22.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Lulju 2008

dwar l-allokazzjoni ta’ jiem ta’ sajd addizzjonali għall-Olanda, għall-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd, fis-Skagerrak, dik il-parti taż-żona IIIa ta’ l-ICES mhux koperta mis-Skagerrak u mill-Kattegat, fiż-żona IV ta’ l-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa ta’ l-ICES

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3586)

(Only the Dutch text is authentic)

(2008/601/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1) u b’mod partikulari l-punt 10 ta’ l-Anness IIA,

Billi:

(1)

Il-punt 8 ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 40/2008 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem li fih bastimenti Komunitarji twal 10 metri jew aktar u li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu (beam trawls) b’qisien tal-malji ta’ 80 mm jew akbar jistgħu jkunu preżenti fis-Skagerrak, dik il-parti taż-żona IIIa ta’ l-ICES mhux koperta mis-Skagerrak u mill-Kattegat, fiż-żona IV ta’ l-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa ta’ l-ICES, kif stabbiliti fil-punt 2.1 ta’ l-Anness IIA, mill-1 ta’ Frar 2008 sal-31 ta’ Jannar 2009.

(2)

Il-punt 10 ta’ l-Anness IIA jippermetti lill-Kummissjoni talloka għadd addizzjonali ta’ jiem tas-sajd li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żona ġeografika waqt li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu bħal dawn, abbażi tal-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd li ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2002.

(3)

Fl-4 ta’ April 2008 l-Olanda ressqet dejta li turi li l-bastimenti Olandiżi li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar, li ilhom li waqqfu l-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2002, għamlu 16 % ta’ l-isforz tas-sajd magħmul fl-2002 mill-bastimenti Olandiżi preżenti fiż-żona ġeografika u li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu bħal dawn.

(4)

Fid-dawl tad-dejta mressqa, 19-il jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew aktar u inqas minn 90 mm, 23 jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 90 mm jew aktar u inqas minn 100 mm, 21 jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 100 mm jew aktar għandhom ikunu allokati lill-Olanda fiż-żona ġeografika korrispondenti matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 li jdum mill-1 ta’ Frar 2008 sal-31 ta’ Jannar 2009.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd massimu ta’ jiem ta’ bastiment tas-sajd bil-bandiera Olandiża u li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew aktar u inqas minn 90 mm jista’ jkun preżenti fis-Skagerrak, dik il-parti taż-żona IIIa ta’ l-ICES mhux koperta mis-Skagerrak u mill-Kattegat, fiż-żona IV ta’ l-ICES u fiż-żona IIa ta’ l-ICES ta’ l-ilmijiet tal-KE, kif stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 40/2008, għandu jiżdied għal 138 jum fis-sena.

Artikolu 2

L-għadd massimu ta’ jiem ta’ bastiment tas-sajd bil-bandiera Olandiża u li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 90 mm jew aktar u inqas minn 100 mm jista’ jkun preżenti fis-Skagerrak, dik il-parti taż-żona IIIa ta’ l-ICES mhux koperta mis-Skagerrak u mill-Kattegat, fiż-żona IV ta’ l-ICES u fiż-żona IIa ta’ l-ICES ta’ l-ilmijiet tal-KE, kif stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 40/2008, għandu jiżdied għal 166 jum fis-sena.

Artikolu 3

L-għadd massimu ta’ jiem ta’ bastiment tas-sajd bil-bandiera Olandiża u li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 100 mm jew aktar jista’ jkun preżenti fis-Skagerrak, dik il-parti taż-żona IIIa ta’ l-ICES mhux koperta mis-Skagerrak u mill-Kattegat, fiż-żona IV ta’ l-ICES u fiż-żona IIa ta’ l-ICES ta’ l-ilmijiet tal-KE, kif stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008, għandu jiżdied għal 150 jum fis-sena.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ l-Olanda.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 541/2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 23).