31.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ottubru 2008
li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6269)
(2008/826/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun (2) tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprevedu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun, għal perjodi limitati u soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi. |
(2) |
Minħabba li ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni għadhom japplikaw u m’hemm ebda tagħrif ġdid li jagħti lok għal reviżjoni tal-kondizzjonijet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża. |
(3) |
Ir-Renju Unit talab estensjoni ta’ din id-deroga. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2002/887/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2002/887/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-ewwel paragrafu u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, “l-1 ta’ Awwissu 2007 u l-1 ta’ Awwissu 2008” jsiru “l-1 ta’ Awwissu 2009 u l-1 ta’ Awwissu 2010”; |
(2) |
It-tabella fl-Artikolu 4 tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 309, 12.11.2002, p. 8.