1.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 262/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2008

li tistabbilixxi, skond id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta' batteriji u akkumulaturi portabbli lil konsumaturi finali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5339)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/763/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1), u b'mod partikolari, il-punt (b) ta’ l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-bejgħ annwali ta' batteriji u akkumulaturi portabbli lil konsumaturi finali għandhom ikunu espressi bħala l-piż ta' batteriji u akkumulaturi portabbli mqiegħda fis-suq fit-territorju ta' l-Istat Membru fis-sena kkonċernata, b'esklużjoni ta' kwalunkwe batteriji u akkumulaturi portabbli li jkunu ħallew it-territorju ta' l-Istat Membru dik is-sena qabel inbiegħu lil konsumaturi finali.

(2)

L-Istati Membri għandhom jibbażaw il-kalkolu tal-bejgħ annwali ta' batteriji u akkumulaturi portabbli lil konsumaturi finali fuq l-informazzjoni miġbura. Stimi statistikament sinifikanti msejsa fuq l-informazzjoni miġbura tista' ukoll tintuża għall-kalkolu.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw il-bejgħ annwali ta' batteriji u akkumulaturi portabbli lil konsumaturi finali għal sena partikolari, bħala l-piż ta' batteriji u akkumulaturi portabbli mqiegħda fis-suq fit-territorju ta' l-Istat Membru fis-sena kkonċernata, b'esklużjoni ta' kwalunkwe batteriji u akkumulaturi portabbli li ħallew it-territorju ta' l-Istat Membru dik is-sena qabel inbiegħu lil konsumaturi finali.

2.   It-tqegħid fis-suq ta' kull batterija għandu jingħadd darba biss.

Artikolu 2

Il-kalkolu pprovdut fl-Artikolu 1 għandu jiġi msejjes fuq l-informazzjoni miġbura jew stimi statistikament sinifikanti abbażi ta' l-informazzjoni miġbura.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.