12.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 185/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Lulju 2008

li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment ta’ l-anti-dumping fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ l-ammonium nitrate li joriġina fir-Russja u fl-Ukraina

(2008/577/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 2022/95 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja. Skond investigazzjoni ulterjuri, li stabbiliet li d-dazju kien qed jiġi assorbit, il-miżuri kienu emendati bir-Regolament (KE) Nru 663/98 tal-Kunsill (3) Wara talba għal reviżjoni interim u għal skadenza skond l-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill impona bir-Regolament (KE) Nru 658/2002 (4), dazju definittiv ta’ l-anti-dumping ta’ 47.07 Ewro għal kull tunnellata fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li toriġina fir-Russja.

(2)

Bir-Regolament (KE) Nru 132/2001 (5), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ l-anti-dumping ta’ 33.25 EUR għal kull tunnellata fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Ukraina. Wara reviżjoni ta’ skadenza mibdija f’Jannar 2006, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 442/2007 (6), ġedded dawn il-miżuri fil-livell attwali tagħhom għal sentejn.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 993/2004 (7), il-Kunsill ippreveda l-eżenzjoni mid-dazji ta’ l-antidumping ta’ l-importazzjonijiet fl-Istati Membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 (“l-UE-10”), skond it-termini ta’ l-impenji speċjali (“impenji tat-tkabbir”), u awtorizza lill-Kummissjoni biex taċċetta dawk l-impenji tat-tkabbir. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1001/2004 (8), aċċettat tliet impenji tat-tkabbir offruti mill-produtturi esportaturi tar-Russja Open Joint Stock Company (OJSC) Mineral and Chemical Company “Eurochem”, membru ta’ l-“Acron” Holding Company “Acron”, u l-produttur esportatur ta’ l-Ukraina, Open Joint Stock Company (OJSC) Azot Cherkassy “Cherkassy”.

(4)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1996/2004 (9), il-Kummissjoni aċċettat impenn ġdid mill-produtturi esportaturi, imsemmija hawn fuq sa l-20 ta’ Mejju 2005.

(5)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 (10), wara reviżjoni interim limitata fl-ambitu għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kunsill iddeċieda li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għandha tiġi ċċarata u l-miżuri fis-seħħ għandhom jgħoddu wkoll għall-prodott ikkonċernat meta jiġi inkorporat ma’ fertilizzanti oħra, bi proporzjon mal-kontenut ta’ nitrat ta’ l-ammonju li jkollhom, flimkien ma’ sustanzi u nutrijenti oħra marġinali.

(6)

Fit-30 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (11), il-bidu ta’ reviżjoni parzjali interim dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja fuq talba tal-Eurochem.

(7)

Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (12), il-bidu ta’ reviżjoni parzjali interim dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja fuq talba tal-Eurochem.

(8)

Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (13), il-bidu ta’ reviżjoni parzjali interim dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukraina fuq talba ta’ Cherkassy.

(9)

Ir-riżultati u l-konklużjonijiet definittivi ta’ reviżjoni parzjali interim dwar Acron u Cherkassy huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008 (14) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 237/2008 (15). Matul ir-reviżjoni interim Acron and Cherkassy esprimew interess li joffru impenn għal prezz iżda il-kumpanija naqset milli tissottometti offerta ssostanzjata kif xieraq fil-limitu taż-żmien kif stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu, kif iddikjarat fir-Regolamenti tal-Kunsill imsemmija hawn fuq, il-Kunsill ikkunsidra li ż-żewġ kumpaniji għandhom eċċezzjonalment jitħallew li jispiċċaw l-offerta ta’ impenn tagħhom fiż-żmien għaxart ijiem kalendarji mid-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-premessi (61) u (62) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008 u l-premessi (46) u (47) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 237/2008. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill imsemmija hawn fuq u fil-limitu taż-żmien kif stipulat f’dawn ir-Regolamenti, Acron and Cherkassy ssottomettew impenji fuq il-prezz aċċettabbli skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(10)

Ir-riżultati u l-konklużjonijiet definittivi ta’ reviżjoni parzjali interim dwar l-Eurochem huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 (16) li jimponu dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja. Fl-andament ta’ l-investigazzjoni l-Eurochem issottometta impenn ta’ prezzijiet aċċettabbli skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(11)

Dawn il-miżuri nżammu bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 wara reviżjoni ta’ skadenza li bdiet fl-14 ta’ April 2007 (17).

B.   IMPENJI

(12)

Fil-qafas ta’ dawn ir-reviżjonijiet parzjali interim, il-produtturi esportaturi offrew impenji skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn l-impenji, il-produtturi esportaturi offrew li jbiegħu l-prodott ikkonċernat fil-livelli ta’ prezz jew ogħla minnhom li jeliminaw l-effetti dannużi ta’ dumping. Barra minn hekk, l-offerti magħmula jipprovdu għall-indiċjar tal-prezzijiet minimi skond il-kwotazzjonijiet pubbliċi internazzjonali tal-prodott ikkonċernat, minħabba li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat ivarjaw b’mod sinifikanti. Il-produtturi esportaturi offrew ukoll li jirrispettaw ċertu limitu massimu kwantitattiv sabiex jevitaw li l-importazzjonijet tagħhom ikunu jistgħu jinfluwenzaw il-prezzijiet fi Franza jew fir-Renju Unit. Dawn il-prezzijiet iservu bħala bażi għall-indiċjar. Il-livell tal-limiti massimi kwantitattivi stabbilit b’total ta’ madwar 12 % tal-konsum totali Komunitarju tal-prodott ikkonċernat.

