|
16.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 275/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta’ Ottubru 2008
li tistipula għas-sena finanzjarja 2008 allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għall-Istati Membri, għal ċertu għadd ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5738)
(Huma awtentiċi biss it-testi bil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Ġermaniża, Griega, Franċiża, Taljana Ungeriża, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena u Slovakka)
(2008/799/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-regoli dwar ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-dwieli huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2). |
|
(2) |
Ir-regoli dettaljati dwar l-ippjanar finanzjarju u l-parteċipazzjoni fil-finanzjament tal-iskema tar-ristrutturar u konverżjoni, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1227/2000, jipprovdu li r-referenzi għal sena finanzjarja partikolari għandhom jikkorrispondu għall-ħlasijiet li effettivament isiru mill-Istati Membru bejn is-16 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ottubru tas-sena sussegwenti. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, kull sena l-Kummissjoni tagħmel allokazzjoni inizjali tal-krediti lill-Istati Membri, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, b’qies għas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet partikolari kif ukoll għall-isforzi li jridu jsiru fid-dawl tal-għan tal-iskema. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ffissat l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għas-sena finanzjarja 2007/2008 bid-Deċiżjoni 2007/719/KE (3). |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, għandha tiġi applikata penali meta l-ispejjeż reali ta’ Stat Membru għal kull ettaru jeċċedu dawk previsti fl-allokazzjoni inizjali. Għas-sena finanzjarja 2008, din il-penali tapplika għas-Slovakkja, għas-somma ta’ EUR 6 169. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-Istati Memrbi jistgħu jippreżentaw appplikazzjoni ulterjuri fil-qafas tas-sena finanzjarja kurrenti. Għas-sena finanzjarja 2008, dan kien il-każ għar-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Italja, l-Ungerija u r-Rumanija. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-applikazzjonijiet għal finanzjament ulterjuri nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jintlaqgħu pro rata, bl-użu tal-krediti disponibbli wara li mill-ammont totali allokat lill-Istati Membri titnaqqas is-somma, għall-Istati Membri kollha, tal-ammonti nnotifikati skont l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament imsemmi. Din id-dispożizzjoni tapplika għas-sena finanzjarja 2008 għar-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Italja, l-Ungerija u r-Rumanija. Ġaladarba t-talbiet għal finanzjament ulterjuri mressqa mill-Istati Membri huma anqas mill-ammont disponibbli għar-riallokazzjoni, setgħu jintlaqgħu t-talbiet tal-Istati Membri msemmija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għas-sena finanzjarja 2007/2008 għall-Istati Membri kkonċernati, fir-rigward ta’ ċertu numru ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, għall-perjodu tas-sena finanzjarja 2008, jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Bulgara, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Awstrijaka, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovena u r-Repubblika Slovakka.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
ANNESS
ALLOKAZZJONIJIET FINANZJARJI INIDIKATTIVI GĦALL-2007/2008
(sena finanzjarja 2008)
|
Stat Membru |
Il-medda (ettari) |
Allokazzjoni finanzjarja (EUR) |
|
Il-Bulgarija |
1 200 |
9 013 796 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
706 |
11 883 827 |
|
Il-Ġermanja |
1 406 |
12 097 072 |
|
Il-Greċja |
647 |
6 360 118 |
|
Spanja |
21 154 |
169 516 302 |
|
Franza |
8 977 |
69 071 668 |
|
L-Italja |
12 358 |
101 761 476 |
|
Ċipru |
150 |
2 131 684 |
|
Il-Lussemburgu |
5 |
38 001 |
|
L-Ungerija |
1 852 |
14 813 090 |
|
Malta |
3 |
38 157 |
|
L-Awstrija |
888 |
5 068 342 |
|
Il-Portugall |
2 711 |
23 511 590 |
|
Ir-Rumanija |
4 205 |
35 050 228 |
|
Is-Slovenja |
124 |
2 401 900 |
|
Is-Slovakkja |
228 |
863 646 |
|
TOTAL |
56 614 |
463 620 897 |