmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (5) tipprovdi wkoll għal programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu rigward ta’ tjur u għasafar selvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid impost għall-għasafar selvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ jeħtieġu jiġu approvati wkoll.

(7)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati għall-prevenzjoni ta’ żoonosijiet, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(8)

Fl-2008, ċerti programmi pluriannwali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali kienu approvati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/782/KE (6). L-impenn tan-nefqa għal dawn il-programmi pluriannwali kien adottat skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7). L-ewwel impenn tal-baġit għal dawn il-programmi sar wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn annwali sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fil-funzjoni tat-twettiq tal-programm għas-sena preċedenti, abbażi ta’ deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(5) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(9)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll it-(tieni) sena sussegwenti tal-programmi pluriannwali approvati fl-2008, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi nstabu li jikkonformaw mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(10)

Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u pluriennali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u l-pubbliku, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tat-TSE u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata addatta ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għar-rimborż tal-ispejjeż li ser isiru mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li hemm referenza għalihom f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (8) tipprevedi li l-Istati Membri magħrufin li huma infettati b’marda waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-Parti II tal-Anness IV ta’ din id-Direttiva għandhom ifasslu programmi ta’ eradikazzjoni għal dan il-mard.

(12)

L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (9) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom ifasslu programmi operattivi biex jimplimentaw il-politiki u l-prijoritajiet li għandhom ikunu ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għas-Sajd. L-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi li l-Komunità tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard fl-akkwakultura taħt it-termini tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE, l-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi f’dawn il-programmi operattivi għall-eradikazzjoni tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura li hemm referenza għalih fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(13)

Ċerti Stati Membri fasslu programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi, elenkat kemm fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE kif ukoll fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Dawn il-programmi kienu vvalutati teknikament mill-Kummissjoni u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(14)

Sabiex ikun hemm tmexxija aħjar, użu aktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u trasparenza mtejba, hu wkoll meħtieġ li għal kull programm tiġi stabbilita (ħlief għal programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi li għalihom se tkun stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja wara l-approvazzjoni teknika tagħhom), fejn adatt, spiża medja li għandha tiġi rimborżata lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż, bħat-testijiet użati fl-Istati Membri u l-kumpens lis-sidien għat-telf tagħhom dovut għall-qtil jew għall-qtil sanitarju ta’ annimali.

(15)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (10), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

(17)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandu jkun espress f’euros. Skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ir-rata tal-kambju għall-infiq f’munita barra l-euro għandha tkun l-aktar rata tal-kambju reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(18)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

PROGRAMMI ANNWALI

Artikolu 1

Bruċellożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Malta, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi u x-xiri ta’ dożijiet ta’ vaċċini, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 100 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 3 000 000 għal Spanja;

(c)

EUR 5 000 000 għall-Italja;

(d)

EUR 77 000 għal Ċipru;

(e)

EUR 20 000 għal Malta;

(f)

EUR 1 400 000 għall-Portugall;

(g)

EUR 2 000 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1, bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test għar-rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għal test SAT

EUR 0,2 għal kull test;

(c)

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

EUR 0,4 għal kull test;

(d)

għal test ELISA

EUR 1 għal kull test;

(e)

għal annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 2

Tuberkolożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkolożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Polonja u l-Portugall huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq ta’ testijiet għat-tuberculin u l-gamma-interferon u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 2 000 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 5 000 000 għal Spanja;

(c)

EUR 2 700 000 għall-Italja;

(d)

EUR 1 100 000 għall-Polonja;

(e)

EUR 1 000 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test għat-tuberculin

EUR 1 għal kull test;

(b)

għal test gamma-interferon

EUR 5 għal kull test;

(c)

għal annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 3

Bruċellożi ovina u kaprina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għax-xiri ta’ vaċċini, l-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 250 000 għall-Greċja;

(b)

EUR 4 500 000 għal Spanja;

(c)

EUR 4 000 000 għall-Italja;

(d)

EUR 75 000 għal Ċipru;

(e)

EUR 1 100 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test għar-rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għal test ta’ fissazzjoni kumplemetari

EUR 0,4 għal kull test;

(c)

għal annimali maqtula

EUR 50 għal kull annimal.

Artikolu 4

Il-bluetongue f’żoni endemiċi jew ta’ riskju għoli

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju għal sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u x-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 200 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 5 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 790 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 840 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 4 100 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 1 000 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 50 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 16 100 000 għal Spanja;

(j)

EUR 19 100 000 għal Franza;

(k)

EUR 9 000 000 għall-Italja;

(l)

EUR 70 000 għal-Latvja;

(m)

EUR 50 000 għal-Litwanja;

(n)

EUR 220 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 500 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 5 000 għal Malta;

(q)

EUR 2 100 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 1 500 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 500 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 3 200 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 250 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 250 000 għas-Slovenja;

(w)

EUR 50 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 370 000 għall-Isvezja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA EUR 2,5 għal kull test;

(b)

għal test PCR EUR 10 għal kull test;

(c)

Għal xiri ta’ vaċċini EUR 0,3 kull doża.

Artikolu 5

Salmonellożi (zoonotic salmonella) f’qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f’qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u tas-serjotipar fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens lis-sidien għall-valur tat-tjur maqtula u għall-bajd meqrud, ix-xiri ta’ dożijiet ta’ vaċċini u t-testijiet f’laboratorju biex tkun ivverifikata l-effikaċja tad-diżinfettazzjoni u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 850 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 30 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 1 400 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 75 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 25 000 għall-Estonja;

(f)

EUR 600 000 għall-Ġermanja;

(g)

EUR 40 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 550 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 4 750 000 għal Spanja;

(j)

EUR 3 250 000 għal Franza;

(k)

EUR 1 100 000 għall-Italja;

(l)

EUR 76 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 270 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 16 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 1 450 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 110 000 għal Malta;

(q)

EUR 1 700 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 525 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 1 550 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 500 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 450 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 625 000 għas-Slovakja;

(w)

EUR 25 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 20 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni)

EUR 5,0 għal kull test;

(b)

għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin

EUR 0,05 għal kull doża;

(c)

għas-serotipar ta’ iżolati rilevanti ta’ Salmonella spp.

EUR 20 għal kull test;

(d)

għall-analiżi biex tkun ivverifikata l-effiċjenza tal-użu ta’ diżinfettanti

EUR 5,0 għal kull test;

(e)

għall-qtil sanitarju ta’ tajra għat-trobbija tat-tip Gallus gallus,

EUR 3,5 għal kull tajra;

(f)

għall-qtil sanitarju ta’ tajra għall-bajd tat-tip Gallus gallus,

EUR 1,5 għal kull tajra.

Artikolu 6

Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali

1.   Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:

(a)

Deni klassiku tal-majjali ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(b)

Deni Afrikan tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b’dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta’ majjali domestiċi u ħnieżer selvaġġi u għal programmi ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, ir-Rumanija u s-Slovakja wkoll bir-rata ta’ 50 % għall-ispejjeż li ser isiru għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċini flimkien ma’ lixka għall-vaċċinazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi u, għar-Rumanija, għal-vaċċinazzjoni tal-majjali domestiċi wkoll, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 200 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 800 000 għall-Ġermanja;

(c)

EUR 550 000 għal Franza;

(d)

EUR 100 000 għall-Italja;

(e)

EUR 350 000 għall-Ungerija;

(f)

EUR 5 000 għal-Lussemburgu;

(g)

EUR 2 500 000 għar-Rumanija;

(h)

EUR 30 000 għas-Slovenja;

(i)

EUR 550 000 għas-Slovakja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu l-EUR 2,5 għal kull test.

Artikolu 7

Marda vażikolari tal-majjali

1.   Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda vażikolari tal-majjali ppreżentat mill-Italja hu b’dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża tat-testijiet f’laboratorju u ma għandhiex taqbeż l-EUR 500 000.

Artikolu 8

Influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar salvaġġi

1.   Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru għall-ispejjeż biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u somma f’ammont wieħed għat-teħid ta’ kampjuni tal-għasafar selvaġġi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 90 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 70 000 għall-Bulgaria;

(c)

EUR 60 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 200 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 500 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 7 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 60 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 70 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 350 000 għal Spanja;

(j)

EUR 200 000 għal Franza;

(k)

EUR 550 000 għall-Italja;

(l)

EUR 15 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 30 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 40 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 180 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 7 000 għal Malta;

(r)

EUR 500 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 50 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 80 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 200 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 400 000 għar-Rumanija;

(w)

EUR 55 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 50 000 għas-Slovakja;

(y)

EUR 35 000 għall-Finlandja;

(z)

EUR 280 000 għall-Isvezja;

(za)

EUR 380 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

test ELISA:

EUR 1 għal kull test;

(b)

test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 1,2 għal kull test;

(c)

test HI għal H5/H7:

EUR 12 għal kull test;

(d)

test għall-iżolament ta’ vajrus:

EUR 30 għal kull test;

(e)

test PCR:

EUR 15 għal kull test;

(f)

teħid ta’ kampjuni ta’ għasafar fis-selvaġġ:

EUR 20 kull kampjun.

Artikolu 9

Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie

1.   Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għat-twettiq ta’ testijiet rapidi u testijiet diskriminatorji molekulari primarji u bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża li ser issir minn kull Stat Membru għall-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula u meqruda skond il-programmi għall-eradikazzjoni tagħhom tal-iscrapie u bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża tal-analiżi ta’ kampjuni għall-ġenotipar, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 850 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 750 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 920 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 1 850 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 8 900 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 220 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 5 400 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 2 000 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 7 400 000 għal Spanja;

(j)

EUR 12 600 000 għal Franza;

(k)

EUR 4 100 000 għall-Italja;

(l)

EUR 1 800 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 230 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 530 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 105 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 990 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 24 000 għal Malta;

(r)

EUR 2 900 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 1 150 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 3 340 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 1 300 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 1 300 000 għar-Rumanija;

(w)

EUR 250 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 860 000 għas-Slovakja;

(y)

EUR 750 000 għall-Finlandja;

(z)

EUR 900 000 għall-Isvezja;

(za)

EUR 5 900 000 għar-Renju Unit.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u għall-annimali maqtula u l-ammont massimu bħala medja ma għandux jaqbeż:

(a)

EUR 5 għal kull test, għal testijiet imwettqa fuq annimali bovini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

EUR 30 għal kull test, għal testijiet imwettqa fuq annimali ovini u kaprini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

EUR 50 għal kull test, għal testijiet imwettqa fuq annimali ċervidi msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(d)

EUR 175 għal kull test, għal testijiet diskriminatorji molekulari primarji mewttqa kif imsemmi fil-punt 3.2(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(e)

EUR 10 għal kull test ta’ ġenotipar;

(f)

EUR 500 għal kull annimal bovin;

(g)

EUR 70 għal kull nagħġa jew mogħża maqtula.

Artikolu 10

Idrofobija

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċin flimkien ma’ nases għall-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 790 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 1 100 000 għal-Litwanja;

(c)

EUR 780 000 għall-Ungerija;

(d)

EUR 270 000 għall-Awstrija;

(e)

EUR 4 450 000 għall-Polonja;

(f)

EUR 500 000 għar-Rumanija;

(g)

EUR 470 000 għas-Slovakja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tal-kxif tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test.

Artikolu 11

Lewkożi bovina enżootika

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-lewkożi bovina enżootika ppreżentati mill-Estonja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 15 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 20 000 għal-Litwanja;

(c)

EUR 500 000 għal Malta;

(d)

EUR 800 000 għall-Polonja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

għal test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 0,5 għal kull test;

(c)

għal annimal maqtul

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 12

Il-Marda ta’ Aujeszky

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentati minn Spanja, l-Ungerija u l-Polonja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru mill-Istat Membru kkonċernat għall-ispiża ta’ testijiet f’laboratorju, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 800 000 għal Spanja;

(b)

EUR 80 000 għall-Ungerija;

(c)

EUR 2 500 000 għall-Polonja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu EUR 1 għal kull test ELISA.

