19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ metodu għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjal fi Franza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3803)

(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

(2008/677/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jistabbilixxi l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/784/KE (2), tawtorizza seba’ metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjal fi Franza.

(2)

Sabiex jissemplifika l-kalkoli tal-kejl, il-Gvern Franċiż talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-bdil tal-formula li tintuża fil-metodu “Capteur Gras/Maigre – Sydel (CGM)” għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjal u ppreżenta r-riżultati tal-provi ta’ dissezzjoni tiegħu fit-tieni parti tal-protokoll li hemm stipulat fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni (klassifika) tal-karkassi tal-majjal (3).

(3)

L-eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dan il-metodu ta’ klassifika ġew issodisfati.

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/784/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/784/KE huwa b’dan emendat skond l-Anness għal dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/293/KE (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 16).

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/784/KE fil-Parti 1 (Capteur Gras/Maigre – Sydel (CGM)), il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

Image = 62,19 – 0,729 G2 + 0,144 M2

fejn:

Image

=

il-perċentwali kkalkulata ta’ laħam dgħif fil-karkassa,

G2

=

il-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda), bejn it-tielet u r-raba’ kustilji mill-aħħar, 6 ċm lil hinn mil-linja tan-nofs tad-dahar, bi trajettorja parallela ma’ din il-linja (f’millimetri),

M2

=

il-ħxuna tal-muskolu, bejn it-tielet u r-raba’ kustilji mill-aħħar, 6 ċm lil hinn mil-linja tan-nofs tad-dahar, bi trajettorja parallela ma’ din il-linja (f’millimetri).

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-45 u l-125 kg.”