16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza”
(2008/584/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (2) tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza”. |
(2) |
Ġaladarba l-Awtorità tal-baġit iddeċidiet li tittrasferixxi ċerti approprijazzjonijiet ta’ impenn mill-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li ma kinux utilizzati fis-sena 2007, skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 48 tal-Ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/493/KE tkun emendata biex l-approprijazzjonijiet tallokahom mill-ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(3) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2006/493/KE għandha tiġi emendata skond dan, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/493/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1).
(2) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehim kif emendat l-aħħar bid-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/371/KE (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).
ANNESS
“ANNESS
Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘Konverġenza’ (*)
prezzijiet ta’ 2004 f’EUR (**) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija |
9 325 497 783 |
10 788 767 263 |
10 515 007 756 |
10 278 583 653 |
9 824 886 713 |
9 588 187 168 |
9 356 225 581 |
69 677 155 918 |
Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ |
27 676 975 284 |
Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ (***)
prezzijiet kurrenti f’EUR (****) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija |
9 896 292 851 |
11 678 108 653 |
11 609 418 209 |
11 575 354 634 |
11 285 706 554 |
11 234 089 442 |
11 181 555 662 |
78 460 526 005 |
Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ |
31 232 644 963 |
(*) Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.
(**) L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.
(***) Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.
(****) L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.”