|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 247/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Settembru 2008
li taħtar membru Slovakk u membru supplenti Slovakk tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/727/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Slovakk,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara r-riżenja tas-Sur Milan MURGAŠ. Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar disponibbli wara l-ħatra tas-Sur Vladimír BAJAN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
|
(a) |
bħala membru: is-Sur Vladimír BAJAN, predseda Bratislavského samosprávneho kraja, (President tar-Reġjun Awto-Governanti ta’ Bratislava), (Bidla fil-Mandat) |
|
(b) |
bħala membru supplenti: Mr Milan MURGAŠ, predseda Banskobystrického samosprávneho kraja (President tar-Reġjun Awto-Governanti ta’ Banskà Bystrica). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.
Ghall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER