|
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta' Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5987)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/816/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Anness D (I) (E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista', fir-rigward tal-imrieħel bovini, jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi bovina enżootika, suġġett għal konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u mil-lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2). |
|
(3) |
Il-Polonja issa ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta' 29 reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (Voivodships) ta' Mazowieckie, Podlaskie u Warminsko-mazurskie biex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika fil-Polonja. |
|
(4) |
Wara valutazzjoni ta' dik id-dokumentazzjoni, dawk ir-reġjuni (powiaty) fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ta' dak l-Istat Membru. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata f'dan ir-rigward. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tieni parti li tikkonċerna l-Polonja hija mibdula b'dan li ġej:
“Fil-Polonja:
|
— |
Voivodship Dolnośląskie
|
|
— |
Voivodship Lubelskie
|
|
— |
Voivodship Kujawsko-Pomorskie
|
|
— |
Voivodship Łódzkie
|
|
— |
Voivodship Małopolskie
|
|
— |
Voivodship Mazowieckie
|
|
— |
Voivodship Opolskie
|
|
— |
Voivodship Podkarpackie
|
|
— |
Voivodship Podlaskie
|
|
— |
Voivodship Śląskie
|
|
— |
Voivodship Świętokrzyskie
|
|
— |
Voivodship Warmińsko-mazurskie
|
|
— |
Voivodship Wielkopolskie
|