4.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 237/90


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/13/2008

tad-29 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni BiH/1/2004 dwar aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnija u Ħerżegovina u d-Deċiżjoni BiH/3/2004 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnija u Ħerżegovina

(2008/712/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà adotta d-Deċiżjoni BiH/1/2004 (1) fil-21 ta’ Settembru 2004 u d-Deċiżjoni BiH/3/2004 (2) fid-29 ta’ Settembru 2004.

(2)

B’segwitu għall-istedina tal-Ħonduras, il-Gwatemala, El Salvador u r-Repubblika Dominikana biex jipparteċipaw fl-operazzjoni ALTHEA, il-President tal-Kunsill Superjuri għall-Konferenza tal-Forzi Armati ta’ l-Amerika Ċentrali fl-ittra tiegħu tat-2 ta’ April 2008 ippreżenta offerta ta’ kontribuzzjoni f’isem dawn l-erba’ Stati.

(3)

B’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet tagħhom mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u l-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjonijiet mill-Ħonduras, il-Gwatemala, El Salvador u r-Repubblika Dominikana għandhom jiġu aċċettati.

(4)

B’segwitu għall-irtirar tal-kontribuzzjonijiet mill-Kanada, il-Marokk, in-New Zealand u n-Norveġja u wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li l-annessi għad-Deċiżjonijiet BiH/1/2004 u BiH/3/2004 jiġu riveduti ulterjorment.

(5)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Għalhekk, id-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament ta’ l-operazzjoni.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li stqarret li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implementazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet għall-“Isħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew strumenti ta’ ftehim bilaterali ta’ sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni BiH/1/2004 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

L-Albanija

L-Arġentina

Iċ-Ċilì

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

El Salvador

Il-Gwatemala

Il-Ħonduras

Ir-Repubblika Dominikana

L-Iżvizzera

It-Turkija”.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni BiH/3/2004 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

L-Albanija

L-Arġentina

Iċ-Ċilì

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

El Salvador

Il-Gwatemala

Il-Ħonduras

Ir-Repubblika Dominikana

L-Iżvizzera

It-Turkija”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)  ĠU L 324, 27.10.2004, p. 20.

(2)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 64.