|
28.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 318/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Novembru 2008
li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE, 2005/344/KE u 2005/360/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6941)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/889/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord għall-Ittikkettjar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE tad-9 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-bozoz tal-elettriku u li temenda d-Deċiżjoni 1999/568/KE (2) tiskadi fit-28 ta’ Frar 2009. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE tad-29 ta’ Novembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni għall-ħasil tal-platti u li temenda d-Deċiżjoni 1999/427/KE (3) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE tat-23 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn [titlu mhux uffiċjali] (4) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE tat-23 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti tat-tindif in ġenerali u għall-prodotti tat-tindif tal-faċilitajiet sanitarji (5) [titlu mhux uffiċjali] tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE tas-26 ta’ April 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti tal-valutazzjoni u verifika għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal-lubrikanti [titlu mhux uffiċjali] (6) tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2009. |
|
(6) |
B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, stabbiliti b’dawk id-Deċiżjonijiet. |
|
(7) |
Minħabba l-istadji differenti tal-proċess ta’ reviżjoni ta’ dawn id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti jittawwal b’perjodu ta’ 24 xahar għad-Deċiżjonijiet 2003/31/KE, 2005/342/KE u 2005/344/KE, u b’perjodu ta’ 14-il xahar għad-Deċiżjoni 2002/747/KE u għad-Deċiżjoni 2005/360/KE. |
|
(8) |
Peress li l-obbligu ta’ analiżi previst fir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jikkonċerna biss il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE, 2005/344/KE u 2005/360/KE jibqgħu fis-seħħ. |
|
(9) |
Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE 2005/344/KE u 2005/360/KE għandhom jiġu emendati skond dan. |
|
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/747/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-bozoz tal-elettriku, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sat-30 ta’ April 2010.”
Artikolu 2
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/31/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tad-‘deterġenti għall-magni għall-ħasil tal-platti’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2010.”
Artikolu 3
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/342/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tad-‘deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2010.”
Artikolu 4
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/344/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ ‘prodotti tal-’prodotti tat-tindif in ġenerali u l-prodotti tat-tindif tal-faċilitajiet sanitarji’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2010.”
Artikolu 5
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/360/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-‘lubrikanti’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Lulju 2010.”
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
(2) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44.