15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 220/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-24 ta’ Lulju 2008
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE dwar l-istabbiliment ta’ regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-baġit tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta’ kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-installazzjoni u l-ħidma ta’ l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, “Sisnet”
(2008/670/ĠAI)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ġie awtorizzat mid-Deċiżjoni 1999/870/KE (1) u d-Deċiżjoni 2007/149/KE (2) biex jaġixxi, fil-kuntest ta’ l-integrazzjoni ta’ l-acquis ta’ Schengen fl-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta’ ċerti Stati Membri għall-iskop li jikkonkludi u jġestixxi kuntratti li jirrigwardaw l-istallazzjoni u l-ħidma ta’ l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen “SISNET”, sakemm iseħħ l-ispostament tagħha għal infrastruttura ta’ komunikazzjoni taħt ir-responsabbilità ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
L-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn dawk il-kuntratti jaqgħu taħt baġit speċifiku (minn hawn ‘il quddiem “il-Baġit Sisnet”) li jiffinanzja l-infrastruttura tal-komunikazzjoni msemmija f'dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill; |
(3) |
Il-baġit Sisnet huwa rregolat b'Regolament Finanzjarju speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE (3) li jipprovdi proċeduri differenti minn dawk tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif imniżżel fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4). |
(4) |
Huwa xieraq li r-Regolament Finanzjarju Sisnet jiġi allinjat, b'analoġija, mar-Regolament Finanzjarju Komunitarju, waqt li jiġu ssimplifikati l-proċeduri interni fis-Segretarjat tal-Kunsill, b'mod partikolari, permezz tat-tneħħija tar-rwol tal-kontrollur finanzjarju u fejn xieraq is-sostituzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu b'dawk ta’ l-awditur intern stabbilit bl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. |
(5) |
Proċeduri attwali għandhom wkoll isiru iżjed sempliċi u iżjed xierqa għall-prattika attwali, per eżempju billi skadenzi jiġu adattati fir-rigward ta’ talbiet għal finanzjament u ħlasijiet, u xi dispożizzjonijiet jiġu aġġornati fl-oqfsa proċedurali jew leġislattivi attwali. |
(6) |
Ir-Regolament Finanzjarju Sisnet ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/155/KE (5) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/319/KE sabiex jippermetti lill-Iżvizzera tipparteċipa fil-Baġit tas-Sisnet. L-Iżvizzera għandha titħalla wkoll tipparteċipa fl-attivitajiet futuri possibbli tal-Kumitat Konsultattiv; |
(7) |
L-emendi proposti m'għandhom l-ebda impatt finanzjarju fuq il-kontributi ta’ l-Istati Membri għall-baġit tas-Sisnet, |
IDDEĊIDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija permezz ta’ dan emendata kif ġsej:
(1) |
L-Artikolu 6(4) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “4. L-ispiża ta’ sena finanzjarja għandha tiddaħħal fil-kontijiet ta’ dik is-sena abbażi ta’ l-ispiża awtorizzata mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru u li l-pagamenti korrispondenti għaliha saru mill-uffiċjal tal-kontabbiltà qabel il-15 ta’ Jannar li jkun imiss.” |
(2) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikoli 8(2) sa (4) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jibgħat l-abbozz preliminari tal-baġit lill-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE qabel il-15 ta’ Ottubru u jehmeż memorandum ta’ spjegazzjoni. 3. Il-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dak l-abbozz preliminari. 4. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit u jibgħatu lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25 sal-15 ta’ Novembru.”; |
(4) |
L-Artikolu 10(2) għandu jinbidel b’ dan li ġej: “2. Baġit emendatorju għandu jiġi ppreżentat fuq bażi annwali, fit-tliet xhur wara l-għeluq tal-kontijiet kif stabbilit fl-Artikolu 46(1), bil-għan li jiddaħħal il-bilanċ tal-kwantità maħduma tal-baġit mis-sena finanzjarja ta’ qabel bħala dħul fil-każ ta’ bilanċ pożittiv jew infiq jekk il-bilanċ huwa negattiv.”; |
(5) |
L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 12 Il-baġit għandu jkun implimentat skond il-prinċipju li l-uffiċċjal li jawtorizza u l-uffiċjal tal-kontabbiltà huma individwi differenti. Id-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza, l-uffiċjal tal-kontabbiltà u l-awditur intern għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli.”; |
(6) |
L-Artikolu 13(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. L-uffiċjal li jawtorizza jista' jiddeċiedi dwar trasferimenti bejn artikoli f'kull kapitolu. Bil-ftehim tal-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE, huwa jista' jiddeċiedi dwar trasferimenti bejn kapitoli fi ħdan l-istess titolu. Il-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE għandu jagħti l-kunsens tiegħu taħt l-istess kondizzjonijiet li hemm biex jadotta l-opinjoni tiegħu dwar il-baġit.”; |
(7) |
L-Artikolu 14 għandu jitħassar; |
(8) |
L-Artikolu 16 għandu jinbidel kif ġej:
|
(9) |
L-aħħar sentenza ta’ Artikolu 18(1) kif ukoll l-Artikoli 18(2), 20(2)(g), 20(4), (20)(5) u 22 għandhom jitħassru; |
(10) |
L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 23 Ir-responsabbiltà għal azzjoni dixxiplinarja ta’ l-uffiċjal li jawtorizza u l-uffiċjal tal-kontabbiltà fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.”; |
(11) |
Kapitolu għandu jiżdied kif ġej: “KAPITOLU III A Awditur intern Artikolu 24a Awditur intern għandu jivverifika l-operazzjoni xierqa tas-sistemi u proċeduri ta’ implimentazzjoni baġitarji mniżżla f'dan ir-Regolament. B'analoġija, l-awditur intern għandu jibbenefika mis-setgħat kollha, għandu jwettaq il-kompiti kollha u għandu jkun soġġett għar-regoli kollha previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*), b'mod partikolari f'Parti I, Titolu IV, Kapitolu 8 tiegħu. (*) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).”;" |