(13)

Barra dan, il-produtturi esportaturi - sabiex inaqqsu r-riskju ta’ ksur ta’ prezzijiet permezz ta’ kumpens trasversali tal-prezzijiet - offrew li ma jbiegħux il-prodott kopert bl-impenji lill-istess klijenti fil-Komunità Ewropea li lilhom ibiegħu prodotti oħra, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti prodotti oħra li għalihom il-produtturi esportaturi jimpenjaw lilhom nnifishom li jirrispettaw skemi speċifiċi ta’ prezzijiet.

(14)

Il-produtturi esportaturi se jipprovdu wkoll tagħrif regolari u dettaljat lill-Kummissjoni dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità, li jfisser li l-impenji jistgħu jiġu ssorveljati b’mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra min hekk, l-istrutturi tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi hi b’tali mod li l-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju li l-impenji mifthiema ma jiġux irrispettati hu limitat.

(15)

Wara l-iżvelar ta’ l-offerti ta’ impenn, l-industrija Komunitarja oġġezzjonat għal dawn l-offerti ta’ impenn. L-industrija Komunitarja argumentat li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat huma imprevedibbli u li l-indiċjar tal-prezzijiet minimi bbażat fuq il-prezzijiet ikkwotati tal-prodott ikkonċernat ma jaħdimx taħt il-kundizzjonijiet kollha tas-suq, b’mod partikolari dan ma jaħdimx f’suq immexxi mill-provvista. Għalhekk, l-industrija Komunitarja ssuġġeriet li tibbaża l-indiċjar tal-prezzijiet minimi fuq il-prezzijiet tal-gass naturali kif ikkwotat f’Waidhaus. Madankollu, f’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li indiċjar ibbażat fuq il-prezz tal-gass naturali mhux ikkunsidrat li hu possibbli f’dawn il-każijiet minħabba l-korrelazzjoni dgħajfa bejn il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u l-gass naturali. F’dak li jikkonċerna l-kummenti ta’ l-industrija Komunitarja li f’suq immexxi mill-provvista l-formola attwali ta’ indiċjar ma tistax taħdem, ġie nnotat li l-Kummissjoni se tissorvelja dawn l-impenji u jekk tkun teżisti evidenza prima facie li dawn l-impenji ma għadhomx fattibbli, il-Kummissjoni għandha taġixxi b’ħeffa biex tirrimedja s-sitwazzjoni, kif stabbilit fil-Premessa (19).

(16)

L-industrija Komunitarja kompliet targumenta li l-livell tal-limiti massimi kwantitattivi se jkunu għoljin iżżejjed u talbet biex dawn jiġu stabbiliti għal massimu ta’ 4 % tat-konsum totali Komunitarju. Hi ddikkjarat li l-kumpaniji se jkunu jistgħu jinfluwenzaw il-prezzijiet fis-suq Komunitarju bl-ammonti msemmija fil–premessa (12) u b’hekk ma jħallux jaħdem l-indiċjar tal-prezzijiet minimi. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-limitu massimu kwantitattiv ġie stabbilit f’livell li kien ikkunsidrat li (i) jillimita b’mod sodisfaċenti r-riskju ta’ kumpaniji li jinfluwenzaw l-prezzijiet fis-suq tar-Renju Unit u Franċiż biex b’hekk il-formola ta’ l-indiċjar ma tkunx fattibbli (ii) ikun għoli biżżejjed biex b’hekk l-impenji jibqgħu prattikabbli fl-istess waqt. Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja naqset li tissostanza l-argument tagħha u turi kif kwalunkwe kwantità li taqbeż l-4 % tal-konsum totali Komunitarju se tkun biżżejjed biex ikollha impatt detrimentali fuq il-prezzijiet.

(17)

Barra minn hekk l-industrija Komunitarja pproponiet l-introduzzjoni ta’ “limitu massimu kwantitattiv progressiv” fejn il-limitu massimu kwantitattiv ta’ kull produttur esportatur għandu jiżdied fuq bażi annwali li jkun dipendenti fuq ir-rispett li jagħti lit-termini ta’ l-impenn. Madankollu dan is-suġġeriment mhux aċċettat minħabba li l-għan waħdieni tal-limiti massimi kwantitattivi hu li jiġi limitat ir-riskju li jiġu influwenzati l-prezzijiet li fuqhom hu bbażat l-indiċjar ta’ prezz minimu. Għandu wkoll jiġi nnutat li f’każ ta’ ksur ta’ l-impenn, l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn innifisha tista’ tkun irtirata.

