26.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 316/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta' Novembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2003/63/KE li tawtorizza lill-Istati Membri jipprovdu derogi temporanji mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward patata, barra minn patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina minn ċerti provinċji ta’ Kuba
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6950)
(2008/882/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b′mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2000/29/KE, patata, minbarra dik maħsuba għat-tħawwil, li toriġina minn Kuba ma tistax tiġi introdotta fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola sakemm ma jkunx hemm riskju ta' tixrid ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/63/KE (2), tistipula deroga għall-importazzjoni ta' patata, ħlief patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina f'ċerti provinċji ta' Kuba, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet speċifiċi. |
(3) |
Ir-Renju Unit talab għal estensjoni ta’ din id-deroga. |
(4) |
Is-sitwazzjoni li tiġġustifika dik id-deroga baqgħet ma nbidlitx u d-deroga għandha għalhekk tkompli tapplika. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/63/KE għandha għalhekk tkun emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2003/63/KE qed jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 3
L-Artikolu 1 għandu japplika għal patata, barra minn patata maħsuba għat-tħawwil, li tkun introdotta fil-Komunità, fil-perjodi:
(i) |
bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju 2009; |
(ii) |
bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju 2010; |
(iii) |
bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju 2011.” |
Artikolu 2
Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 24, 29.1.2003, p. 11.