(12) |
L-Artikolu 28 għandu jinbidel kif ġej:
|
(13) |
L-Artikolu 29(6)(h) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 31 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 31 M'għandha tkun ipprattikata l-ebda diskriminazzjoni bejn ċittadini ta’ l-Istati Membri u ta’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera għal raġunijiet ta’ nazzjonalità f'dawk li huma kuntratti li jkunu ddaħħlu mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25.”; |
(15) |
It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 34 għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-offerti għandhom jinfetħu flimkien minn kumitat maħtur għal dan il-għan mid-Deputat Segretarju Ġenerali. Huwa għandu jkun magħmul minn tliet uffiċjali ta’ livell għoli minn direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.”; |
(16) |
L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Kull offerta għandha tkun stmata mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, flimkien ma’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Rapport, approvat unanimament minn dawn l-Istati, għandu jkun ippreżentat mill-uffiċjal kompetenti fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill maħtur mill-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni jew minn sostitut, maħtur ukoll mill-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni, lill-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 36.”; |
(17) |
L-Artikolu 36 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 36 Kuntratti li għandhom ikunu konklużi mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u mir-rappreżentanti xierqa ta’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera wara li tkun ħarġet sejħa għall-offerti għandhom l-ewwel ikunu sottomessi għall-opinjoni ta’ Kumitat Konsultativ dwar prokuri u kuntratti.”; |
(18) |
L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 37 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 36 għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru li saret referenza għalih fl-Artikolu 25, flimkien ma rappreżentant wieħed mill-Islanda, min-Norveġja u mill-Iżvizzera. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, flimkien ma’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti magħżula għandhom kapaċità adegwata fl-informatika u/jew materji finanzjarji u/jew materji legali. Ir-rappreżentanti ma jistgħux jipparteċipaw fl-istima tal-fajls li għandhom jintbagħtu lill-Kumitat Konsultattiv. Rappreżentant ta’ l-awditur intern għandu jkun preżenti bħala osservatur.”; |
(19) |
L-Artikolu 39(e) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(20) |
L-Artikolu 40 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 40 Il-fajls ippreżentati lill-Kumitat Konsultattiv għal opinjoni skond l-Artikoli 39(b) sa (e), għandhom ikun akkumpanjati wkoll minn rapport approvat unanimament mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.”; |
(21) |
L-Artikolu 41 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 41 L-opinjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu ffirmati mill-President tiegħu. Sabiex ikun evitat id-dewmien fil-proċess b'riżultat ta’ l-intervent tal-Kumitat Konsultattiv, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Islanda, jistgħu, jekk jaħsbu li huwa meħtieġ, jimponu limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta għandha tingħata opinjoni. L-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lid-Deputat Segretarju Ġenerali u lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll lill-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Wara li tingħata konsiderazzjoni tajba lil dik l-opinjoni, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Islanda, għandhom jieħdu deċiżjoni finali dwar il-każ permezz ta’ unanimità. Ladarba tkun ittieħdet dik il-deċiżjoni, il-kuntratt jew kuntratti li jiffurmaw is-suġġett ta’ kull każ għandhom ikunu konklużi mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u mir-rappreżentanti xierqa ta’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.”; |
(22) |
L-Artikolu 43(6) għandu jinbidel b'dan li ġej: “6. Fejn kuntratt ma jkunx twettaq jew ikun tlesta tard, id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jassigura li l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, huma kkumpensati b'mod xieraq għall-ħsarat, interessi u spejjeż bit-tnaqqis ta’ l-ammont mid-depożitu, sew jekk dan isir direttament mill-fornitur jew kuntrattur u sew minn parti terza.”; |
(23) |
L-Artikolu 46(1) għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu, fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit, jipprepara kont ta’ dħul u nfiq u balance sheet u jibagħthom lill-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE.”; |
(24) |
L-Artikolu 50(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-Artikolu 8, għall-finijiet tal-baġit imsemmi fil-paragrafu 1, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat l-abbozz preliminari tal-baġit lill-grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE kemm jista' jkun malajr wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament Finanzjarju. Wara li tingħata l-opinjoni tal-Grupp tax-Xogħol SIS/SIRENE u l-istabbiliment ta’ l-abbozz tal-baġit, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, imlaqqgħin fil-Kunsill, għandhom jadottaw il-baġit mingħajr dewmien.”. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha tkun adottata.
2. Hija għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. HORTEFEUX
(1) ĠU L 337, 30.12.1999, p. 41.
(3) ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/319/KE (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 30).
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)