KAPITOLU II

PROGRAMMI PLURIANNWALI

Artikolu 13

Idrofobija

1.   It-tieni sena tal-programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja u l-Finlandja hija b’dan il-mezz approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru mill-Istat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’ testijiet f’laboratorju u għax-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċin u nases għall-programmi u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 600 000 għar-Repubblika Ċeka;

(b)

EUR 325 000 għall-Ġermanja;

(c)

EUR 1 000 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 1 100 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 370 000 għas-Slovenja;

(f)

EUR 100 000 għall-Finlandja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istat Membru kkonċernat għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tal-kxif tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test.

4.   L-ammonti li għandhom ikunu impenjati għas-snin ta’ wara għandhom ikunu deċiżi matul it-twettiq tal-programm fl-2009. Hawn taħt qiegħda tingħata indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f’euro):

Stat Membru

2010

2011

2012

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

 

Il-Ġermanja

 

 

 

Il-Latvja

1 250 000

 

 

Il-Finlandja

100 000

 

 

L-Estonja

1 250 000

1 250 000

 

Is-Slovenja

350 000

350 000

350 000

Artikolu 14

Il-Marda ta’ Aujeszky

1.   It-tieni sena tal-programm pluriannwali għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentat mill-Belġju hija b’dan il-mezz approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża li se ssir mill-Belġju biex iwettaq testijiet f’laboratorju u ma għandhiex taqbeż l-EUR 175 000.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Belġju għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu EUR 1 għal kull test ELISA.

Artikolu 15

Lewċożi bovina enżootika

1.   It-tieni sena tal-programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni tal-lewċożi bovina enżootika ppreżentati mill-Italja, il-Latvja u l-Portugall hija b’dan il-mezz approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet f’laboratorju u kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 800 000 għall-Italja;

(b)

EUR 55 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 350 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

għal test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 0,5 għal kull test;

(c)

għal annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

4.   L-ammonti li ser ikunu impenjati għall-2010 għandhom ikunu deċiżi matul it-twettiq tal-programm fl-2009. Hawn taħt qiegħda tingħata indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f’euro):

(a)

EUR 800 000 għall-Italja;

(b)

EUR 55 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 350 000 għall-Portugall.

Artikolu 16

Mard f’annimali akkwatiċi

Il-programm pluriannwali għall-eradikazzjoni tas-septiċemija emorroġika virali (VHS) ippreżentat mid-Danimarka u l-programm għall-eradikazzjoni tal-marda tal-vajrus koi herpes (KHV) ippreżentat mill-Ġermanja huma b’dan il-mezz approvati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċmebru 2013.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 17

Il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula minħabba raġunijiet sanitarji jew maqtula u l-prodotti meqrudin għandu jingħata fi żmien 90 jum wara l-qtil jew qtil sanitarju tal-annimal jew il-qerda tal-prodotti jew wara l-preżentazzjoni tat-talba kompluta mis-sid.

L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 (11) għandu japplika għal pagamenti ta’ kumpens magħmula barra d-90 jum.

Artikolu 18

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

2.   Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f’valuta li ma tkunx l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f’euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentral Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 19

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16 għandha tingħata diment li l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw il-programmi skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, inklużi regoli tal-kompetizzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi;

(b)

mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16;

(c)

jgħaddu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2009, ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, skond l-Artikolu 24(7) (a) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet mikxufa waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar selvaġġi permezz tas-sistema on-line tal-Kummissjoni, kull tliet xhur, billi jgħaddu dawn ir-riżultati f’perijodu ta’ erba’ ġimgħat wara tmiem ix-xahar kopert mir-rapport;

(e)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, jgħaddu rapport finali lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2010 dwar it-twettiq tekniku tal-programm akkumpanjati minn xhieda ġustifikattiva rigward l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati milħuqa waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009;

(f)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, jimplimentaw il-programm b’mod effiċjenti;

(g)

ma jippreżentawx, għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet Komunitarji oħra għal dawk il-miżuri, u preċedentement ma ppreżentawx talbiet bħal dawn.

2.   Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.

Artikolu 20

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 21

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)   ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22.

(3)   ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(4)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)   ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29.

(7)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(9)   ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(10)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(11)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.