12.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta' Lulju 2008

li taħtar żewġ membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/658/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara l-kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post wieħed ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara li skada l-mandat tas-Sur Roberto CASOLINI. Post wieħed ta' membru supplenti ser jitbattal wara l-bidla fil-mandat tas-Sur Franco IACOP,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

Is-Sur Renzo TONDO, Presidente della Regione Friuli Venezia Giulia

Is-Sur Franco IACOP, Consigliere della Regione Friuli Venezia Giulia (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.