|
11.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 183/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ġunju 2008
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa ta’ frott imnixxef ta’ bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3046)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2008/575/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Awwissu 2006 il-kumpanija PhytoTrade Africa għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed polpa ta’ frott imnixxef Baobab fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2007 l-entità kompetenti ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport inizjali ta’ l-evalwazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport intlaħqet konklużjoni li l-polpa tal-frott imnixxef Baobab mhux ta’ periklu għall-konsum tal-bniedem fl-użu tal-livelli proposti. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fl-1 ta’ Awwissu 2007. |
|
(4) |
Fi ħdan il-perjodu ta’ sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajjmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skond din id-dispożizzjoni. Dawn l-oġġezzjonijiet ma qajmux tħassib dwar is-sikurezza. Madankollu, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(4) tinħtieġ Deċiżjoni tal-Komunità. |
|
(5) |
Il-polpa tal-frott imnixxef Baobab tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Almentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-polpa tal-frott imnixxef Baobab kif speċifikat fl-Anness, tista’ titqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel.
Artikolu 2
L-isem ta’ l-ingredjent ġdid ta’ l-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jinsab fihom għandu jkun “polpa tal-frott Baobab”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Phytotrade Africa – London Office, Unit W215, Holywell Centre, 1 Phipp Street, London EC2 A 4PS, United Kingdom.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
Speċifikazzjonijiet tal-polpa tal-frott niexef Baobab
Deskrizzjoni
Il-frott Baobab (Adansonia digitata) huwa maħsud mis-siġar. Il-qxur iebes jixxaqqaq u jinfetaħ u l-polpa tiġi separata miż-żerriegħa u l-qoxra. Dan ikun mitħun, ikun separat f’lottijiet fini u ħoxnin (id-daqs tal-partikola 3 sa 600 μ) u wara jitqiegħed fil-boroż.
Il-komponenti nutrizzjonali prinċipali tal-polpa tal-frott imnixxef Baobab
|
Umdità (telf mat-tnixxif) (g/100 g) |
11,1 – 12,0 |
|
Proteina (g/100 g) |
2,03 – 3,24 |
|
Xaħam (g/100 g) |
0,4 – 0,7 |
|
Irmied (g/100 g) |
5,5 – 6,6 |
|
Karboidrati totali (g/100 g) |
78,3 – 78,9 |
|
Zokkor totali (bħala glukosju) |
16,9 – 25,3 |
|
Sodju (mg/100 g) |
7,42 – 12,2 |
Speċifikazzjonijiet analitiċi
|
Materja barranija |
Mhux aktar minn 0,2 % |
|
Umdità (telf mat-tnixxif) (g/100 g) |
11,1 – 12 |
|
Irmied (g/100 g) |
5,5 – 6,6 |