23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin

(2008/604/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE tas-17 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-grupp ta' esperti għandu jkun kompost minn 21 membru.

(2)

Il-membri tal-grupp ta' esperti għandhom jinħatru minn fost speċjalisti li jkollhom kompetenza u esperjenza fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li tinkludi d-dimensjoni tat-traffikar tal-bnedmin fejn jidħol ix-xogħol.

(3)

Sa 11-il membru mill-amministraturi ta' l-Istati Membri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta ta' l-Istati Membri.

(4)

Sa ħames membri mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u non-governattivi attivi fuq livell Ewropew, sa erba' membri mill-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li joperaw fuq livell Ewropew, u sa żewġ membri minn individwi b'esperjenża minn riċerka akkademika għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn dawk li jkunu rrispondew għas-sejħa għall-applikazzjoni.

(5)

Għalhekk il-Kummissjoni għamlet s-sejħa għall-applikazzjonijiet bl-iskop li jkollha lista ta’ kandidati biex tgħaqqad dan il-grupp ta' esperti fid-19.1.2008 (2).

(6)

Il-Kummissjoni wettqet proċedura ta' selezzjoni fuq l-applikazzjonijiet li rċeviet. Meta ivvalutat l-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kriterji msemmija fis-sejħa għall-applikazzjoni, u partikolarment taħt il-punt 2 tagħha.

(7)

Huwa xieraq li l-grupp ta' esperti għandu jinkludi erba' membri żejda mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u non-governattivi attivi fuq livell Ewropew, biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta' applikazzjonijiet mill-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li joperaw fuq livell Ewropew, biex ikun żgurat rappreżentanza tas-suġġett u ġeografika bilanċjata u biex it-total tal-membri jilħaq il-21 kif maħsub oriġinarjament.

(8)

Membru wieħed ta' dan il-grupp kien maħtur mill-Europol,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/675/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 ittra (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u mhux governattivi attivi fuq livell Ewropew b'esperjenza u kompetenza dokumentata tajjeb fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin (sa disa' membri)”.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni taħtar il-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin li ġejjin:

1.

Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:

 

Is-Sur Jan AUSTAD

 

Is-Sur Sandi ČURIN

 

Is-Sinjura Rita THEODOROU SUPERMAN

 

Is-Sur Luís GOUVEIA

 

Is-Sinjura Jelena KAMINSKA

 

Is-Sur Glynn RANKIN

 

Is-Sinjura Bärbel Heide UHL

 

Is-Sur Floris VAN DIJK

 

Is-Sinjura Kajsa WAHLBERG

2.

Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:, kif emendata bid-Deċiżjoni preżenti:

 

Is-Sinjura Antonia BALKANSKA LAVINE

 

Is-Sur Stana BUCHOWSKA

 

Is-Sur Marco BUFO

 

Is-Sinjura Muireann O BRIAIN

 

Is-Sur Martijn PLUIM

 

Is-Sinjura Evelyn PROBST

 

Is-Sinjura Klara SKRIVANKOVA

 

Is-Sinjura Patsy SÖRENSEN

 

Is-Sinjura Liliana SORRENTINO

3.

Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:

 

Is-Sur Ryszard PIOTROWICZ

 

Is-Sinjura Georgina VAZ CABRAL

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ħatra ta' s-Sur Steve HARVEY mill-Europol bħala membru tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (d) u paragrafu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2007/675/EC).

Artikolu 4

Il-Membri tal-Grupp ta' Esperti huma maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu rinovabbli ta' 3 snin.

Artikolu 5

Wara l-proċedura ta' selezzjoni, l-applikanti li tqiesu bħala kandidati eliġibbli bħala membri fil-grupp, iżda li ma ġewx maħtura bħala membri tal-Grupp ta' Esperti għandhom jitqegħdu fl-lista ta' riservi bil-kunsens tagħhom.

Artikolu 6

L-ismijiet tal-membri maħtura għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jum wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 277, 20.10.2007, p. 29.

(2)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 27.