(18)

Barra minn hekk, l-industrija fil-Komunità argumentat li minħabba li l-produtturi esportaturi jistgħu jbigħu prodotti oħra flimkien mal-prodott kopert mill-impenn lill-istess klijenti fil-Komunità Ewropea, hemm riskju għoli ta’ kumpens trasversali, jiġifieri l-prodotti mhux koperti mill-impenn jistgħu jinbigħu bi prezzijiet artifiċjalment baxxi sabiex jikkumpensaw il-prezzijiet minimi għall-prodotti koperti mill-impenn. F’dan ir-rigward, għandu jkun innutat, kif indikat fil-premessa (11), l-impenn fih klawsoli speċifiċi sabiex ikun illimitat ir-riskju ta’ kumpens trasversali. Għalhekk, it-tħassib ta’ l-industrija tal-Komunità kien indirizzat biżżejjed.

(19)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impenji offruti mill-produtturi esportaturi Russi u Ukraini huma aċċettabbli.

(20)

Madankollu, minħabba l-elementi speċjali ta’ dawn l-impenji (eż. b’mod partikolari l-formola ta’ indiċjar) il-Kummissjoni se tivvaluta b’mod regolari l-prattiċità ta’ dawn l-impenji. Għal valutazzjoni tagħha ta’ prattiċità, il-Kummissjoni se tikkunsidra, dawn il-kriterji li ġejjin, iżda hi mhix ristretta għalihom: il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat fis-suq Franċiż u r-Renju Unit; il-livell tal-koeffiċjent tal-formola ta’ indiċjar; il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produttur esportatur kif irrapportat minnhom fir-rapporti ta’ bejgħ tagħhom ta’ kull tliet xhur; il-profittabilità ta’ l-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari, jekk din il-valutazzjoni ta’ prattiċità turi li t-tnaqqis tal-profitt ta’ l-industrija Komunitarja hu attribwit għall-impenji, il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tirtira kemm jista’ jkun malajr l-aċċettazzjoni ta’ l-impenji skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

(21)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-kumpaniji ma’ l-impenji, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond l-impenn titressaq quddiem l-awtorità tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju ta’ anti-dumping ser tkun bil-kundizzjoni li (i) il-preżentazzjoni tal-fattura ta’ l-impenn jkun fiha għall-inqas dawk l-elementi elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 662/2008 tal-Kunsill (18). (ii) il-fatt li l-prodotti importati jiġu manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u (iii) il-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura ta’ l-impenn. Meta ma titressaq l-ebda fattura bħal din, jew meta din ma tikkorrispondix mal-prodott ippreżentat lid-dwana, minflok għandha titħallas ir-rata ta’ dazju ta’ l-anti-dumping xierqa.

(22)

Biex jiġi żgurat iżjed ir-rispett ta’ dawn l-impenji, l-importaturi ġew mgħarrfa bir-Regolament (KE) Nru 661/2008 u bir-Regolament (KE) Nru 662/2008 li jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet stipulati b’dawn ir-Regolamenti, jew l-irtirar mill-Kummissjoni ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn, dan jista’ jwassal biex jinħoloq dejn doganali għat-tranżazzjonijiet rilevanti.

(23)

Fil-każ ta’ ksur jew irtirar ta’ l-impenn, jew fil-każ ta’ rtirar ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju ta’ l-anti-dumping impost skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku għandu japplika awtomatikament skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-impenn offrut mill-produtturi esportaturi msemmija hawn taħt, b’konnessjoni mal-proċedura ta’ l-anti-dumping dwar importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja u l-Ukraina huma hawnhekk aċċettati.

Pajjiż

Il-kumpaniji

Kodiċi Addizzjonali Taric

Ir-Russja

Prodotti mill-OJSC NAK Azot, Novomoskovsk, Russia, jew OJSC Nevinnomyssky Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja, u jew mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew mill-Eurochem Trading GmbH, Zug, Switzerland jew permezz tal-Kumpanija Open Joint Stock (OJSC) Kumpanija tal-Minerali u l-Kimika “Eurochem”, Moska, ir-Russja u l-Eurochem Trading GmbH, Zug, Switzerland, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità.

A522

Ir-Russja

JSC Acron, Veliky Novgorod, Russia and JSC Dorogobuzh, Dorogobuzh, ir-Russja, membri ta’ l-“Acron” Holding Company

A532

L-Ukraina

Open Joint Stock Company (OJSC) Azot Cherkassy, L-Ukraina

A521

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 663/98 (ĠU L 93, 26.3.1998, p. 1).

(3)  ĠU L 93, 26.3.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 945/2005 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 23, 25.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 945/2005.

(6)  ĠU L 106, 24.4.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 182, 19.5.2004, p. 28.

(8)  ĠU L 183, 20.5.2004, p. 13.

(9)  ĠU L 344, 20.11.2004, p. 24.

(10)  ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1.

(11)  ĠU C 300, 30.11.2005, p. 8.

(12)  ĠU C 311, 19.12.2006, p. 55.

(13)  ĠU C 311, 19.12.2006, p. 57.

(14)  ĠU L 75, 18.3.2008, p. 1.

(15)  ĠU L 75, 18.3.2008, p. 8.

(16)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(17)  ĠU C 81, 14.4.2007, p. 2.

(18)  Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.